EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0196

196/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 196/2006 tat- 3 ta’ Frar 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies l-Istandard Ewropew EN ISO 14001:2004, u li jirrevoka d-Deċiżjoni 97/265/KE

ĠU L 32, 4.2.2006, p. 4–12 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 81–89 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R1221

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/196/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

81


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 196/2006

tat-3 ta’ Frar 2006

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies l-Istandard Ewropew EN ISO 14001:2004, u li jirrevoka d-Deċiżjoni 97/265/KE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ mmaniġġjar u verifika ekoloġiċi (EMAS) (1), partikolarment fl-Artikoli 9(1), punt (a) u 15(2) tiegħu

Billi:

(1)

Ir-rekwiżiti stipulati fis-sezzjoni 4 ta’ l-Istandard Ewropew EN ISO 14001:1996 jikkostitwixxu r-rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tar-Regolament (KE) Nru 761/2001, kif stipulati fil-Parti A ta’ l-Anness I tiegħu,

(2)

L-Istandard Internazzjonali ISO 14001:1996 kien modifikat fl-2004 wara x-xogħol tal-Kumitat TC207/SC1 Sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandardizzazzjoni (ISO), sabiex tittejjeb il-kompatibilità ta’ l-ISO 14001 ma’ l-ISO 9001 u sabiex ikun iċċarat it-test eżistenti ta’ l-ISO 14001 mingħajr ma jiżdied l-ebda rekwiżit addizzjonali

(3)

L-ISO sussegwentement ħarġet verżjoni riveduta ġdida ta’ l-Istandard Internazzjonali ISO 14001:2004 u l-Istandard Ewropew EN ISO 14001:2004,

(4)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 761/2001/KE għandu jkun emendat sabiex jitqiesu l-Istandard Ewropew EN ISO 14001:2004,

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

(6)

Arranġamenti tranżitorji huma meħtieġa għal organizzazzjonijiet diġà rreġistrati taħt l-EMAS,

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/265/KE (2) dwar ir-rikonoxximent ta’ l-Istandard Internazzjonali ISO 14001:1996 u l-Istandard Ewropew EN ISO 14001:1996, għandha tiġi revokata,

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 761/2001,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tinbidel bit-test kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Organizzazzjonijiet irreġistrati fir-reġistru EMAS fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu fuq ir-reġistru EMAS, suġġetti għall-verifika msemmija fil-paragrafu 2.

2.   Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 kif emendat mir-Regolament għandha tkun ikkontrollata fiż-żmien tal-verifika li jmiss ta’ l-organizzazzjoni.

Jekk il-verifika li jmiss se titwettaq qabel 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-data tal-verifika li jmiss tista' tkun estiża bi ftehim mal-verifikatur ambjentali u l-korp kompetenti.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 97/265/KE hi rrevokata.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, nhar it-3 ta’ Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 114, ta’ l-24.4.2001, p. 1. Regolament kif emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 104, 22.4.1997, p. 37.


ANNESS

“ANNESS I

A.   REKWIŻITI TAS-SISTEMA TA’ MMANIĠĠJAR AMBJENTALI

L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja ta’ mmaniġġjar u verifika ekoloġiċi (EMAS) għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ EN ISO 14001:2004, li huma deskritti fis-sezzjoni 4 ta’ l-Istandard Ewropew (*) u totalment riprodotti hawn taħt:

I-A   Rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali

I-A.1   Rekwiżiti ġenerali

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta, iżżomm u ttejjeb kontinwament sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali u tiddetermina kif se tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u tiddokumenta l-ambitu tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha.

I-A.2   Politika Ambjentali

L-ogħla korp maniġerjali għandu jiddefinixxi l-politika ambjentali ta' l-organizzazzjoni u jassigura li, fi ħdan l-ambitu definit tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali, din

(a)

tkun xierqa għan-natura, l-iskala u l-impatti ambjentali ta' l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha,

(b)

tinkludi impenn għal titjib u prevenzjoni kontinwi mit-tniġġis;

(c)

tinkludi impenn sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali tagħha,

(d)

tipprovdi qafas għad-definizzjoni u r-reviżjoni ta’ l-għanijiet u l-miri ambjentali,

(e)

tkun dokumentata, implimentata u miżmuma,

(f)

tkun komunikata lill-persuni kollha li jaħdmu għal jew f’isem l-organizzazzjoni, u

(g)

tkun disponibbli għall-pubbliku.

I-A.3   Ippjanar

I-A.3.1   Aspetti ambjentali

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i)

(h)

sabiex tidentifika l-aspetti ambjentali ta’ l-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tagħha fi ħdan l-ambitu definit tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali li tista’ tikkontrolla u dawk li tista’ tinfluwenza filwaqt li tqis l-iżviluppi ppjanati jew ġodda, jew attivitajiet, prodotti u servizzi ġodda jew modifikati, u

(i)

sabiex tiddetermina dawk l-aspetti li għandhom jew jistgħu jkollhom impatt(i) sinifikanti fuq l-ambjent (jiġifieri aspetti ambjentali sinifikanti).

L-organizzazzjoni għandha tiddokumenta din l-informazzjoni u żżommha aġġornata.

L-organizzazzjoni għandha tassigura li l-aspetti ambjentali sinifikanti jitqiesu meta tkun stabbilita, implimentata u miżmuma s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha.

I-A.3.2   Rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i)

(a)

sabiex tidentifika u jkollha aċċess għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali tagħha, u

(b)

sabiex tiddetermina kif dawn ir-rekwiżiti jkunu applikati lill-aspetti ambjentali tagħha.

L-organizzazzjoni għandha tassigura li dawn ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom jitqiesu meta tkun stabbilita, implimentata u miżmuma s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha.

I-A.3.3   Għanijiet, miri u programm(i)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm għanijiet u miri ambjentali dokumentati, f’funzjonijiet u livelli relevanti fi ħdan l-organizzazzjoni

L-għanijiet u l-miri għandhom jitkejlu, fejn hu prattiku, u jkunu konsistenti mal-politika amjentali, inklużi l-impenji lejn il-prevenzjoni mit-tniġġis, lejn il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom u lejn titjib kontinwu.

Meta l-għanijiet u l-miri jkunu stabbiliti u reveduti, organizzazzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom, u l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. Hija għandha tikkunsidra l-għażliet teknoloġiżi tagħha, ir-rekwiżiti finanzjarji, operazzjonali u ta’ negozju tagħha, u l-fehmiet ta’ partijiet interessati.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm programm(i) għall-ksib ta’ l-għanijiet u l-miri tagħha. Il-programm(i) għandu/hom jinkludi/jinkludu

(a)

deżinjazzjoni ta’ reponsabilità għall-ksib ta’ għanijiet u miri f’funzjonijiet u livelli relevanti ta’ l-organizzazzjoni, u

(b)

il-mezzi u l-qafas ta’ żmien b’liema għandhom jinkisbu.

I-A.4   Implimentazzjoni u operazzjoni

I-A.4.1   Riżorsi, rwoli, responsabilità u awtorità

Id-direzzjoni għandha tassigura d-disponibilità tar-riżorsi essenzjali biex tistabbilixxi, timplimenta, iżżħomm u ttejjeb is-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali. Ir-riżorsi jinkludu r-riżorsi umani u kapaċitajiet speċjalizzati, l-infrastruttura ta’ organizzazzjoni, it-teknoloġija u r-riżorsi finanzjarji.

Ir-rwoli, ir-responsabilitajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti, dokumentati u komunikati sabiex iħeffu mmaniġġjar ambjentali effettiv.

L-ogħla korp maniġerjali ta’ l-organizzazzjoni għandu jaħtar rappreżentant(i) maniġerjali speċifiku/ċi li, irrispettivament minn responsabiltajiet oħra, ikollu/hom rwoli, responsabilitajiet u awtorità definiti sabiex

(a)

jassigura/jassiguraw li s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tkun stabbilita, implimentata u miżmuma skond ir-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali

(b)

jirrapporta/jirrapportaw lill-ogħla korp maniġerjali dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali għar-reviżjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

I-A.4.2   Kompetenza, taħriġ u għarfien

L-organizzazzjoni għandha tassigura li kull persuna li tagħmel xogħol għaliha jew f’isimha li għandha potenzjal li tikkawża impatt(i) ambjentali sinifikanti identifikat(i) mill-organizzazzjoni hija kompetenti fuq il-bażi ta’ edukazzjoni, taħriġ jew esperjenza xierqa, u għandha żżomm reġistri assoċjati.

L-organizzazzjoni għandha tidentifika ħtiġijiet ta’ taħriġ assoċjati ma' l-aspetti ambjentali u mas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali tagħha. Hija għandha tipprovdi taħriġ jew tieħu azzjoni oħra biex tilħaq dawn il-ħtiġijiet, u għandha żżomm reġistri assoċjati.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) biex tgħarraf lill-persuni li jaħdmu għaliha jew f'isimha

(a)

bl-importanza tal-konformità mal-politika u mal-proċeduri ambjentali u mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali,

(b)

bl-aspetti ambjentali sinifikanti u impatti attwali jew potenzjali relatati assoċjati ma’ xogħolhom, u l-benefiċċji ambjentali ta’ rendiment personali mtejjeb.

(c)

bir-rwol u r-responsabilitajiet tagħhom fil-ksib ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali, u

(d)

bil-konsegwenzi potenzjali tat-tbegħid mill-proċeduri speċifiċi.

I.A.4.3   Komunikazzjoni

Fir-rigward ta’ l-aspetti ambjentali u tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għal

(a)

komunikazzjoni interna bejn il-livelli varji u funzjonijiet ta' l-organizzazzjoni

(b)

riċeviment u dokumentazzjoni ta' u tweġibiet għall-komunikazzjoni relevanti minn partijiet esterni interessati.

L-organizzazzjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tikkomunika esternament dwar l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha, u għandha tiddokumenta d-deċiżjoni tagħha. Jekk iddeċidiet li tikkomunika, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u timplimenta metodu(i) għall-komunikazzjoni esterna tagħha.

I.A.4.4   Dokumentazzjoni

Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali għandha tinkludi

(a)

il-politika ambjentali, l-għanijiet u l-miri,

(b)

deskrizzjoni ta’ l-ambitu tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali,

(c)

deskrizzjoni ta’ l-elementi ewlenin tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali u l-interazzjoni tagħhom, u referenza għad-dokumenti relatati,

(d)

dokumenti, inklużi r-reġistri, mitluba minn dan l-Istandard Internazzjonali, u

(e)

dokumenti, inklużi r-reġistri, iddeterminati bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni sabiex tassigura l-ippjanar, l-operazzjoni u l-kontroll tal-proċessi effettivi li huma konnessi ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha.

I.A.4.5   Kontroll tad-dokumenti

Id-dokumenti meħtieġa mis-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali u minn dan l-Istandard Internazzjonali għandhom ikunu kkontrollati. Ir-reġistri huma tip speċjali ta’ dokument u għandhom ikunu kkontrollati skond ir-rekwiżiti mogħtija f’4.5.4.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex

(a)

tapprova dokumenti għall-adegwatezza qabel ma jinħarġu,

(b)

tirrevedi u taġġorna kif meħtieġ u terġa’ tapprova d-dokumenti,

(c)

tassigura li l-bidliet u l-istat tar-reviżjoni attwali tad-dokumenti jkunu identifikati,

(d)

tassigura li l-verżjonijiet relevanti tad-dokumenti applikabbli jkunu disponibbli f’postijiet ta’ użu,

(e)

tassigura li d-dokumenti jibqgħu leġġibbli u li malajr ikunu identifikati,

(f)

tassigura li d-dokumenti ta’ oriġni estern iddeterminati bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni għall-ippjanar u l-operazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali jkunu identifikati u d-distribuzzjoni tagħhom ikkontrollata, u

(g)

tipprevjeni mill-użu mhux intenzjonat ta’ dokumenti skaduti u tapplikalhom identifikazzjoni xierqa jekk jinżammu għal xi raġjuni.

I-A.4.6   Kontroll operazzjonali

L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tippjana dawk l-operazzjonijiet li huma assoċjati ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati bħala konsistenti mal-politika ambjentali, ma’ l-għanijiet u l-miri tagħha, sabiex tassigura li jitwettqu taħt kundizzjonijiet speċifiċi, billi

(a)

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i dokumentata/i sabiex tikkontrolla s-sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas tagħhom jista’ jwassal għal tbegħid mill-politika ambjentali, mill-għanijiet u mill-miri, u

(b)

tistipola l-kriterji operazzjonali fil-proċedura/i, u

(c)

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċeduri relatati ma’ l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati ta' l-oġġetti u s-servizzi użati mill-organizzazzjoni u tikkomunika proċeduri u rekwiżiti applikabbli lill-fornituri, inklużi l-kuntratturi.

I-A.4.7   Livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi

L-organizzazzjoni għandha tisstabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tidentifika sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza u inċidenti potenzjali li jistgħu jkollhom impatt(i) fuq l-ambjent u kif se tirreaġixxi għalihom.

L-organizzazzjoni għandha tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet u inċidenti ta’ emerġenza effettiva u tipprevjeni jew ittaffi impatti ambjentali avversi assoċjati.

L-organizzazzjoni għandha tirrevedi perjodikament u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-proċeduri tat-tlestija u reazzjoni għall-emerġenzi, partikolarment, wara li jseħħu inċidenti jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

L-organizzazzjoni għandha perjodikament teżamina wkoll dawn il-proċeduri fejn prattikabbli.

I-A.5   Verifika

I.A.5.1   Monitoraġġ u kejl

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex isir monitoraġġ u kejl regolarment, tal-karatteristiċi ewlenin ta’ l-operazzjonijiet tagħha li jistgħu jkollhom impatt ambjentali sinifikanti. Il-proċedura/i għandha/hom tinkludi/jinkludu d-dokumentazzjoni ta’ l-informazzjoni sabiex isir monitoraġġ fuq il-prestazzjoni, il-kontrolli operazzjonali applikabbli u fuq il-konformità ma’ l-għanijiet u l-miri ambjentali ta’ l-organizzazzjoni.

L-organizzazzjoni għandha tassigura li jintuża u jinżamm tagħmir għall-monitoraġġ u kejl kalibrat u verifikat u għandha żżomm reġistri assoċjati.

I.A.5.2   Evalwazzjoni tal-konformità

I-A.5.2.1   B’mod konsistenti ma’ l-impenn għall-konformità, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tevalwa perjodikament il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli.

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet perjodiċi.

I-A.5.2.2   L-organizzazzjoni għandha tevalwa l-konformità ma' rekwiżiti oħrajn li ssottomettiet ruħha għalihom. L-organizzazzjoni tista’ tgħaqqad din l-evalwazzjoni ma’ l-evalwazzjoni tal-konformità ġuridika msemmja fil-punt 4.5.2.1 jew tistabbilixxi proċedura/i separata/i.

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistri tar-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet perjodiċi.

I-A.5.3   Nuqqas ta' konformità, azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) sabiex tittratta ma’ nuqqas(ijiet) ta’ konformità reali jew potenzjali u sabiex tieħu azzjoni korrettiva u azzjoni preventiva. l-proċedura/i għandha/hom tiddefinixxi/jiddefinixxu r-rekwiżiti għal

(a)

l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u t-teħid ta’ azzjoni(jiet) biex ittaffi/itaffu l-impatti ambjentali tagħhom.

(b)

l-investigazzjoni ta’ nuqqas(ijiet) ta’ konformità, id-determinazzjoni tal-kawża/i tagħha/hom u t-teħid ta’ azzjonijiet sabiex tevita li jerga’/jerġgħu jseħħ(u).

(c)

l-evalwazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni(ijiet) li tipprevjeni/jipprevjenu n-nuqqas(ijiet) ta’ konformità u implimentazzjoni xierqa ta’ azzjonijiet indikati biex jevitaw li jseħħu.

(d)

ir-reġistrazzjoni tar-riżultati ta’ l-azzjoni(jiet) korrettiva/i u azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda, u

(e)

ir-reġistrazzjoni tar-riżultati ta’ l-azzjoni(jiet) korrettiva/i u azzjoni(ijiet) preventiva/i meħuda, u L-azzjonijiet meħuda għandhom ikunu xierqa għad-daqs tal-problemi u ta' l-impatti ambjentali li jitfaċċaw.

L-organizzazzjoni għandha tassigura li kull tibdil meħtieġ isir lid-dokumentazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali.

I.A.5.4   Kontroll tar-reġistri

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistri kif meħtieġ biex turi l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali tagħha u ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u r-riżultati miksuba.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura(i) għall-identifikazzoni, għall-ħażna, għall-protezzjoni, għall-irkupru, għaż-żamma u għar-rimi tar-reġistri.

Ir-reġistri għandhom ikunu u jinżammu leġġibbli, identifikabbli u traċċabbli.

I.A.5.5   Verifika interna

L-organizzazzjoni għandha tassigura li verifiki interni tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali jitwettqu f'intervalli ppjanati sabiex

(a)

jiddeterminaw jekk is-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali

hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet ippjanati għas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali inklużi r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard Internazzjonali, u

hijiex implimentata u miżmuma kif suppost, u

(b)

tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lid-direzzjoni.

Il-programm(i) ta’ verfika għandu/hom jkun/ikunu ppjanat/i, stabbilit/i, implimentat/i u miżmum/a mill-organizzazzjoni, waqt li titqies l-importanza ambjentali ta’ l- operazzjoni(jiet) relatata/i u r-riżultati tal-verifiki ta’ qabel.

Proċedura/i ta’ verifika għandha/hom tkun/ikunu stabbilita/i, implimentata/i u miżmuma sabiex tindirizza/jindirizzaw

ir-responsabilitjiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u t-twettiq ta’ verifiki, li jirraportaw ir-riżultati u jżommu reġistri assoċjati,

id-determinazzjoni tal-kritierji għall-verifika, l-ambitu, il-frekwenza u l-metodi.

L-għażla tal-verifikaturi u t-twettiq tal-verifiki għandhom jassiguraw l-imparzjalità tal-proċess ta’ verifika.

I-A.6   Reviżjoni tad-direzzjoni

L-ogħla korp maniġerjali għandu jirrevedi s-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali ta’ l-organizzazzjoni, f’intervalli ppjanati, sabiex jassigura l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha. Ir-reviżjonijiet għandhom jinkludu l-eżami ta’ l-opportunitajiet għat-titjib u għall-ħtieġa ta’ tibdil tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali, inklużi l-politika ambjentali u l-għanijiet u l-miri ambjentali.

Reġistri tar-reviżjonijiet tad-direzzjoni għandhom jinżammu.

Id-data li għandha tingħata għar-reviżjonijiet tad-direzzjoni għandhom jinkludu:

(a)

ir-riżultati tal-verifiki interni u ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi u ma’ rekwiżiti oħra li l-organizzazzjoni tkun issottomettiet ruħha għalihom,

(b)

komunikazzjoni(jiet) minn partijiet esterni interessati, inklużi l-ilmenti,

(c)

il-prestazzjoni ambjentali ta’ l-organizzazzjoni,

(d)

safejn intlaħqu l-għanijiet u l-miri,

(e)

l-istat ta’ l-azzjonijiet korrettivi u preventivi,

(f)

azzjonijiet li seħħu b’konsegwenza ta’ reviżjonijiet ta’ qabel tad-direzzjoni,

(g)

ċirkustanzi li nbiddlu, inklużi l-iżviluppi tar-rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn relatati ma’ l-aspetti ambjentali tagħha, u

(h)

rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

Ir-reviżjonijiet magħmula mid-direzzjoni għandhom jinkludu kull deċiżjoni u azzjoni relatata ma’ bidliet possibbli fil-politika ambjentali, fl-għanijiet, fil-miri u f'elementi oħra tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali, konsistenti ma' l-impenn għal titjib kontinwu.

LISTA TA’ AWTORITAJIET NAZZJONALI TA’ L-ISTANDARDS

BE

:

IBN/BIN (Institut Belge de Normalisation/Belgisch Instituut voor Normalisatie)

CZ

:

ČNI (Český normalizační institut)

DK

:

DS (Dansk Standard)

DE

:

DIN (Deutsches Institut für Normung e.V.)

EE

:

EVS (Eesti Standardikeskus)

EL

:

ELOT (Ελληνικός Οργανισμός Τυποποίησης)

ES

:

AENOR (Asociación Española de Normalización y Certificación)

FR

:

AFNOR (Association Française de Normalisation)

IEL

:

NSAI (National Standards Authority of Ireland)

IT

:

UNI (Ente Nazionale Italiano di Unificazione)

CY

:

Κυπριακός Οργανισμός Προώθησης Ποιότητας

LV

:

LVS (Latvijas Standarts)

LT

:

LST (Lietuvos standartizacijos departamentas)

LU

:

SEE (Service de l’Energie de l’Etat) (Luxembourg)

HU

:

MSZT (Magyar Szabványügyi Testület)

MT

:

MSA (Awtorità Maltija dwar l-Istandards/Malta Standards Authority)

NL

:

NEN (Nederlands Normalisatie-Instituut)

AT

:

ON (Österreichisches Normungsinstitut)

PL

:

PKN (Polski Komitet Normalizacyjny)

PT

:

IPQ (Instituto Português da Qualidade)

SI

:

SIST (Slovenski inštitut za standardizacijo)

SK

:

SÚTN (Slovenský ústav technickej normalizácie)

FI

:

SFS (Suomen Standardisoimisliitto r.y)

SE

:

SIS (Swedish Standards Institute)

UK

:

BSI (British Standards Institution).”


(*)  L-użu tat-test riprodott f’dan l-Anness huwa bil-permess ta’ CEN. It-test sħiħ jista’ jinxtara mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istandards, li l-lista dwarhom tinsab f'dan l-Anness. Kull riproduzzjoni ta' dan l-Anness għal raġunijiet kummerċjali m'hijiex permessa.


Top