This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0654
2013/654/EU: Commission Implementing Decision of 12 November 2013 amending Decision 2008/294/EC to include additional access technologies and frequency bands for mobile communications services on aircraft (MCA services) (notified under document C(2013) 7491) Text with EEA relevance
2013/654/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (notifikata bid-dokument C(2013) 7491) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/654/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (notifikata bid-dokument C(2013) 7491) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 303, 14.11.2013, p. 48–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/12/2016
14.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Novembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)
(notifikata bid-dokument C(2013) 7491)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/654/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE (2) fl-Anness tagħha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex ikun jista’ jintuża l-GSM abbord l-inġenji tal-ajru. |
(2) |
L-iżvilupp ta’ mezzi aħjar tal-komunikazzjoni appoġġat mill-progress tekniku se jtejjeb il-kapaċità għal kull ċittadin biex ikun konness dejjem u kullimkien. Dan jgħin ukoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (3) u tal-istrateġija Ewropa 2020. |
(3) |
Sabiex tħejji għall-użu tal-aħħar teknoloġiji u frekwenzi disponibbli għall-provdiment ta’ servizzi MCA, fil-5 ta’ Ottubru 2011 il-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE biex tivvaluta l-kompatibbiltà teknika bejn it-tħaddim tas-sistemi UMTS fl-arju u teknoloġiji oħra possibbli fl-ajru bħal-LTE u l-WiMAX f’baned tal-frekwenzi bħall-baned 2 GHz u 2,6 GHz, u servizzi tar-radju potenzjalment affettwati. |
(4) |
Skont il-mandat tagħha, is-CEPT ipprovdiet ir-rapport tagħha fit-8 ta’ Marzu 2013. Ir-rapport 48 tas-CEPT ikkonkluda li soġġetti għall-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti, jista’ jkun possibbli li jiddaħħlu teknoloġiji UMTS u LTE fil-baned 2 100 MHz u 1 800 MHz, rispettivament. Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE għandu jiġi emendat skont ir-riżultati tar-Rapport 48 tas-CEPT, biex ikun jinkludi dawn it-teknoloġiji u jkunu jistgħu jintużaw abbord l-inġenji tal-ajru. |
(5) |
Billi fl-Unjoni t-teknoloġiji LTE u UMTS qed jintużaw dejjem aktar, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-aktar fis possibbli. |
(6) |
Is-servizzi tar-radju eżistenti potenzjalment affettwati għandhom jingħataw protezzjoni xierqa billi tiġi limitata l-qawwa tat-trażmissjoni tas-servizzi MCA. Madankollu, billi l-użu tal-unità ta’ kontroll tan-netwerk (NCU) aġġornata għall-banda 2,6 GHz se tieħu fit-tul sakemm jiġu miftiehma r-restrizzjonijiet tekniċi bejn l-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni ajrunawtika kompetenti sabiex tkun tista’ tinbeda l-produzzjoni tal-NCUs u sakemm titlesta ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru, l-applikazzjoni tal-parametri tal-NCU għall-banda 2,6 GHz jistgħu jiġu posposti sal-1 ta’ Jannar 2017. |
(7) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCA għandhom jimxu id f’id mal-progress teknoloġiku. |
(8) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/294/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Iċ-ċifri tal-banda 2 570–2 690 MHz stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2017.
Artikolu 3
Kemm jista’ jkun kmieni u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-baned tal-frekwenza, elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness disponibbli għas-servizzi MCA fuq bażi bla interferenza u bla protezzjoni, diment li dawn is-servizzi jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA li tkun qed titħaddem skont it-taqsima 3 tal-Anness.
L-Istati Membri jistgħu jimponu għoli minimu ogħla tat-tħaddim tal-MCA, meta dan ikunu jiġġustifikawh il-kundizzjonijiet nazzjonali topografiċi u tal-użu tan-netwerk fl-art. Din l-informazzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni xierqa, għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi President
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispettru għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).
(3) COM(2010) 245 final.
ANNESS
1. IL-BANED TAL-FREKWENZA U S-SISTEMI PERMESSI GĦAS-SERVIZZI MCA
Tabella 1
Tip |
Frekwenza |
Sistema |
GSM 1 800 |
1 710 –1 785 MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880 MHz (konnessjoni dixxendenti) |
GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
UMTS 2 100 (FDD) |
1 920 –1 980 MHz (konnessjoni axxendenti) 2 110 –2 170 MHz (konnessjoni dixxendenti) |
UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1 EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
LTE 1 800 (FDD) |
1 710 –1 785 MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880 MHz (konnessjoni dixxendenti) |
LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
2. IL-PREVENZJONI TAL-KONNESSJONI TA’ TERMINALI MOBBLI MA’ NETWERKS FL-ART
Waqt il-perjodu meta jkun awtorizzat it-tħaddim tas-servizzi MCA fuq inġenji tal-ajru, it-terminali mobbli li jirċievu fil-baned tal-frekwenza elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma’ netwerks mobbli fl-art.
Tabella 2
Banda tal-frekwenza (MHz) |
Sistemi fl-art |
460–470 |
CDMA2000, FLASH OFDM |
791–821 |
LTE |
921–960 |
GSM, UMTS, LTE, WiMAX |
1 805 –1 880 |
GSM, UMTS, LTE, WiMAX |
2 110 –2 170 |
UMTS, LTE |
2 570 –2 620 |
UMTS, LTE, WiMAX |
2 620 –2 690 |
UMTS, LTE |
3. IL-PARAMETRI TEKNIĊI
(a) Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru
Tabella 3
L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, ma għandhiex taqbeż:
L-għoli ’l fuq mill-art (m) |
Id-densità e.i.r.p massima prodotta mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, fuq barra tal-inġenji tal-ajru |
|||||
460–470 MHz |
791–821 MHz |
921–960 MHz |
1 805 –1 880 MHz |
2 110 –2 170 MHz |
2 570 –2 690 MHz |
|
dBm/1,25 MHz |
dBm/10 MHz |
dBm/200 kHz |
dBm/200 kHz |
dBm/3,84 MHz |
dBm/4,75 MHz |
|
3 000 |
–17,0 |
–0,87 |
–19,0 |
–13,0 |
1,0 |
1,9 |
4 000 |
–14,5 |
1,63 |
–16,5 |
–10,5 |
3,5 |
4,4 |
5 000 |
–12,6 |
3,57 |
–14,5 |
–8,5 |
5,4 |
6,3 |
6 000 |
–11,0 |
5,15 |
–12,9 |
–6,9 |
7,0 |
7,9 |
7 000 |
–9,6 |
6,49 |
–11,6 |
–5,6 |
8,3 |
9,3 |
8 000 |
–8,5 |
7,65 |
–10,5 |
–4,4 |
9,5 |
10,4 |
(b) Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord
Tabella 4
L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli ma għandhiex taqbeż:
L-għoli ’l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli GSM f’dBM/200 kHz |
L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE f’dBM/5 MHz |
L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli UMTS f’dBM/3,84 MHz |
GSM 1 800 MHz |
LTE 1 800 MHz |
UMTS 2 100 MHz |
|
3 000 |
–3,3 |
1,7 |
3,1 |
4 000 |
–1,1 |
3,9 |
5,6 |
5 000 |
0,5 |
5 |
7 |
6 000 |
1,8 |
5 |
7 |
7 000 |
2,9 |
5 |
7 |
8 000 |
3,8 |
5 |
7 |
(c) Il-kundizzjonijiet operattivi
I. |
L-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA imħaddma għandu jkun 3 000 metru. |
II. |
Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli GSM li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 0 dBm/200 kHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess tal-bidu. |
III. |
Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli LTE li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/5 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni. |
IV. |
Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli UMTS li jittrażmetti fil-banda 2 100 MHz għal valur nominali ta’ – 6 dBm/3,84 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta’ utenti ma għandux jaqbeż l-għoxrin. |