This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0671
2013/671/EU: Council Decision of 15 November 2013 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union and the French Republic concerning the application to the collectivity of Saint-Barthélemy of Union legislation on the taxation of savings and administrative cooperation in the field of taxation
2013/671/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Novembru 2013 dwar l-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa
2013/671/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Novembru 2013 dwar l-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa
ĠU L 313, 22.11.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Novembru 2013
dwar l-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa
(2013/671/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u it-tieni paragrafu tal-Artikolu 218(8),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew Nru 2010/718/UE (1) il-gżira ta’ Saint-Barthélemy ma baqgħetx reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 u kisbet l-istatus ta’ pajjiż jew ta’ territorju extra-Ewropew kif imsemmi fil- Parti Erbgħa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-Repubblika Franċiża kienet obbligat ruħha li tikkonkludi l-ftehimiet meħtieġa sabiex jiġu miżmuma l-interessi tal-Unjoni f’din il-bidla, sabiex jiġu garantiti fost l-oħrajn l-mekkaniżmi tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (2) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3) japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ Saint-Barthélemy wara l-bidla fl-istatus tagħha. |
(2) |
B’segwitu għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża rigward l-applikazzjoni għall-kollettività ta’ Saint-Barthélemy tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”). |
(3) |
L-iskop tal-Ftehim hu li jiggarantixxi li l-mekkaniżmi tad-Direttivi 2011/16/UE u 2003/48/KE, li huma maħsuba b’mod partikolari biex jiġġieldu kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transfruntiera, jibqgħu japplikaw għal Saint-Barthélemy, minkejja l-bidla fl-istatus tagħha. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni għall-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).
(4) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.