This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0324
Commission Implementing Regulation (EU) No 324/2014 of 28 March 2014 adopting exceptional support measures for the pigmeat market in Poland
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 324/2014 tat- 28 ta’ Marzu 2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 324/2014 tat- 28 ta’ Marzu 2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja
ĠU L 95, 29.3.2014, p. 24–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/04/2014
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 324/2014
tat-28 ta’ Marzu 2014
li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (2) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Għaldaqstant, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/100/UE (3), kif tikkonferma d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/134/UE (4), u skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE (5), il-Polonja trid tiżgura li ż-żona infettata fit-territorju tagħha tirreferi mill-anqas għaż-żona infettata mniżżla fl-Annessi ta’ dawn id-Deċiżjonijiet. Bil-ħsieb li jkun evitat it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u sabiex tevita aktar xkiel għall-kummerċ fil-Polonja u ‘l barra minnha, fis-26 ta’ Frar 2014 (6) il-Polonja adottat xi miżuri preventivi addizzjonali f’dik iż-żona infettata. Minħabba f’hekk, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal minn dik iż-żona infettata hija soġġetta għal miżuri ta’ sorveljanza partikolari, għal tikkettar obbligatorju b’marka sanitarja speċjali u għall-applikazzjoni ta’ xi restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni fis-suq uniku. |
(2) |
Ir-restrizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal li ġġib l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri veterinarji, jimplikaw tnaqqis importanti fil-prezz fiż-żoni milquta u qed ixekklu s-suq tal-laħam tal-majjal f’dawk iż-żoni. Għalhekk, fil-5 ta’ Marzu 2014 il-Polonja talbet lill-Kummissjoni biex iddaħħal miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq kif previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dawn il-miżuri li jkunu japplikaw biss għal laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal minn ħnieżer imrobbijin fiż-żoni affettwati direttament bir-restrizzjonijiet, għandhom jiġu adottati għaż-żmien strettament meħtieġ. |
(3) |
L-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi espress bħala ammont għal kull 100 kg piż tal-karkassa ta’ annimali eliġibbli, għal kwantità limitata u b’piż tal-karkassa massimu kompensabbli għal kull annimal. Sabiex jiġi ffissat l-ammont ta’ għajnuna għandha titqies informazzjoni riċenti fis-suq. |
(4) |
Għal ħnieżer imrobbija fiż-żoni kkonċernati, l-appoġġ għandu jkun bil-kundizzjoni tat-twassil tal-annimali sal-biċċeriji, tal-qatla u l-immarkar tagħhom u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam derivat jew tal-prodotti tal-laħam derivati skont ir-regoli veterinarji aktar stretti li japplikaw għaż-żoni kkonċernati fil-jum tat-twassil. |
(5) |
Għandha ssir dispożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti tal-Polonja biex japplikaw il-miżuri kollha ta’ kontroll u sorveljanza meħtieġa u jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan kif xieraq. It-trasport u l-qtil tal-annimali eliġibbli u t-trattament eventwali, meta meħtieġ, u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal derivati minn dawk l-annimali għandhom isiru bil-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti. |
(6) |
Ir-restrizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal applikaw għal bosta ġimgħat fit-territorji kkonċernati u din is-sitwazzjoni xekklet is-suq u ġabet telf lill-produtturi, kif ukoll żiedet b’mod sostanzjali l-piż tal-annimali u allura l-benesseri tal-annimali ġiet f’qagħda intollerabbli. Għalhekk, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom ikopru annimali mwassla mis-26 ta’ Frar 2014, id-data tal-adozzjoni tal-miżuri preventivi Pollakki. Il-qagħda tas-suq u l-impatt ta’ din il-miżura għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fid-dawl tal-iżviluppi futuri u għalhekk il-miżura għandha tapplika biss għal perjodu ta’ tliet xhur. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-Polonja hija awtorizzata tagħti għajnuna rigward il-qatla ta’ dawn l-annimali u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal derivati minnhom f’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti:
(a) |
ħnieżer li jkopri l-kodiċi NM 0103 92 19; |
(b) |
ħnieżer li jkopri l-kodiċi NM 0103 92 11. |
2. L-għajnuna prevista fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:
(a) |
l-annimali jkunu trabbew fiż-żoni mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/100/UE jew 2014/134/UE jew fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/178/UE għall-perjodi rilevanti, jew f’xi Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni oħra adottata f’dan ir-rigward, u l-laħam tal-majjal minn annimali mrobbijin f’dawk iż-żoni jkun soġġett għal ċertu restrizzjonijiet tas-suq minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer; |
(b) |
fis-26 ta’ Frar 2014 l-annimali kienu fiż-żoni msemmija fil-punt (a) jew twieldu u trabbew wara dik id-data f’dawk iż-żoni; |
(c) |
il-miżuri preventivi addizzjonali li jistabbilixxi r-Regolament tal-Ministru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Polonja tas-26 ta’ Frar 2014 dwar miżuri li għandhom jittieħdu rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, jew kull regola nazzjonali oħra adottata f’dan ir-rigward u li tissoġġetta lil-laħam tal-majjal għal restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer, japplikaw għaż-żona fejn trabbew dawk l-annimali meta twasslu sa biċċerija. |
Artikolu 2
L-għajnuna prevista fl-Artikolu 1 għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq kif previst fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
Artikolu 3
1. Il-produtturi tal-laħam tal-majjal jistgħu japplikaw għall-għajnuna prevista fl-Artikolu 1 (“l-għajnuna”) fir-rigward tal-annimali maqtula mis-26 ta’ Frar 2014 sal-25 ta’ Mejju 2014.
2. L-għajnuna hi espressa bħala ammont ta’ EUR 35,7 għal kull 100 kg piż tal-karkassa li jkunu rreġistrati għall-annimali mwassla. Il-Kummissjoni tista’ tadatta dan l-ammont biex tqis l-iżviluppi fis-suq.
3. L-għajnuna għal annimali b’piż tal-karkassa aktar minn 100 kg m’għandhiex taqbeż l-ammont ta’ għajnuna stabbilit fil-paragrafu 2 għal ħnieżer b’100 kg piż tal-karkassa.
4. Nofs in-nefqa għall-għajnuna, li tkopri total massimu ta’ 20 000 tunnellata ta’ karkassi tal-ħnieżer, għandu jiffinanzjaha l-baġit tal-Unjoni.
5. In-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament tal-Unjoni, jekk din tkun ħallsitha l-Polonja lill-benefiċjarju sal-31 ta’ Awwissu 2014.
6. L-għajnuna għandha tħallasha l-Polonja wara li jinqatlu l-ħnieżer u l-laħam frisk tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal derivati minnhom jitqiegħdu fis-suq skont ir-regoli veterinarji applikabbli u wara t-tlestija tal-kontrolli skont l-Artikolu 4.
Artikolu 4
1. Il-Polonja għandha tieħu kull miżura meħtieġa, fosthom kontrolli amministrattivi u fiżiċi eżawrjenti ħalli tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki għandhom:
(a) |
jissorveljaw it-trasport tal-annimali mill-azjenda sal-biċċerija permezz ta’ listi standardizzati ta’ kontroll li jkun fihom folji tal-użin u tal-għadd, u bl-oriġini u d-destinazzjoni tal-annimali; |
(b) |
jiżguraw li kull prodott li tingħata għajnuna għalih ikun konformi mar-restrizzjonijiet applikabbli għat-territorji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2); |
(c) |
jagħmlu kontrolli amministrattivi u ta’ kontabbiltà f’kull biċċerija parteċipanti mill-inqas darba fix-xahar, biex jiżguraw li l-annimali u laħam imwasslin, u li għalihom tista’ titressaq talba għall-għajnuna, mis-26 ta’ Frar 2014 jew mill-aħħar kontroll, ikunu ġew trattati skont dan ir-Regolament; |
(d) |
jipprevedu kontrolli fuq il-post u rapporti dettaljati dwar dawn il-kontrolli li b’mod partikolari jindikaw:
|
2. Il-kontrolli u l-verifiki msemmija fil-paragrafu (1) għandhom isiru qabel tingħata l-għajnuna. Il-Polonja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri u l-kontrolli introdotti f’konformità ma’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
1. Il-Polonja għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, kull nhar ta’ Erbgħa fir-rigward tal-ġimgħa ta’ qabel:
(a) |
l-għadd ta’ ħnieżer nisa u l-għadd ta’ ħnieżer oħrajn ikkonsenjati għall-qatla f’konformità ma’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-piż tal-karkassa ġenerali tagħhom; |
(b) |
l-ispejjeż finanzjarji stmati għal kull kategorija ta’ annimali msemmija fl-Artikolu 1(1). |
L-ewwel komunikazzjoni għandha tkopri annimali mwassla għall-qatla mis-26 ta’ Frar 2014 skont dan ir-Regolament. L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika sal-4 ta’ Ġunju 2014.
2. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Polonja għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jkun fih dettalji dwar l-eżekuzzjoni tal-kontrolli, il-verifiki u s-superviżjoni li saret skont l-Artikolu 4.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-18 ta’ Frar 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 50, 20.2.2014, p. 35).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/134/UE tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 63).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (ara l-paġna 47 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament tal-Ministru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tas-26 ta’ Frar 2014 dwar miżuri li għandhom jittieħdu rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ (Dz.U. poz. 247);
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).