Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0048

2009/48/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Jannar 2009 li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni għal ċerti partijiet tar-rota tad-dazju antidumping fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina imposta mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għal ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 157)

ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/48(1)/oj

23.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 19/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Jannar 2009

li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni għal ċerti partijiet tar-rota tad-dazju antidumping fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina imposta mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għal ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 157)

(2009/48/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-‘Regolament bażiku’),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta' Jannar 1997, li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 dwar roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-rota mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta’ dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) (ir-‘Regolament li jestendi’),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) (ir-‘Regolament ta’ eżenzjoni’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, għadd ta’ persuni li jarmaw ir-roti ressqu talbiet skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-rota mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (id-‘dazju estiż antidumping’). Il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali listi suċċessivi ta’ min jarma r-roti (4) li għalihom il-ħlas tad-dazju estiż antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta’ partijiet essenzjali tar-rota ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ġie sospiż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(2)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ partijiet li kienu taħt eżami (5), intgħażel perjodu ta’ eżami. Dan il-perjodu ġie definit li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008. Intbagħat kwestjonarju lill-partijiet kollha li qed jiġu eżaminati, jitlob l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ assemblar li saru matul il-perjodu rilevanti ta’ eżami

A.   TALBIET GĦALL-EŻENZJONI LI GĦALIHOM IS-SOSPENSJONI NGĦATAT MINN QABEL

1.   Talbiet aċċettabbli għall-eżenzjoni

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet imniżżlin fit-tabella 1 hawn taħt l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Dawn il-partijiet irċevew is-sospensjoni tagħhom wara din id-data. L-informazzjoni pprovduta ġiet eżaminata u vverifikata, fejn meħtieġ, fl-istabbilimenti tal-partijiet ikkonċernati. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet li ntbagħtu mill-partijiet elenkati fit-tabella 1 hawn taħt huma ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

Tabella 1

Isem

Indirizz

Pajjiż

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Ocean Hungary Ltd.

Sukorói u. 8, 8097 Nadap

HU

A858

Canyon Bicycles GmbH

Koblenzer Straße 236, 56073 Koblenz

DE

A856

Euro Bike Products

Ul. Starolecka 18, 61-361 Poznan

PL

A849

KOVL spol. s.r.o

Choceradská 3042/20, 14100 Prague

CZ

A838

MICPOL

Ul. Myśliborska 93 A/62, 03-185 Warsaw

PL

A839

N&W Cycle GmbH

Mühlenhof 5, 51598 Friesenhagen

DE

A852

Radsportvertrieb Dietmar Bayer GmbH

Zum Acker 1, 56244 Freirachdorf

DE

A850

Special Bike Società Cooperativa

Via dei Mille n. 50, 71042 Cerignola (FG)

IT

A533

(4)

Il-fatti kif finalment aċċertati mill-Kummissjoni juru li għal dawn l-operazzjonijiet kollha ta’ assemblar tar-roti tal-applikanti, il-valur tal-partijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li kienu wżati fl-operazzjonijiet ta’ assemblar tagħhom kien aktar baxx minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet użati f’dawn l-operazzjonijiet ta’ assemblar, u huma, għalhekk, jaqgħu barra l-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn fuq għandhom jiġu eżentati mid-dazju estiż antidumping.

(6)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-eżenzjoni mid-dazju estiż antidumping tal-partijiet elenkati fit-tabella 1 għandu jkollha effett mid-data ta’ meta jaslu t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju estiż antidumping għandu jkun ikkunsidrat null mid-data ta’ meta waslu t-talbiet tagħhom għall-eżenzjoni.

2.   Talbiet inaċċettabbli għall-eżenzjoni u l-irtirar

(7)

Il-parti elenkata fit-tabella 2 hawn isfel ressqet ukoll talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż antidumping.

Tabella 2

Isem

Indirizz

Pajjiż

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Eusa Mart

European Sales & Marketing GmbH & Co. KG

An der Welle 4, 60322 Frankfurt am Main

DE

A857

(8)

Il-parti ma ssottomettietx tweġiba għall-kwestjonarju.

(9)

Ġalabarba l-parti elenkata fit-tabella 2 naqset milli tissodisfa l-kriterji għall-eżenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni kellha tiċħad t-talbiet tagħha għall-eżenzjoni, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament. Fid-dawl ta’ dan, is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż antidumping imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju estiż antidumping għandu jinġabar mid-data li fiha waslu t-talbiet imressqa minn din il-parti.

B.   TALBIET GĦALL-EŻENZJONI LI GĦALIHOM IS-SOSPENSJONI MA NGĦATATX MINN QABEL

1.   Talbiet ammissibbli għall-eżenzjoni li għalihom għandha tingħata sospensjoni

(10)

Il-partijiet interessati huma hawnhekk infurmati bil-wasla ta’ talba ulterjuri għall-eżenzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, mill-parti elenkata fit-tabella 3. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara din it-talba, għandha tidħol fis-seħħ kif muri fil-kolonna intitolata ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’:

Tabella 3

Isem

Indirizz

Pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta’ dħul fis-seħħ

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Winora Staiger GmbH

Max Planck Straße 6, D97526 Sennfeld

DE

Artikolu 5

27.11.2008

A894

B.2.   Talbiet inammissibbli għall-eżenzjoni

(11)

Il-partijiet elenkati fit-tabella 4 resqu wkoll talbiet għall-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju estiż antidumping:

Tabella 4

Isem

Indirizz

Pajjiż

Cicli B Radsport Bornmann Import + Versand

Königstor 48, 34117 Kassel

DE

MSC Bikes SL

C/Hostalets, Nave 3. Pol. Ind. Puig-Xorigué, 08540 Centelles, Barcelona

ES

(12)

Fir-rigward ta’ dawn il-partijiet, ta’ min jinnota li t-talbiet tagħhom ma ssodisfawx il-kriterji ta’ ammissibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni peress li dawn l-applikanti kollha jużaw partijiet essenzjali tar-rota għall-produzzjoni u l-immuntar ta’ roti fi kwantitajiet inqas minn 300 unità għal kull tip fuq bażi ta’ kull xahar.

(13)

Dawn il-partijiet kienu infurmati b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. L-ebda sospensjoni ma ngħatat lil dawn il-partijiet.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partijiet elenkati fit-tabella 1 hawn taħt huma b’dan eżentati mill-estensjoni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-rota mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju definittiv antidumping impost fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (6).

L-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ kull parti sa mid-data rilevanti murija fil-kolonna intitolata ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’.

Tabella 1

Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati

Isem

Indirizz

Pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta’ dħul fis-seħħ

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Ocean Hungary Ltd.

Sukorói u. 8, 8097 Nadap

HU

Artikolu 7

30.1.2008

A858

Canyon Bicycles GmbH

Koblenzer Straße 236, 56073 Koblenz

DE

Artikolu 7

4.12.2007

A856

Euro Bike Products

Ul. Starolecka 18, 61-361 Poznan

PL

Artikolu 7

6.8.2007

A849

KOVL spol. s.r.o

Choceradská 3042/20, 14100 Prague

CZ

Artikolu 7

29.3.2007

A838

MICPOL

Ul. Myśliborska 93 A/62, 03-185 Warsaw

PL

Artikolu 7

17.4.2007

A839

N&W Cycle GmbH

Mühlenhof 5, 51598 Friesenhagen

DE

Artikolu 7

11.10.2007

A852

Radsportvertrieb Dietmar Bayer GmbH

Zum Acker 1, 56244 Freirachdorf

DE

Artikolu 7

25.6.2007

A850

Special Bike Società Cooperativa

Via dei Mille n. 50, 71042 Cerignola (FG)

IT

Artikolu 7

22.1.2008

A533

Artikolu 2

It-talba għall-eżenzjoni mid-dazju estiż antidumping imressqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 mill-parti elenkata fit-tabella 2 hawn taħt qegħda b’dan tiġi rrifjutata.

Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż antidumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 qegħda b’dan titneħħa għall-parti kkonċernata mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna bl-isem ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’.

Tabella 2

Lista tal-partijiet li għalihom is-sospensjoni għandha titneħħa

Isem

Indirizz

Pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta’ dħul fis-seħħ

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Eusa Mart

European Sales & Marketing GmbH & Co. KG

An der Welle 4, 60322 Frankfurt am Main

DE

Artikolu 5

7.1.2008

A857

Artikolu 3

Il-parti elenkata fit-tabella 3 hawn taħt tikkostitwixxi l-lista aġġornata tal-partijiet li qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, daħlet fis-seħħ mid-data rilevanti kif murija fil-kolonna bit-titolu ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’ fit-Tabella 3.

Tabella 3

Isem

Indirizz

Pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data ta’ dħul fis-seħħ

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Winora Staiger GmbH

Max Planck Straße 6, D97526 Sennfeld

DE

Artikolu 5

27.11.2008

A894

Artikolu 4

It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż antidumping magħmula mill-partijiet elenkati fit-tabella 4 hawn taħt huma b’dan miċħuda.

Tabella 4

Lista tal-partijiet li għalihom it-talba għall-eżenzjoni hija miċħuda

Isem

Indirizz

Pajjiż

Cicli B Radsport Bornmann Import + Versand

Königstor 48, 34117 Kassel

DE

MSC Bikes SL

C/Hostalets, Nave 3. Pol. Ind. Puig-Xorigué, 08540 Centelles, Barcelona

ES

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(4)  ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3; ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9; ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6; ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2; ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9; ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3; ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6; ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8; ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5; ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2; ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3; ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5; ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2; ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4; ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16; ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5; ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73 u ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19.

(5)  ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73.

(6)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1. Ir-Regolament kif miżmum mir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39) u emendat mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).


Top