EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2381

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2381 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fir-rigward tat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid

ĠU L 332, 18.12.2015, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2381/oj

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2381

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fir-rigward tat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex il-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta' statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni jkunu possibbli.

(2)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni tan-NUTS, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat s-serje kronoloġika lill-Kummissjoni għat-tqassim reġjonali l-ġdid sabiex tieħu post id-dejta li diġà ntbagħtet. Il-lista tas-serje kronoloġika u t-tul tagħhom għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà li dawn jingħataw. Din il-lista tas-serje kronoloġika għandhom jingħataw fi żmien sentejn mill-emenda tal-klassifikazzjoni tan-NUTS.

(3)

Il-klassifikazzjoni tan-NUTS ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2013 (2) b'effett mill-1 ta' Jannar 2015 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 (3) b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid f'konformità mal-lista speċifikata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2013 tad-9 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 342, 18.12.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 241, 13.8.2014, p. 1).


ANNESS

Is-sena tal-bidu meħtieġa skont il-qasam statistiku

Il-qasam

Il-livell 2 tan-NUTS

Il-livell 3 tan-NUTS

L-agrikoltura — il-kontijiet agrikoli

2007 (1)

 

L-agrikoltura — il-popolazzjonijiet tal-annimali

2010

 

L-agrikoltura — il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba'

2007

 

L-agrikoltura — il-produzzjoni tal-ħalib

2010

 

L-agrikoltura — l-istruttura tal-azjendi agrikoli

2010

2010 (1)

Id-demografija — il-popolazzjoni, it-twelid ta' trabi ħajjin, l-imwiet

1990 (2)

1990 (2)

Is-suq tax-xogħol — l-impjiegi, il-qgħad

2010

2010 (1)

L-ambjent — il-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart

2010

 

Is-saħħa — x'wassal għall-mewt

1994 (3)

 

Is-saħħa — l-infrastruttura

1993 (1)

 

Is-saħħa — il-pazjenti

2000 (1)

 

Is-soċjetà tal-informazzjoni

2010 (1)

 

Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali — Il-kontijiet ta' unità domestika

2000

 

Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali — Il-kontijiet reġjonali

2000

2000

Ix-xjenza u t-teknoloġija — In-nefqa u l-persunal fir-Riċerka u l-Iżvilupp

2011

 

It-turiżmu

2012

 


(1)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.

(2)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta' referenza mill-1990 sal-2012.

(3)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta' referenza mill-1994 sal-2010.


Top