Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R2024

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2024/2006 tat- 22 ta’ Diċembru 2006 li jfassal miżuri tranżitorji li jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 1998/270/KEE, 2002/928/EC, 2003/308/KE, 2004/129/KE, 2004/141/KE, 2004/247/KE, 2004/248/KE, 2005/303/KE u 2005/864/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 384, 29.12.2006, p. 79–80 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 727–728 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/05/2003

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/2024/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

727


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2024/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jfassal miżuri tranżitorji li jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 1998/270/KEE, 2002/928/EC, 2003/308/KE, 2004/129/KE, 2004/141/KE, 2004/247/KE, 2004/248/KE, 2005/303/KE u 2005/864/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Tekintettel az Európai Közösséget létrehozó szerződésre,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 (1) u d-Deċiżjonijiet 98/270/KEE (2), 2002/928/KE (3), 2003/308/KE (4), 2004/129/KE (5), 2004/141/KE (6), 2004/247/KE (7), 2004/248/KE (8), 2005/303/KE (9) u 2005/864/KE (10) fihom ċerti dispożizzjonijiet biex ma jkunux inklużi ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (11) u biex l-Istati Membri jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti ta' ħarsien tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi.

(2)

Minħabba li awtorizzazzjonijiet eżistenti jridu jiġu rtirati fir-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2006, ir-Rumanija applikat għal miżuri tranżitorji li jippermettulha tagħti perjodu ta' grazzja għal uħud minn dawn is-sustanzi attivi sabiex tippermetti li jintużaw il-ħażniet attwali.

(3)

Ir-Rumanija għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-użi li tħallew jissuktaw ma għandhom la effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali u l-anqas ma għandhom influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent u li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa tal-mitigazzjoni tar-riskju.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/270/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, il-ħażna, tqegħid fis-suq u l-użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva fenvalerate, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 2

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/928/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva benomyl, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 3

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2076/2002/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi acifluorfen, bensultap, bromopropylate, fenpropathrin, fomesafen, imazapyr, nonylphenol ethoxylate, oxadixyl, prometryne, quinalphos, terbufos jew triforine, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 4

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/308/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva metalaxyl, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 5

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/129/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi boric acid, imazethapyr, methidathion jew triadimefon, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 6

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/141/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva amitraz għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 7

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/247/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva simazine għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 8

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/248/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva atrazine għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 9

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/303/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva kasugamycin għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 10

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva endosulfan għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 11

Ir-Rumanija għandha tiżgura li l-użi ssuktati msemmija fl-Artikoli 1 sa 10 la għandhom effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-annimali u l-anqas ma għandhom influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent.

Ir-Rumanija għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskju.

Fil-każ fejn prodott tal-ħarsien tal-pjanti fih bosta sustanzi attivi, u l-Artikoli 1 sa 10 jistipulaw dati differenti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi, għandha tapplika d-data li taħbat qabel.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u fid-data ta' dan it-Trattat.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 1335/2005, (ĠU L 211, 13.8.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 117, 21.4.1998, p. 15.

(3)  ĠU L 322, 27.11.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(4)  ĠU L 113, 7.5.2003, p. 8.

(5)  ĠU L 37, 10.2.2004, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(6)  ĠU L 46, 17.2.2004, p. 35.

(7)  ĠU L 78, 16.3.2004, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(8)  ĠU L 78, 16.3.2004, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 835/2005 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 43).

(9)  ĠU L 97, 15.4.2005, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(10)  ĠU L 317, 3.12.2005, p. 25.

(11)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 2006/75/KE (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).


Top