This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R2001
Commission Regulation (EC) No 2001/2006 of 21 December 2006 adapting Regulation (EC) No 2295/2003 introducing detailed rules for implementing Council Regulation (EEC) No 1907/90 on certain marketing standards for eggs by reason of the accession of Bulgaria and Romania to the European Union
2001/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2001/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għall-bajd minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
2001/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2001/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għall-bajd minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 379, 28.12.2006, pp. 39–46
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 312M, 22.11.2008, pp. 251–258
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0557
|
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
251 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2001/2006
tal-21 ta' Diċembru 2006
li jadatta r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għall-bajd minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikulari l-Artikolu 56 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Hemm bżonn ta’ ċerti emendi tekniċi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003 (1), minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-Annessi I, II u V tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 fihom ċerti entrati fil-lingwi kollha tal-Komunità kif ikkostitwita fil-31 ta’ Diċembru 2006. Dawk l-Annessi għandhom jinkludu wkoll l-entrati bil-Bulgaru u bir-Rumen. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2) qed jinbidel b’dan li ġej: “2. L-awtorità kompetenti għandha tqassam liċ-ċentru ta’ ppakkjar numru ta’ approvazzjoni li jiddistingwih b’kodiċi li jibda kif ġej:
|
|
(2) |
L-Annessi I, II u V huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 89/2006 (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 30).
ANNESS
L-Annessi tar-Regolament (KE) 2295/2003 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I qed jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS I 1. Id-data minima ta’ durabilità
2. Id-data tal-ippakkjar
3. Id-data rrakkomandata sa meta għandu jsir il-bejgħ
4. Id-data tal-produzzjoni
|
|
(2) |
L-Anness II qed jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS II Termini msemmija fl-Artikolu 13 għall-indikazzjoni tat-tipi ta’ trobbija: (a) fuq il-pakketti; (b) fuq il-bajd
|
|
(3) |
L-Anness V qed jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS V Entrati msemmija fl-Artikolu 16(6)
|
(1) Jekk tintuża l-abbrevjazzjoni, it-tifsira tagħha għandha tintwera b’mod ċar fuq il-pakkett.
(2) Jekk tintuża l-abbrevjazzjoni, it-tifsira tagħha għandha tintwera b’mod ċar fuq il-pakkett.
(3) Jekk tintuża l-abbrevjazzjoni, it-tifsira tagħha għandha tintwera b’mod ċar fuq il-pakkett.