This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0317(02)
Council Decision of 7 March 2011 appointing the members and alternates of the Advisory Committee for the Coordination of Social Security Systems for Ireland, France and the Netherlands
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi
ĠU C 83, 17.3.2011, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 83/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Marzu 2011
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi
2011/C 83/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 stabbilixxa l-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2010 sad-19 ta’ Ottubru 2015, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti membri. |
(3) |
Il-Gvern tal-Irlanda, ta’ Franza u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw nomini għal għadd ta’ postijiet li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi, għall-perijodu li jintemm fid-19 ta’ Ottubru 2015:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
Irlanda |
Is-Sinjura Anne McMANUS |
Is-Sur Tim RYAN |
Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sinjura A.A.J. VRIJ |
Is-Sur A.G. BLOEMHEUVEL |
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
Irlanda |
Is-Sur Stellan HARMANSSON |
Is-Sur Eamonn DEVOY |
Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sur G. VELDHUIS |
Is-Sinjura H. DE GEUS |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
Irlanda |
Is-Sinjura Claire JONES |
Is-Sinjura Jean WINTERS |
Franza |
Is-Sinjura Emilie MARTINEZ |
Is-Sinjura Marie-Christine FAUCHOIS |
Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sinjura L.M. VAN EMBDEN ANDRES |
Is-Sur R. BLAAKMAN |
Artikolu 2
Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
CZOMBA S.
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU C 290, 27.10.2010, p. 5.