This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0802
Commission Implementing Regulation (EU) No 802/2014 of 24 July 2014 establishing models for national programmes and establishing the terms and conditions of the electronic data exchange system between the Commission and Member States pursuant to Regulation (EU) No 514/2014 of the European Parliament and of the Council laying down general provisions on the Asylum, Migration and Integration Fund and on the instrument for financial support for police cooperation, prevention and combating crime and crisis management
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal- 24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal- 24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
ĠU L 219, 25.7.2014, p. 22–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 802/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi (1), b'mod partikolari l-Artikoli 14(4) u 24(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 flimkien mar-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, jikkostitwixxu qafas għal finanzjament tal-Unjoni biex jiġi sostnut l-iżvilupp taż-żona tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jesiġi lil kull Stat Membru biex jipproponi programm nazzjonali pluriennali. Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni hija konsistenti u kumparabbli, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mudell li l-programm nazzjonali għandu jimxi fuqu. |
(3) |
Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 l-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li s-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika għandha tikkonforma magħhom. Sabiex ikunu kosteffikaċi u jiżguraw koerenza ġenerali mal-ġestjoni konġunta ta' Fondi tal-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika huma l-istess, sa fejn ikun possibbli, bħal dawk previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 (2). |
(4) |
Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni skambjata, u biex is-sistema tal-iskambju tal-informazzjoni ssir eħfef u iktar utli, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti bażiċi dwar il-forma u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata. |
(5) |
Prinċipji u regoli għandhom jiġu stabbiliti dwar l-identifikazzjoni tal-parti responsabbli biex ittella' d-dokumenti fis-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika u biex taġġorna dawn id-dokumenti. |
(6) |
Karatteristiċi tekniċi għal sistema effiċjenti ta' skambju elettroniku għandhom jiġu stabbiliti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u l-Kummissjoni. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jistgħu jkomplu l-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet ta' force majeure li jxekklu l-użu tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika, mezzi alternattivi biex jikkodifikaw u jittrasferixxu d-dejta meħtieġa li tiġi speċifikata. |
(8) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tad-dejta permezz tas-sistema tal-skambju tad-dejta elettronika jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità, il-konfidenzjalità u n-nonripudju tal-informazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar is-sigurtà. |
(9) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. B'hekk dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u prinċipji. Dwar dejta personali pproċessata mill-Istati Membri, tapplika d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-moviment liberu ta' tali dejta, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament. |
(12) |
Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat “għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mudelli għal programmi nazzjonali
Il-mudell għal programmi nazzjonali huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
L-istabbiliment ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika
Il-Kummissjoni tistabbilixxi sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika għall-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “SFC2014”)
Artikolu 3
Il-kontenut ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika
1. L-SFC2014 jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli, l-formati u l-formoli stabbiliti skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
2. L-informazzjoni mogħtija fil-formoli elettroniċi integrati fl-SFC2014 (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “dejta strutturata”) ma tiġix sostitwita b'dejta mhux strutturata, inkluż l-użu ta' hyperlinks jew tipi oħra ta' dejta mhux strutturata bħal tehmiż ta' dokumenti jew immaġnijiet. Meta Stat Membru jittrażmetti l-istess informazzjoni f'forma ta' dejta strutturata u dejta mhux strutturata, id-dejta strutturata tintuża fil-każ ta' inkonsistenzi.
Artikolu 4
L-operat tal-SFC2014
1. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 se jdaħħlu fl-SFC2014 l-informazzjoni għat-trażmissjoni li għaliha huma responsabbli, u kull aġġornament fuqha.
2. Kull trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni għandha tiġi vverifikata u sottomessa minn persuna oħra għajr il-persuna li daħħlet id-dejta għal din it-trażmissjoni. Din is-separazzjoni ta' kompiti għandha tkun sostnuta mill-SFC2014 jew permezz tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-informazzjoni tal-Istat Membru li jkunu konnessi awtomatikament mal-SFC2014.
3. L-Istati Membri se jinnominaw, fil-livell nazzjonali jew reġjonali jew fit-tnejn li huma, persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni ta' drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014. Dawn il-persuni se jwettqu l-kompiti li ġejjin:
(a) |
jidentifikaw lill-utenti li jitolbu aċċess, filwaqt li jiżguraw li dawn l-utenti huma impjegati mill-organizzazzjoni; |
(b) |
jinfurmaw lill-utenti dwar l-obbligi tagħhom biex tinżamm is-sigurtà tas-sistema; |
(c) |
jivverifikaw l-intitolament tal-utenti għal-livell ta' privileġġ meħtieġ fir-rigward tal-kompiti tagħhom u l-pożizzjoni ġerarkika tagħhom; |
(d) |
jitolbu t-terminazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess meta dawn id-drittijiet ta' aċċess ma jkunux għadhom meħtieġa jew iġġustifikati; |
(e) |
jirrappurtaw minnufih avvenimenti suspettużi li jistgħu jxekklu s-sigurtà tas-sistema; |
(f) |
jiżguraw l-eżattezza kontinwa tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-utent billi jirrappurtaw kull tibdil; |
(g) |
jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità kummerċjali skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni; kif ukoll |
(h) |
jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull tibdil li jaffettwa l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew tal-utenti tal-SFC2014 milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew il-kapaċità personali tagħhom milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija f'punti (a) sa (g). |
4. L-iskambji tad-dejta u t-tranżazzjonijiet se jkollhom fuqhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu l-effikaċja u l-ammissibilità ġuridika tal-firma elettronika użata fl-SFC2014 bħala evidenza fi proċedimenti ġuridiċi.
5. Informazzjoni pproċessata permezz tal-SFC2014 tirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza tad-dejta personali għal individwi u l-kunfidenzjalità kummerċjali għal entitajiet ġuridiċi skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Karatteristiċi tal-SFC2014
Sabiex jiġi żgurat l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni, l-SFC2014 jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
(a) |
forom interattivi jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema abbażi tad-dejta diġà rreġistrata qabel fis-sistema; |
(b) |
kalkoli awtomatiċi, fejn dawn inaqqsu l-isforz tal-utenti biex jikkodifikaw; |
(c) |
kontrolli integrati awtomatiċi li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-dejta trażmessa u l-konsistenza ta' din id-dejta mar-regoli applikabbli; |
(d) |
avviżi maħluqa mis-sistema SFC2014 li jwissu lill-utent li ċerti azzjonijiet jistgħu jew ma jistgħux jitwettqu; |
(e) |
monitoraġġ onlajn tal-istatus tat-trattament ta' informazzjoni mdaħħla fis-sistema; kif ukoll |
(f) |
disponibbiltà ta' dejta storika rigward l-informazzjoni kollha mdaħħla għal programm nazzjonali. |
Artikolu 6
Trażmissjoni ta' dejta permezz tal-SFC2014
1. L-SFC2014 għandha tkun aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Kummissjoni jew direttament permezz ta' interfaċċa interattiva għall-utent (jiġifieri, applikazzjoni fuq l-Internet) jew permezz ta' interfaċċa teknika bl-użu ta' protokolli definiti minn qabel (jiġifieri, servizzi tal-Internet) li tippermetti s-sinkronizzazzjoni awtomatika u t-trażmissjoni ta' dejta bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Istati Membriu u l-SFC2014.
2. Id-data ta' trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u viċi versa titqies bħala d-data tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.
3. F'każ ta' force majeure, funzjonament ħażin tal-SFC2014 jew nuqqas ta' konnessjoni mal-SFC2014 għal aktar minn ġurnata tax-xogħol fl-aħħar ġimgħa qabel iż-żmien regolatorju għas-sottomissjoni ta' informazzjoni, jew ħamest ijiem tax-xogħol fi żminijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni jista' jsir f'forma stampata bl-użu ta' mudelli, formati u l-formoli msemmija fl-Artikolu 3(1).
Meta s-sistema ta' skambju elettroniku tieqaf taħdem ħażin, il-konnessjoni ma' dik is-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid jew tieqaf il-kawża tal-force majeure, il-parti kkonċernata ddaħħal mingħajr dewmien l-informazzjoni li tkun intbagħtet diġà f'forma stampata fl-SFC2014.
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, id-data ttimbrata mill-posta titqies bħala d-data ta' sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.
Artikolu 7
Sigurtà ta' dejta trażmessa permezz tal-SFC2014
1. Il-Kummissjoni tistabbilixxi politika ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “il-politika ta' sigurtà tal-SFC IT”) għall-SFC2014 applikabbli għall-persunal li jagħmel użu mill-SFC2014 skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006)3602 (8) u r-regoli tagħha ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha taħtar persuna jew persuni responsabbli biex jiddefinixxu, jżommu u jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-politika ta' sigurtà għall-SFC2014.
2. L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Ewropej kollha għajr il-Kummissjoni, li rċevew drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014, jħarsu t-termini u l-kundizzjonijiet ta' sigurtà tal-IT ppubblikati fil-portal tal-SFC2014 u l-miżuri li huma implimentati fl-SFC2014 mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta' dejta, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jimplimentaw u jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri ta' sigurtà adottati għall-protezzjoni tad-dejta li jkunu ħażnu u ttrażmettew permezz tal-SFC2014.
4. L-Istati Membri jadottaw politiki ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali li jkopru l-aċċess għall-SFC2014 u d-dħul awtomatiku ta' dejta fihom, billi jiżguraw sett minimu ta' rekwiżiti ta' sigurtà. Dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jirreferu għal dokumenti oħra ta' sigurtà. Kull Stat Membru jiżgura li dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT japplikaw għall-awtoritajiet kollha li jagħmlu użu mill-SFC2014.
5. Dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jinkludu:
(a) |
l-aspetti ta' sigurtà tal-IT tal-ħidma mwettqa mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, meta taħdem/jaħdmu direttament fl-SFC2014 u |
(b) |
Il-miżuri ta' sigurtà tal-IT għal dawn is-sistemi tal-informatika lokali, reġjonali jew nazzjonali mqabbda ma' SFC2014 permezz ta' interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, jiġu koperti l-aspetti ta' sigurtà tal-IT li ġejjin, kif xieraq:
|
6. Il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri deskritti jkunu proporzjonali mar-riskji identifikati.
7. Id-dokumenti li jistabbilixxu l-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jkunu disponibbli għall-Kummissjoni kull meta jintalbu.
8. L-Istati Membri se jaħtru, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, persuna jew persuni responsabbli biex iżommu u jiżguraw l-applikazzjoni tal-politiki tas-sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali. Dik il-persuna jew persuni taġixxi/jaġixxu bħala punt ta' kuntatt mal-persuna jew persuni maħtura mill-Kummissjoni u msemmija fil-paragrafu 1.
9. Kemm il-politika tas-sigurtà tal-IT tal-SFC kif ukoll il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali rilevanti jiġu aġġornati f'każ ta' bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta' theddid ġdid jew żviluppi oħra rilevanti. F'kull każ, huma jiġu riveduti fuq bażi annwali biex ikun żgurat li dawn ikomplu jipprovdu rispons xieraq.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għas-sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta' intervent għal sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali skont il-mira tal-kooperazzjoni Territorjali Ewropea. (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 7)
(3) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)
(5) Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar qafas tal-Komunità għall-firem elettroniċi, ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.
(6) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37)
(7) Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.
ANNESSI
MUDELL GĦALL-PROGRAMM NAZZJONALI
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Identifikazzjoni u dettalji ta' kuntatt:
|
Isem l-awtorità: |
Il-Kap tal-awtorità |
L-indirizz |
L-indirizz tal-posta elettronika |
Id-data tal-ħatra |
L-attivitajiet delegati |
L-Awtorità Responsabbli |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità ta' Verifika |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità Delegata 1 |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità Delegata 2 |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità Delegata N (massimu ta' 10) |
|
|
|
|
|
|
Dokument mehmuż: notifika tal-ħatra b':
(a) |
diviżjoni prinċipali tar-responsabbiltajiet bejn l-unitajiet organizzattivi tagħha; |
(b) |
fejn xieraq, ir-relazzjoni tagħha mal-awtoritajiet delegati, l-attivitajiet li għandhom jiġu ddelegati, u l-proċeduri ewlenin għas-superviżjoni tal-attivitajiet delegati; kif ukoll |
(c) |
sommarju tal-proċeduri prinċipali għall-ipproċessar tal-pretensjonijiet finanzjarji mill-benefiċjarji u għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni tan-nefqa |
Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista (l-Artikolu 14(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014).
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TAQSIMA 1
Sommarju Eżekuttiv
Ipprovdi sommarju ġenerali tal-programm kollu, b'enfasi fuq l-istrateġiji nazzjonali, l-objettivi u l-miri nazzjonali (ir-riżultati mixtieqa u r-riżultati).
|
TAQSIMA 2
Is-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru (l-Artikolu 14(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Is-sitwazzjoni ta' referenza hija sommarju tal-istat attwali minn Diċembru 2013 fl-Istat Membru għall-oqsma relevanti għall-Fond. Din it-taqsima tinkludi:
— |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru, flimkien mal-informazzjoni fattwali neċessarja biex ir-rekwiżiti jiġu vvalutati korrettament; |
— |
analiżi tar-rekwiżiti fl-Istat Membru, inklużi l-kwistjonijiet ewlenin mir-riżultat tad-djalogu ta' politika; |
— |
il-miżuri meħuda s'issa, inklużi miżuri implimentati mal-eks-Fond għall-Affarijiet Interni; |
— |
valutazzjoni tal-ħtiġijiet nazzjonali, inklużi l-isfidi identifikati fl-evalwazzjonijiet rilevanti; kif ukoll |
— |
ir-riżorsi annwali indikattivi mill-baġit nazzjonali, imqassma skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-programmi nazzjonali. |
L-informazzjoni għandha tkun kompleta minnha nfisha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni f'dokumenti mehmuża jew ikun fiha hyperlinks. Dokument jista' jiġi mehmuż b'dettalji addizzjonali.
Kwalunkwe dokument mehmuż mhux se jagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 14(7) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
|
TAQSIMA 3
L-Objettivi tal-Programm (l-Artikolu 14(2)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
L-informazzjoni fl-objettivi speċifiċi għandha tkun kompluta fiha nfusha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni fi kwalunkwe dokument mehmuż jew ikun fiha hyperlinks.
Objettiv speċifiku (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): ipprovdi l-istrateġija xierqa, li tidentifika l-objettivi nazzjonali, inkluża deskrizzjoni ta' kif l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi huma koperti, sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti identifikati fis-sitwazzjoni ta' referenza.
Objettiv nazzjonali : ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-azzjonijiet ewlenin biex jinkiseb l-objettiv nazzjonali, bl-indikar pereżempju ta' dawk l-azzjonijiet li se jiġu appoġġati mill-programm nazzjonali (jiġifieri l-prijoritajiet ta' finanzjament), u bħala parti mid-deskrizzjoni jiġu pprovduti l-miri (ir-riżultati mixtieqa).
Azzjoni speċifika (kif stabbilita fir-Regolamenti Speċifiċi):
— |
Agħti deskrizzjoni ta' kif se titwettaq l-azzjoni, u ġustifikazzjoni għall-ammont allokat; |
— |
għal azzjonijiet konġunti (proġetti transnazzjonali), l-Istat Membru mexxej biss għandu jelenka l-Istati Membri parteċipanti, inkluż ir-rwol u l-kontribut finanzjarju possibbli tagħhom, jekk applikabbli; kif ukoll |
— |
l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiddeskrivu r-rwol u l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom, jekk applikabbli. |
OBJETTIV SPEĊIFIKU N: Titolu |
|
Objettiv nazzjonali n: titolu |
|
Azzjoni speċifika n: titolu |
|
Skeda ta' żmien indikattiva: għal kull objettiv nazzjonali daħħal it-tliet azzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu appoġġati bil-programm nazzjonali. Għal kull azzjoni niżżel is-sena meta din tkun ippjanata (pereżempju s-sejħa għall-proposti), meta se tiġi implimentata (pereżempju kuntratti/l-għotjiet iffirmati), u meta l-azzjoni se tkun magħluqa jew titlesta (pereżempju r-rapport finali).
Skeda ta' żmien indikattiva
(l-Artikolu 14(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
|
Isem l-azzjoni |
Il-bidu tal-ippjanar |
L-istat ta' implimentazzjoni |
L-għeluq |
||
Objettiv speċifiku n: |
||||||
Objettiv nazzjonali n: |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
TAQSIMA 4
Każijiet speċjali
Fil-każ fejn il-programm nazzjonali jinkludi pleġġ, ipprovdi n-numri għal kull kategorija tal-perjodu għall-pleġġ rispettiv, fejn applikabbli.
Billi jimla l-pjan għall-pleġġ, l-Istat Membru jikkonferma li hemm impenn nazzjonali uffiċjali li jonora l-pleġġ matul il-perjodu għall-pleġġ rispettiv u li l-miżuri se jiġu mwettqa b'mod effettiv matul il-perjodu.
Il-pjan għal-pleġġ: ipprovdi ġustifikazzjoni għall-pleġġ, l-impenn uffiċjali li jiġi onorat il-pleġġ, skeda ta' żmien indikattiva, il-proċess tal-għażla u l-operazzjonijiet meħtieġa biex jitwettaq il-pleġġ.
Il-pjan tal-pleġġ |
|||
|
|||
Il-kategoriji |
Il-perjodu ta' pleġġ |
Il-perjodu ta' pleġġ |
Il-perjodu ta' pleġġ |
|
|
|
|
Total |
|
|
|
TAQSIMA 5
Indikaturi komuni u indikaturi speċifiċi għall-programm (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Indikatur komuni (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): għal kull objettiv speċifiku segwit ipprovdi l-valur mira għal kull indikatur komuni u s-sors tad-dejta (pereżempju r-rapporti tal-proġetti).
Fil-każ fejn il-programm nazzjonali jinkludi indikaturi speċifiċi għall-programm ipprovdi: il-link għall-objettiv speċifiku rilevanti; deskrizzjoni tal-indikatur; l-unità ta' kejl; il-valur ta' referenza; il-valur mira li għandu jintlaħaq; u s-sors tad-dejta. Kull indikatur speċifiku għall-programm għandu jkun marbut ma' objettiv speċifiku uniku.
L-ID tal-indikatur |
Id-deskrizzjoni tal-indikatur |
L-unità ta' kejl |
Il-valur bażi |
Il-valur immirat |
Is-sors tad-dejta |
Objettiv speċifiku n: titolu |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TAQSIMA 6
Qafas għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru
6.1. L-involviment ta' sħubija fit-tħejjija tal-programm (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Sommarju tal-approċċ adottat, il-kompożizzjoni u l-involviment tas-sħab u l-istadji ewlenin ta' konsultazzjoni usa', fejn rilevanti, inkluż lista tas-sħab prinċipali (jew tipi ta' sħab) involuti jew ikkonsultati.
|
6.2. Il-Kumitat ta' Monitoraġġ (l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
|
6.3. Qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ ippjanat u l-metodi li għandhom jintużaw.
Inkludi t-tweġibiet għal dan li ġej:
(a) |
Fejn se tkun tinsab il-funzjoni ta' evalwazzjoni u monitoraġġ? Liema se tkun l-entità responsabbli għall-evalwazzjoni? |
(b) |
Il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ se jiġu esternalizzati? |
(c) |
Kif se tinġabar id-dejta dwar il-proġetti u l-indikaturi (is-sistema ta' monitoraġġ)? |
|
6.4. L-involviment ta' sħubija fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm nazzjonali (l-Artikolu 12(3) u 14(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ li se jittieħed għas-sħab, il-livell ta' involviment tagħhom u l-istadji ewlenin tal-konsultazzjoni usa', fejn rilevanti, inkluż lista tat-tipi ta' sħab involuti jew ikkonsultati (jew is-sħab prinċipali).
|
6.5. L-informazzjoni u l-pubbliċità (l-Artikolu 14(2)(j) u 53 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi deskrizzjoni tal-mekkaniżmi u l-metodi li għandhom jintużaw biex jiġi ppubbliċizzat il-programm nazzjonali.
|
6.6. Il-Koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma' strumenti oħrajn (l-Artikolu 14(2)(e) u 14(5)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Iddeskrivi fil-qosor il-mekkaniżmi biex tiġi żgurata koordinazzjoni bejn l-istrumenti stabbiliti mir-Regolamenti Speċifiċi u ma' strumenti oħra tal-Unjoni u nazzjonali. Dan għandu jinkludi, jekk applikabbli, l-identifikazzjoni tal-korpi responsabbli għall-koordinazzjoni f'dawn l-oqsma u, fejn xieraq, l-istrutturi jew arranġamenti (pereżempju l-kumitati, il-proċeduri ta' konsultazzjoni) użati għal dan l-għan.
Fir-rigward tal-kumplimentarjetà ma' strumenti oħra tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:
— |
Il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd); |
— |
Fondi u programmi oħrajn tal-UE (pereżempju l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm Kulturali, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni); |
— |
Strumenti dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-UE (pereżempju l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, l-Istrument għall-Istabbiltà), sa fejn azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom huma kkonċernati. |
|
6.7. Il-benefiċjarji u l-għotja diretta
6.7.1. Elenka t-tipi ewlenin ta' benefiċjarji tal-programm (uża l-lista hawn taħt)
|
It-tipi ta' benefiċjarji huma: l-awtoritajiet Statali/federali, il-korpi pubbliċi lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali, is-Salib l-Aħmar nazzjonali, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, il-kumpaniji tal-liġi pubblika jew privata, l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni/tar-riċerka, is-sħab soċjali.
6.7.2. L-għotja diretta
Indika l-objettiv nazzjonali, meta huwa maħsub li tintuża l-għotja diretta u pprovdi ġustifikazzjoni għal kull ċirkostanza.
|
TAQSIMA 7
Il-pjan ta' finanzjament tal-programm (l-Artikolu 14(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Il-pjan ta' finanzjament tal-programm nazzjonali li jispeċifika, għall-perjodu sħiħ ta' programmazzjoni, l-ammont tal-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull objettiv speċifiku fil-mira. L-ammonti għall-objettivi nazzjonali fi ħdan l-objettiv speċifiku huma indikattivi. In-nefqa totali għall-assistenza teknika hija indikata.
7.1. Il-pjan ta' finanzjament skont l-objettivi speċifiċi
Tabella
(f'EUR) |
|
Objettiv speċifiku n: titolu |
|
Objettiv nazzjonali n |
|
Subtotal ta' objettivi nazzjonali |
|
Azzjoni speċifika n |
|
Total 1 SO |
|
Objettiv nazzjonali n + 1 |
|
Subtotal ta' objettivi nazzjonali |
|
Azzjoni speċifika n + 1 |
|
Total n |
|
Każijiet speċjali |
|
Total ta' każijiet speċjali |
|
Assistenza teknika: (Massimu = ammont fiss + (Allokazzjoni totali) *5 jew 5,5 % skont ir-Regolamenti Speċifiċi) |
|
TOTAL |
|
Il-pjan ta' finanzjament indikattiv tal-programm nazzjonali li jispeċifika l-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull sena finanzjarja
7.2. Pjan ta' finanzjament skont is-sena finanzjarja
Tabella
(f'EUR) |
||||||||
SENA |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
7.3. Ġustifikazzjoni għal kull devjazzjoni mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi. (Meħtieġa biss jekk il-valuri minimi ma jintlaħqux) l-Artikolu 14(5)(b)
Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi.
|