This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0723
2013/723/EU: Commission Implementing Decision of 4 December 2013 on the European Union financial contribution to national programmes of 3 Member States (Spain, Croatia and United Kingdom) in 2013 for the collection, management and use of data in the fisheries sector (notified under document C(2013) 8498)
2013/723/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2013 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għal programmi nazzjonali ta’ tliet Stati Membri (Spanja, il-Kroazja u r-Renju Unit) fl-2013 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd (notifikata bid-dokument C(2013) 8498)
2013/723/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2013 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għal programmi nazzjonali ta’ tliet Stati Membri (Spanja, il-Kroazja u r-Renju Unit) fl-2013 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd (notifikata bid-dokument C(2013) 8498)
ĠU L 328, 7.12.2013, pp. 118–120
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/118 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Diċembru 2013
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għal programmi nazzjonali ta’ tliet Stati Membri (Spanja, il-Kroazja u r-Renju Unit) fl-2013 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd
(notifikata bid-dokument C(2013) 8498)
(It-testi bl-Ingliż, bil-Kroat, u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(2013/723/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropea għal nefqa mġarrba fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta. |
|
(2) |
Dawk il-programmi għandhom jitfasslu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008. |
|
(3) |
Il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja ma emendawx il-programmi nazzjonali tagħhom tal-2011–2013 għas-sena 2013. Il-Kummissjoni ddeċidiet dwar il-kontribuzzjoni għal dawk 11-il programm nazzjonali, għas-sena 2013, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4434. |
|
(4) |
Il-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, Franza, Ċipru, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja u l-Portugall għadhom ukoll ma emendawx il-programmi nazzjonali tagħhom tal-2011–2013 għas-sena 2013. L-Irlanda ressqet emendi għal programm nazzjonali tagħha għas-sena 2013 li ġew adottati b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3533. Il-Kummissjoni ddeċidiet dwar il-kontribuzzjoni għal dawk id-disa’ programmi nazzjonali, għas-sena 2013, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)6255. |
|
(5) |
Spanja ressqet il-programmi nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għas-snin 2011–2013 kif provdut fl-Artikoli 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dan il-programm ġie approvat fl-2011 skont l-Artikolu 6(3) tal-istess Regolament bid-Deċiżjoni C(2011) 7645. Spanja ressqet emendi għall-programm nazzjonali tagħha għas-sena 2012, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dawn l-emendi kienu addottati mill-Kummissjoni fl-2012 skont l-Artikolu 6(3) tal-istess Regolament bid-Deċiżjoni C(2012) 7499. Spnaja ma ressqitx emendi għall-programm nazzjonali tagħha għas-sena 2013. |
|
(6) |
Ir-Renju Unit ressaq emendi għall-programm nazzjonali tiegħu għas-sena 2013, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dawn l-emendi kienu addottati mill-Kummissjoni fl-2013 skont l-Artikolu 6(3) tal-istess Regolament bid-Deċiżjoni C(2013) 6325. |
|
(7) |
Il-Kroazja ressqet programm nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013 kif previst fl-Artikoli 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dan il-programm ġie approvat fl-2013 skont l-Artikolu 6(3) tal-istess Regolament bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 5854. |
|
(8) |
Spanja, il-Kroazja u r-Renju Unit ressqu l-previżjonijiet baġitarji annwali għas-sena 2013 skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 (4) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Il-Kummissjoni evalwat il-previżjonijiet baġitarji annwali ta’ dawk l-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008, billi kkunsidrat il-programmi nazzjonali approvati. |
|
(9) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjoni baġitarja annwali u tiddeċiedi dwar kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u abbażi tar-riżultat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008. |
|
(10) |
L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi li Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li miżuri finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġbir tad-dejta bażika ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettiq tal-programm għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 84(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 rigward ir-regoli finanazjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (5). |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammonti globali massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li għandhom jingħataw lil kull Stat Membru għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd għall-2013 u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika tal-Korazja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.
(3) ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.
ANNESS
PROGRAMMI NAZZJONALI 2011–2013
NEFQA ELIĠIBBLI U KONTRIBUZZJONI MASSIMA TAL-UNJONI GĦALL-2013
|
(f’EUR) |
||
|
Stat Membru |
In-nefqa eliġibbli |
Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni (Rata ta’ 50 %) |
|
Il-Kroazja |
646 680 |
323 340,0 |
|
Spanja |
14 386 953 |
7 193 476,5 |
|
Ir-Renju Unit |
9 674 645 |
4 837 322,5 |
|
Spiża totali |
24 708 278 |
12 354 139 |