Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0288

    2014/288/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Mejju 2014 fir-rigward tar-rekwiżiti standard ta' rapportaġġ għall-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard u mard żoonotiku tal-annimali kofinanzjati mill-Unjoni u li jirrevokaw d-Deċiżjoni 2008/940/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 2976)

    ĠU L 147, 17.5.2014, p. 88–113 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/06/2016; Imħassar b' 32016D0969

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/288/oj

    17.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 147/88


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta' Mejju 2014

    fir-rigward tar-rekwiżiti standard ta' rapportaġġ għall-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard u mard żoonotiku tal-annimali kofinanzjati mill-Unjoni u li jirrevokaw d-Deċiżjoni 2008/940/KE

    (notifikata bid-dokument C(2014) 2976)

    (2014/288/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 27(10) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' mard u mard żoonotiku fl-annimali.

    (2)

    Skont l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, qed tiġi introdotta miżura finanzjarja tal-Unjoni biex jiġu rimborsati l-ispejjeż li ġarrbu l-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' mard u mard żoonotiku tal-annimali elenkat fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    L-Artikolu 27(7) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jissottomettu, għal kull programm approvat, rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji u, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, rapport tekniku annwali dettaljat li jinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba u rendikont dettaljat tal-ispejjeż għas-sena ta' qabel.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/940/KE (2) tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tingħata fl-ambitu tar-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji u finali mill-Istati Membri li għandhom programmi għall-eradikazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali approvati għal kofinanzjament min-naħa tal-Unjoni.

    (5)

    Minn meta seħħet l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/940/KE u fil-qafas tas-simplifikazzjoni u t-titjib tar-rekwiżiti u l-proċeduri f'dak li jikkonċerna l-programmi, ġie introdott tibdil fir-rigward tal-miżuri li ġew ikkunsidrati bħala eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u l-metodu tal-kalkolu tar-rimborż kif stipulati fid-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar li japprovaw il-programmi għal kull sena kalendarja.

    (6)

    Barra minn hekk, sabiex jittejjeb aktar il-proċess ta' sottomissjoni ta' rapporti, l-ipproċessar u l-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-progress matul is-snin, rapporti intermedji u finali għall-implimentazzjoni tal-programmi għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri onlajn mill-1 ta' Lulju 2015 'il quddiem billi jintużaw mudelli elettroniċi żviluppati mill-Kummissjoni għal dan l-għan. L-istruttura tar-rapporti rilevanti għandha għalhekk tiġi adattata għas-sottomissjoni elettronika u għall-ipproċessar tad-dejta b'mezzi elettroniċi.

    (7)

    Għaldaqstant, ir-rekwiżiti standard għas-sottomissjoni mill-Istati Membri ta' applikazzjonijiet għal finanzjament tal-Unjoni għal programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u mard żoonotiku għandhom jiġu emendati u jiġu magħmula konsistenti mal-emendi li saru għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u kompatibbli mas-sistema tas-sottomissjoni onlajn.

    (8)

    Fit-tieni nofs ta' kull sena, il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-użu ta' fondi għal miżuri eliġibbli skont il-programmi tagħhom mill-bidu tas-sena, u l-istimi għall-baġit totali meħtieġ għas-sena kollha. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, u sabiex jittejjeb l-użu tal-fondi disponibbli, il-Kummissjoni ta' kull sena tipprepara Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' finanzjament għal dik is-sena għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi bejn il-programmi li huma mistennija li ma jużawx l-allokazzjoni inizjali tagħhom ta' fondi u l-programmi li jkun irrappurtat li jkollhom bżonn ta' fondi addizzjonali.

    (9)

    Sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-eżerċizzju ta' allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi bejn il-programmi, huwa xieraq li l-Istati Membri jippreżentaw ukoll informazzjoni kwantitattiva dwar l-attivitajiet li twettqu u dawk mistennija li jiġu mwettqa, kif ukoll dejta dwar il-kost unitarju. Barra minn hekk, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-preżentazzjoni ta' tagħrif għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi għandha tiġi integrata mas-sottomissjoni tar-rapporti intermedji.

    (10)

    Għalhekk, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2008/940/KE tiġi rrevokata u sostitwita b'din id-Deċiżjoni.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom, skont din id-Deċiżjoni, jissottomettu rapport intermedju u finali dwar il-programmi approvati skont l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “rapporti intermedji” tfisser rapporti tekniċi (3) u finanzjarji intermedji dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu għaddejjin, li jridu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE;

    (b)

    “rapporti finali” tfisser rapporti tekniċi u finanzjarji dettaljati li jridu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena għas-sena sħiħa preċedenti tal-applikazzjoni ta' kull programm approvat, kif previst fl-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE;

    (c)

    “applikazzjonijiet ta' ħlas” tfisser applikazzjonijiet ta' ħlas relatati mal-ispejjeż imġarrba minn Stat Membru, li jridu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 27(8) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

    Artikolu 3

    1.   Fir-rigward tal-programmi li jkunu għaddejjin approvati għall-kofinanzjament mill-Unjoni skont l-Artikolu 27(5) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu ta' kull sena għandu jiġi sottomess rapport intermedjarju lill-Kummissjoni.

    2.   Ir-rapporti intermedji għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha skont l-Anness I.

    Artikolu 4

    Ir-rapporti finali u l-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti b'konformità mal-Anness II, kif ukoll:

    (a)

    informazzjoni teknika skont-:

    (i)

    l-Anness III, fir-rigward tat-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina, il-bruċellożi ovina u kaprina, il-marda tal-ilsien blu f'żoni ta' riskju għoli jew endemiku, l-antraċe, il-plewropulmonite bovina li tittieħed, l-ekinokokkożi, it-trikinellożi u l-E. coli verotossiġeniku;

    (ii)

    l-Anness IV, fir-rigward tas-Salmonellożi (Salmonella żoonotika);

    (iii)

    l-Anness V, fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, tal-marda vesikulari tal-ħnieżer, tad-deni klassiku tal-ħnieżer;

    (iv)

    l-Anness VI, fir-rigward tar-rabja;

    (v)

    l-Anness VII, fir-rigward tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE);

    (vi)

    l-Anness VIII, fir-rigward tal-influwenza avjarja;

    (vii)

    l-Anness IX, fir-rigward tan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN), l-anemija infettiva tas-salamun (ISA), is-settiċemija emorraġika virali (VHS), l-infezzjoni tal-virus Koi herpes (KHV), l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, l-infezzjoni bil-Marteilia refringens u l-marda tat-tikka bajda fil-krustaċji.

    (b)

    informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-ispejjeż, skont il-Parti I tal-Anness X u dikjarazzjoni ffirmata għal kull programm, skont il-Parti II tal-Anness X.

    Artikolu 5

    1.   Mill-1 ta' Lulju 2015, ir-rapporti intermedji previsti fl-Artikolu 3 u r-rapporti finali u l-applikazzjonijiet għall-ħlas previsti fl-Artikolu 4 għandhom jiġu sottomessi onlajn mill-Istati Membri billi jintużaw il-mudelli elettroniċi standard korrispondenti pprovduti mill-Kummissjoni, ħlief għall-programmi għall-mard imsemmi fl-Artikolu 4(a)(vii).

    2.   Apparti r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, verżjoni ffirmata tal-parti tar-rapporti finali u tal-applikazzjonijiet għall-ħlas imsemmija fl- Artikolu 4(b) għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni.

    Artikolu 6

    Id-Deċiżjoni 2008/940/KE hija rrevokata.

    Artikolu 7

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali li jridu jiġu implimentati mill-1 ta' Jannar 2015.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/940/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 li tistabbilixxi r-rekwiżiti standard għall-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard u mard żoonotiku tal-annimali kofinanzjati mill-Komunità (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 61).

    (3)  Sal-2015 huwa previst biss rapport finanzjarju intermedju.


    ANNESS I

    Rekwiżiti għar-rapporti intermedji

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    Rekwiżiti għar-rapporti finali u għall-applikazzjonijiet għall-ħlas

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Rapport tekniku finali dwar programmi tal-mard tar-ruminanti

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS IV

    Rapport tekniku dwar programmi tas-salmonella żoonotika

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS V

    Rapport tekniku finali dwar il-programmi tal-mard tal-ħnieżer

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS VI

    Rapport tekniku finali dwar il-programmi kontra l-idrofobija

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS VII

    Rapport tekniku finali dwar il-programmi ta' monitoraġġ u ta' eradikazzjoni tat-tse

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS VIII

    Rapport tekniku finali dwar programmi ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS IX

    Rapport dwar programmi tal-mard tal-ħut

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS X

    PART I

    Rapport dwar l-attivitajiet u l-ispejjeż

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    PART I II

    Dikjarazzjoni ffirmata li takkumpanja r-rapport finali/l-applikazzjoni għall-ħlas

    Stat Membru:

    Programm:

    Sena ta' implimentazzjoni:

    Niċċertifikaw li

    l-informazzjoni pprovduta fir-rapport finali u fl-applikazzjoni għall-ħlas hija kompluta, kredibbli u vera; l-attivitajiet iddikkjarati twettqu verament u li l-kosti ddikjarati tqiesu b'eżattezza u huma eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni …/Regolament (KE) Nru ……. (semmi d-deċiżjoni speċifika tal-finanzjament); ….

    id-dokumenti ta' sostenn kollha relatati mal-attivitajiet u l-infiq huma disponibbli għall-ispezzjoni, jiġifieri biex jiġġustifikaw il-livell ta' kumpens għall-annimali;

    il-programm twettaq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari skont ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-aġġudikazzjoni ta' kuntratti pubbliċi u l-għajnuna mill-Istat;

    ma ntalbet ebda kontribuzzjoni oħra mill-Unjoni għal dan il-programm, u d-dħul kollu mill-operazzjonijiet tal-programm ġie ddikjarat lill-Kummissjoni,

    il-proċeduri ta' verifika japplikaw, b'mod partikolari għall-verifika tal-akkuratezza tal-ammont tal-attivitajiet u l-kost iddikjarat, għall-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni tal- irregolaritajiet.

    Data

    Isem u firma tad-direttur tal-operazzjoni


    Top