Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0020

    Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal- money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2017; Impliċitament imħassar minn 32015L0849

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/20/oj

    19.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 76/46


    DIRETTIVA 2008/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Marzu 2008

    li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2005/60/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

    (2)

    Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew jissupplimentaw l-istrument b'elementi ġodda mhux essenzjali.

    (3)

    Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa' fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering jew il-finanzjament tat-terroriżmu u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. B'mod partikolari, dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jiċċaraw l-aspetti tekniċi ta’ xi wħud mid-definizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2005/60/KE, sabiex jiġu stabbiliti kriterji tekniċi sabiex jiġi evalwat jekk is-sitwazzjonijiet ikunux jippreżentaw riskju baxx jew għoli ta’ money laundering jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, jekk ikunx iġġustifikat jew le li tiġi applikata dik id-Direttiva fir-rigward ta’ persuni li jwettqu attività finanzjarja fuq bażi mhux regolari jew limitata ħafna, u sabiex jiġu adottati l-ammonti previsti f'dik id-Direttiva, b'kont meħud ta’ l-iżviluppi ekonomiċi u l-bidliet fl-istandards internazzjonali. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/60/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (5)

    Id-Direttiva 2005/60/KE tistipula limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-atti adottati skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, konformement ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li se jassiguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2005/60/KE għandha titħassar.

    (6)

    Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha sabiex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

    (7)

    Id-Direttiva 2005/60/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

    (8)

    Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2005/60/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m'huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi

    Id-Direttiva 2005/60/KE hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 40(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-kliem “skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2)” huma mħassra;

    (b)

    is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

    “Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 41(2a).”;

    (2)

    l-Artikolu 40(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-kliem “skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2)” għandhom jiġu mħassra;

    (b)

    is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

    “Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 41(2a).”;

    (3)

    l-Artikolu 41 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

    “2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

    (b)

    il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu mibdula mill-paragrafu li ġej:

    “3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva preżenti sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. LENARČIČ


    (1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

    (2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

    (3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

    (4)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

    (5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    (6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


    Top