EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R2000
Commission Regulation (EC) No 2000/2006 of 20 December 2006 amending Regulation (EC) No 1870/2005 by reason of the accession of Bulgaria and Romania to the European Union
2000/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2000/2006 tal- 20 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 minħabba fl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
2000/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2000/2006 tal- 20 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 minħabba fl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
ĠU L 379, 28.12.2006, p. 37–38
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 468–469
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0341
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
468 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2000/2006
tal-20 ta’ Diċembru 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 minħabba fl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1) |
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali sabiex jippermettu lill-importaturi mill-Bulgarija u r-Rumanija jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1870/2005 tas-16 ta' Novembru 2005 li jagħti bidu u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u ta' ċertifikati ta' oriġini għat-tewm impurtat minn pajjiżi terzi (1). Dawn il-miżuri għandhom ikopru b’mod partikolari d-definizzjoni tal-kwantità ta’ referenza u d-definizzjonijiet ta’ importaturi tradizzjonali u ta’ dawk ġodda. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, fir-rigward tal-perjodi ta’ importazzjoni 2006/07, 2007/8 u 2008/09, u fil-Bulgarija u r-Rumanija biss:
|
(3) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data, tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 300, 17.11.2005, p. 19. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 991/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 15).