This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0251
Commission Regulation (EU) No 251/2013 of 22 March 2013 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for aminopyralid, bifenazate, captan, fluazinam, fluopicolide, folpet, kresoxim-methyl, penthiopyrad, proquinazid, pyridate and tembotrione in or on certain products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 251/2013 tat- 22 ta' Marzu 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-amminopiralid, għall-bifenażat, għall-kaptan, għall-fluważinam, għall-fluwopikolid, kresoksim-metil, għall-pentijopirad, għall-prokwinażid, għall-piridat u għat-tembotrijon f’ċerti prodotti jew fuqhom Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 251/2013 tat- 22 ta' Marzu 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-amminopiralid, għall-bifenażat, għall-kaptan, għall-fluważinam, għall-fluwopikolid, kresoksim-metil, għall-pentijopirad, għall-prokwinażid, għall-piridat u għat-tembotrijon f’ċerti prodotti jew fuqhom Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 88, 27.3.2013, p. 1–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
27.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 251/2013
tat-22 ta' Marzu 2013
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-amminopiralid, għall-bifenażat, għall-kaptan, għall-fluważinam, għall-fluwopikolid, kresoksim-metil, għall-pentijopirad, għall-prokwinażid, għall-piridat u għat-tembotrijon f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-bifenażat, għall-kaptan, għad-dimetoat, għall-folpet, għall-iprodjon, għall-kresoksim-metil, għall-pimetrożin u għall-piridat, il-livelli massimi ta’ residwi (LMR) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għal amminopiralid, għall-fluważinam, għall-fluwopikolid, għall-prokwinażid u għat-tembotrijon, ġew stabbiliti LMR fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-pentijopirad ma ġew stabbiliti ebda LMR speċifiċi fl-Annessi II u III u s-sustanza lanqas ma ġiet inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għalhekk japplika l-valur iffissat ta’ 0,01 mg/kg. |
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva amenopiralit fuq iż-żerriegħa tal-kolza, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu emendati l-LMR eżistenti. |
(3) |
Rigward il-bifenażat, din l-applikazzjoni tressqet għall-frott taċ-ċitru, għall-frott pomum (frott b’karpelli fin-nofs li jagħlqu ż-żerriegħa), għall-frot irqiq, għall-għeneb tal-ikel u tal-inbid, għall-ħops, għall-frawli, għat-tadam, għall-bżar, għall-brinġiel u għall-kukurbiti (bil-qoxra li ma tittikilx). Fir-rigward tal-kaptan, din l-applikazzjoni saret għat-tadam. Fir-rigward tad-dimetoat, din l-applikazzjoni tressqet għaż-żebbuġ tal-ikel u ż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt. Fir-rigward tal-fluważinam, din l-applikazzjoni saret għat-tuffieħ. Fir-rigward tal-fluwopikolid, din l-applikazzjoni saret għall-ħass u pjanti oħra li jintużaw għall-insalata, għall-ispinaċi u pjanti tal-istess tip (b'weraq simili) u għall-ħwawar friski. Rigward il-folpet, saret applikazzjoni għall-għollieq, għal-lampun, għar-ribes u għat-tuffieħ tal-fanali. Fir-rigward tal-iprodjon, din l-applikazzjoni saret għall-krafes. Rigward il-kresoksim-metil, din l-applikazzjoni tressqet għax-xgħir, għas-segala u għall-qamħ. Rigward il-prokwinażid, din l- applikazzjoni tressqet għat-tadam, għall-brinġiel u għall-kukurbiti (bil-qoxra tittiekel). Rigward il-pimetrożin, din l-applikazzjoni saret għall-valerjanella u għall-fażola (bil-miżwed). Rigward il-piridat, din l-applikazzjoni saret għall-weraq tax-xibt. Rigward it-tembotrijon, din l-applikazzjoni saret għall-kliewi u l-fwied tal-annimali bovini u porċini filwaqt li tqiesu l-livelli tar-residwi fi prodotti tal-għalf li jirriżultaw mill-użu tat-tembotrijon fuq il-qamħirrum. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 saret applikazzjoni għall-użu tal-fluwopikolid fuq iz-zunnarija, fuq ir-ravanell u fuq il-pitravi taz-zokkor. L-applikant isostni li l-użu awtorizzat tal-fluwopikolid fuq dawn l-għelejjel fl-Istati Uniti jwassal għal residwi ogħla mil-LMR awtorizzati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huma meħtieġa LMR ogħla biex ma jkunx hemm ostakli fil-kummerċ għall-importazzjoni ta' dawn l-għelejjel. |
(5) |
Rigward il-pentijopirad, saret applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 bil-għan li jiġu stabbiliti l-LMR għall-ġwież tas-siġar (minbarra l-ġewż tal-Indi u l-ġewż tal-arznu), għall-frott pomum, għaċ-ċirasa, għall-ħawħ, għall-għanbaqar, għall-frawli, għall-ħxejjex tal-għerq u tat-tuberi, għat-tewm, għall-basal, għax-shallots, għall-basal tar-rebbiegħa, għat-tadam, għall-bżar, għall-brinġiel, għall-kukurbiti, għall-qamħirrum ħelu, għall-brassika li tagħmel il-fjuri, għall-kaboċċi, għall-kaboċċi Ċiniżi, għall-ħass u pjanti oħra li jintużaw fl-insalata, inklużi l-brassicacea, l-ispinaċi u pjanti (bil-weraq) simili, għas-sorfolja, għall-weraq tat-tursin, għall-fażola (bil-miswed jew mingħajru), għall-piżelli (bil-miswed jew mingħajru), għall-kardun, għall-krafes, għall-bużbież, għar-rabarbru, għall-kurrat, għal-legumi nexfin, għall-karawett, għaż-żerriegħa tal-ġirasol, għaż-żerriegħa tal-kolza, għax-xgħir, għall-qamħirrum, għall-ħafur, għas-segala, għas-sorgu, għall-qamħ, għall-pitravi taz-zokkor u għall-prodotti tal-annimali, filwaqt li jitqiesu l-livelli tar-residwi f'oġġetti tal-għalf. L-applikant jistqarr li l-użu awtorizzat ta' din is-sustanza fuq dawn il-prodotti fl-Istati Uniti u fil-Kanada jwassal għal residwi ogħla mil-LMR fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li l-LMR mitluba jinħtieġu biex jakkomodaw l-użi maħsubin fl-Unjoni Ewropea u l-użi awtorizzati fl-Istati Uniti u fil-Kanada. Biex ma jkunx hemm ostakli fil-kummerċ mill-importazzjoni ta' dawn il-prodotti, jeħtieġ li jiżdiedu l-LMR. |
(6) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
(7) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjonijiet motivati dwar l-LMR proposti (2). Din għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
(8) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-użu tad-dimetoat fuq iż-żebbuġ tal-ikel u ż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, il-valutazzjoni tar-riskju fil-qafas tal-opinjoni motivata għandha titqies li hi proviżorja u għandha mnejn tissottovaluta r-riskju reali għall-konsumaturi, minħabba li l-evalwazzjoni finali għad trid issir. Rigward l-użu tal-iprodijon fuq il-karfus (Apium graveolens rapaceum), l-Awtorità enfasizzat in-nuqqasijiet tal-istudji fuq il-metaboliżmu ta' din il-pjanta. Rigward l-użu tal-pentijopirad fuq il-kaboċċa Ċiniża u fuq l-iscarole, l-Awtorità ma tirrikkmandax li jiġi ffissat l-LMR propost minħabba li ma jistax jiġi eskluż ir-riskju għall-konsumaturi. Barra minn hekk, it-testijiet dwar ir-residwi fuq il-qamħirrum, in-nevew (Brassica napus), il-qoton, il-ġirasol u s-soja saru fuq wiċċ tar-raba' mmodifikat ġenetikament. L-applikant irid jikkonferma li l-metaboliżmu tal-pentijopirad f'wiċċ tar-raba' mmodifikat ġenetikament jimxi bl-istess mod kif jimxi f'wiċċ tar-raba' naturali. Rigward l-użu tal-pimetrożin fuq il-valerjanella u fuq il-fażola (bil-miswed), l-Awtorità kkonkludiet li d-dejta li ġiet ippreżentata mhijiex suffiċjenti biex jiġi ffissat LMR ġdid. Għalhekk l-LMR attwali ma għandhomx jitbiddlu. |
(9) |
Rigward l-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew sodisfatti r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta u li, abbażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, it-tibdil fl-LMR mitlub mill-applikanti kien aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għall-perjodu qasir minħabba konsum estrem tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (ARfD). |
(10) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, l-emendi rilevanti għall-LMR jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for aminopyralid in rape seed. EFSA Journal 2012; 10(9):2894 [28 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2894. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL(s) for bifenazate in citrus fruit, pome fruit, stone fruit, grapes, hops, strawberries, tomatoes, peppers, aubergines, melons and watermelons. EFSA Journal 2012; 10(10):2920 [45 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2920. |
|
Opinjoni motivata tal-EFSA: Modification of the existing MRLs for captan in certain berries. EFSA Journal 2011; 9(11):2452 [31 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2452. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for dimethoate in olives for oil production and table olives. EFSA Journal 2012; 10(5):2709 [31 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2709. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for fluazinam in apples. EFSA Journal 2012; 10(5):2710 [27 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2710. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for fluopicolide in various vegetable crops. EFSA Journal 2012; 10(9):2895 [43 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2895. |
|
Opinjoni motivata tal-EFSA: Tibdil tal-MRLs eżistenti għall-folpet fl-għeneb tal-inbid, it-tewm u t-tadam. EFSA Journal 2011; 9(9):2391 [40 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2391. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for iprodione in celeriac. EFSA Journal 2012; 10(10):2947 [29 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2947. |
|
Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva kreżossim-metil. EFSA Journal 2010; 8(11):1891 [88 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1891. |
|
Reasoned opinion on the setting of new MRLs for penthiopyrad in various crops. EFSA Journal 2012; 10(10):2948 [96 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2948. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for proquinazid in tomatoes, aubergines and cucurbits with edible peel. EFSA Journal 2012; 10(9):2896 [27 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2896. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for pymetrozine in lamb's lettuce and beans (with pods). EFSA Journal 2012; 10(10):2939 [20 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2939. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for pyridate in celery leaves (dill leaves). EFSA Journal 2012; 10(9):2892 [25 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2892. |
|
Reasoned opinion on the setting of new MRLs for tembotrione in kidney and liver of bovine and swine. EFSA Journal 2012; 10(10):2932 [39 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2932. |
ANNESS
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-bifenażat u għall-kaptan, il-folpet, il-kresoksim u l-piridat jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(2) |
Il-Parti A tal-Anness III hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonni għall-bifenażat u għall-kaptan, il-kresoksim-metil u għall-piridat jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(**) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(F)= Soluble tax-xaħam
Captan (R)
Id-definizzjoni tar-residwu ta' infurzar għal dawn il-kodiċijiet li ġejjin hija "it-total ta' kaptan u folpet": 0130000; 0152000; 0153010; 0153030; 0154030; 0154040; 0231010; 0260010; 0260020;
Folpet (R)
Id-definizzjoni tar-residwu ta' infurzar għal dawn il-kodiċijiet li ġejjin hija "it-total ta' kaptan u folpet": 0130000; 0152000; 0153010; 0153030; 0154030; 0154040; 0231010; 0260010; 0260020;
Kresoxim-methyl (F) (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet pestiċida-numru tal-kodiċi li ġejjin:
|
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(***) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(F)= Soluble tax-xaħam
Tembotrione (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet pestiċida-numru tal-kodiċi li ġejjin: Tembotrion - kodiċi 1000000 ħlief 1040000: Metabolit M5 (Diidrossi-tembotrion)” |
(3) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(****) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika”
(4) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*****) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(F)= Soluble tax-xaħam
Captan (R)
Id-definizzjoni tar-residwu ta' infurzar għal dawn il-kodiċijiet li ġejjin hija "it-total ta' kaptan u folpet": 0130000; 0152000; 0153010; 0153030; 0154030; 0154040; 0231010; 0260010; 0260020;
Kresoxim-methyl (F) (R)
(R) |
= |
Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet pestiċida-numru tal-kodiċi li ġejjin:
|