This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006E0030
Council Common Position 2006/30/CFSP of 23 January 2006 renewing and supplementing the restrictive measures imposed against Côte d'Ivoire
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/30/PESK tat- 23 ta' Jannar 2006 li ġġedded u tissuplimenta l-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/30/PESK tat- 23 ta' Jannar 2006 li ġġedded u tissuplimenta l-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju
ĠU L 19, 24.1.2006, p. 36–37
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 62–63
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 28/10/2010; Imħassar b' 32010D0656
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
62 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/30/PESK
tat-23 ta' Jannar 2006
li ġġedded u tissuplimenta l-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta' l-Ivorju (1) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju mir-Riżoluzzjoni 1572(2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR). B'mod konformi ma' dik ir-Riżoluzzjoni, dawn il-miżuri applikaw sal-15 ta' Diċembru 2005. |
(2) |
Fid-dawl ta' l-iżviluppi riċenti fil-Kosta ta' l-Ivorju, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fil-15 ta' Diċembru 2005 adotta r-Riżoluzzjoni 1643(2005) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1572(2004) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar. |
(3) |
Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għandhom għalhekk jiġu mġedda għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar b'effett mis-16 ta' Diċembru 2005, sabiex jagħtu effett lill-UNSCR 1643(2005). |
(4) |
Flimkien ma' dawn il-miżuri, il-paragrafu 6 ta' l-UNSCR 1643(2005) jitlob li jittieħdu miżuri biex tiġi evitata l-importazzjoni tad-djamanti ħorox kollha mill-Kosta ta' l-Ivorju, miżuri li l-Komunità diġà qed tapplika permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley għall-kummerċ internazzjonali tad-djamanti ħorox (2), |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għandhom jiġu applikati għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sakemm il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor b'mod konformi ma' kwalunkwe Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rilevanti fil-ġejjieni.
Artikolu 2
Flimkien mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1, l-importazzjoni diretta jew indiretta tad-djamanti ħorox kollha mill-Kosta ta' l-Ivorju għall-Komunità, kemm jekk tali djamanti oriġinaw fil-Kosta ta' l-Ivorju kif ukoll jekk le, għandha tiġi projbita b'mod konformi ma' l-UNSCR 1643 (2005).
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mis-16 ta’ Diċembru 2005 sal-15 ta' Diċembru 2006.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Jannar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50.
(2) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1574/2005 (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 11).