This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R2030
Commission Regulation (EC) No 2030/2006 of 21 December 2006 amending Regulations (EC) No 1607/2000, (EC) No 1622/2000 and (EC) No 2729/2000 concerning the wine sector by reason of the accession of Bulgaria and Romania to the European Union
2030/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2030/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 2729/2000 li jikkonċerna s-settur tal-inbid minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
2030/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2030/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 2729/2000 li jikkonċerna s-settur tal-inbid minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
ĠU L 414, 30.12.2006, pp. 40–42
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, pp. 487–489
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0607
|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
487 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2030/2006
tal-21 ta' Diċembru 2006
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 2729/2000 li jikkonċerna s-settur tal-inbid minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 58, 46(1) u 72(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1607/2000 tal-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, b'mod partikolari t-Titolu rrelatat mal-inbid ta' kwalità ffabbrikat f'reġjuni speċifikati (2) jelenka l-inbejjed frizzanti psr li l-cuvée tagħhom jista' jkollha qawwa alkoħolika ta' inqas minn 9,5 % vol. Dak l-Anness għandu jkun emendat biex jinkludi nbejjed prodotti fir-Rumanija. |
|
(2) |
L-Anness XIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 tal-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi (3) fih id-derogi li jirrigwardaw il-kontenut ta' aċtu volatili fl-inbid stipulat fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Dak l-Anness għandu jkun emendat minħabba l-adeżjoni tar-Rumanija. |
|
(3) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 tal-14 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati ta’ implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid (4) jiddetermina l-għadd minimu ta' kampjuni li jridu jittieħdu kull sena għall-bank analitiku tad-dejta stipulat fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament. Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, għandu jkun determinat l-għadd ta' kampjuni li jridu jittieħdu għal dawk il-pajjiżi. |
|
(4) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000, (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 2729/2000 għandhom jiġu emendati skont dan, |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1607/2000 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000, jiddaħħal il-punt (o) li ġej:
|
“(o) |
għall-inbejjed Rumeni:
|
Artikolu 3
Fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 2729/2000, it-tieni sottoparagrafu jinbidel b'li ġej:
|
“— |
30 kampjun fil-Bulgarija |
|
— |
20 kampjun fir-Repubblika Ċeka |
|
— |
200 kampjun fil-Ġermanja |
|
— |
50 kampjun fil-Greċja |
|
— |
200 kampjun fi Spanja |
|
— |
400 kampjun fi Franza |
|
— |
400 kampjun fl-Italja |
|
— |
10 kampjuni f’Ċipru |
|
— |
4 kampjuni fil-Lussemburgu |
|
— |
50 kampjun fl-Ungerija |
|
— |
4 kampjuni f’Malta |
|
— |
50 kampjun fl-Awstrija |
|
— |
50 kampjun fil-Portugall |
|
— |
70 kampjun fir-Rumanija |
|
— |
20 kampjun fis-Slovenja |
|
— |
15-il kampjun fis-Slovakkja |
|
— |
4 kampjuni fir-Renju Unit” |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bil-kundizzjoni u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).
(2) ĠU L 185, 25.7.2000, p. 17.
(3) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1507/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 9).
(4) ĠU L 316, 15.12.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 262/2006 (ĠU L 46, 16.2.2006, p. 22).
ANNESS
“ANNESS IV
Lista ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità psr li l-cuvée tagħhom jista' jkollu qawwa alkoħolika ta' inqas minn 9,5 % vol.
L-ITALJA
|
— |
Prosecco di Conegliano-Valdobbiadene |
|
— |
Montello e Colli Asolani. |
IR-RUMANIJA
|
— |
Muscat Spumant Bucium |
|
— |
Muscat Spumant Dealu Mare |
|
— |
Muscat Spumant Murfatlar |
|
— |
Muscat Spumant Alba Iulia |
|
— |
Muscat Spumant Iași |
|
— |
Muscat Spumant Huși |
|
— |
Muscat Spumant Panciu |
|
— |
Muscat Spumant Șimleul Silvaniei |
|
— |
Muscat Spumant Sebeș Apold |
|
— |
Muscat Spumant Târnave” |