Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0062

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Jannar 2006 li tippermetti lill-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll lir-Russja, sabiex jibbenefikaw mill-Programm ta’ Għajnuna Teknika u ta’ Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX)

    ĠU L 32, 4.2.2006, p. 80–81 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 102–103 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/62(1)/oj

    29.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    102


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-23 ta' Jannar 2006

    li tippermetti lill-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll lir-Russja, sabiex jibbenefikaw mill-Programm ta’ Għajnuna Teknika u ta’ Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX)

    (2006/62/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Fil-qasam ta’ l-għajnuna li tingħata qabel l-adeżjoni, l-amministrazzjoni indiretta ċentralizzata kienet, fl-imgħoddi, għodda prezzjuża, partikolarment fir-rigward ta' l-operazzjonijiet ta' l-Uffiċċju għall-Għajnuna Teknika u għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (TAIEX).

    (2)

    L-għan tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP), kif dikjarat fil-Karta ta’ Strateġija tal-Kummissjoni adottata f’Mejju 2004, huwa li jinqasmu l-benefiċċji tat-tkabbir fl-2004 ta’ l-Unjoni Ewropa ma' pajjiżi ġirien u li jintużaw uħud mill-istrumenti u l-esperjenza miksuba matul il-proċess ta’ tkabbir sabiex pajjiżi msieħba jinġiebu aktar qrib ta’ l-UE, u dan lejn il-mira ta' integrazzjoni ekonomika gradwali u tat-tisħiħ tal-koperazzjoni politika. Il-pajjiżi fil-Viċinat Ewropew għalhekk għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-TAIEX.

    (3)

    Fil-15-il summit bejn l-UE u r-Russja fl-10 ta’ Mejju 2005, l-UE u r-Russja adottaw il-linji ta' rotta għall-ħolqien ta’ erba’ spazji komuni li jistabbilixxu għanijiet simili għal dawk ta' l-ENP, jiġifieri sabiex tiżdied il-koperazzjoni bilaterali u sabiex isir progress, bil-kisba ta' standards ogħla, lejn il-konverġenza regolatorja u l-approssimazzjoni leġiżlattiva.

    (4)

    Ir-Russja sejra tikkwalifika għal fondi taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija (ENPI) futur.

    (5)

    L-Artikolu 54(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (ir-Regolament Finanzjarju) jippermetti l-implementazzjoni tal-budget Komunitarju permezz ta’ amministrazzjoni indiretta ċentralizzata u jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-implementazzjoni, sakemm dan ikun awtorizzat mill-att bażiku tal-programm.

    (6)

    Tinħtieġ l-implementazzjoni armonizzata ta’ l-għajnuna permezz tat-TAIEX. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha timxi fuq l-istess linja tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/1989 tat-18 ta’ Diċembru 1989 dwar l-għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa ta’ Lvant u Ċentrali (3) (PHARE), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000 dwar l-għajnuna lill-Albanija, lill-Bosnia u Herzegovina, lill-Kroazja, lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u lir-Repubblika Ex Jugoslava tal-Maċedonja (4) (CARDS) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 dwar l-għajnuna finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għat-Turkija (5).

    (7)

    Xi partijiet mill-azzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 99/2000 tad-29 ta' Diċembru 1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna lill-Istati msieħba fl-Ewropa tal-Lvant u ta’ l-Asja Ċentrali (6) jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (“it-Tratta ta' l-EURATOM”). Din id-Deċiżjoni ma tikkonċernax dawn il-partijiet,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tippermetti pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll lir-Russja, partikolarment dawk li għandhom Pjanijiet ta’ Azzjoni jew qegħdin jimplementaw linji ta' rotta, sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna permezz tat-TAIEX, li sejjer jipprovdi għajnuna teknika mmirata bil-għan li jgħin lill-pajjiżi msieħba sabiex jifhmu u jabbozzaw leġiżlazzjoni relatata mal-Pjanijiet ta’ Azzjoni u jgħinhom bl-implementazzjoni u l-infurzar.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/1996 tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw ir-riforma ta’ l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja (7) (MEDA) u r-Regolament (KE, EURATOM) Nru 99/2000, il-Kummissjoni tista’, skond l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, tiddeċiedi li tafda kompiti ta’ awtorità pubblika u, b’mod partikolari, kompiti ta' implementazzjoni tal-budget bħala segwitu ta' tali deċiżjoni lill-korp li jimplementa l-programm tat-TAIEX implementat taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/1989, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-azzjonijiet implementati taħt ir-Regolament (KE, EURATOM) Nru 99/2000 li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat ta' l-EURATOM.

    Artikolu 4

    L-attivitajiet awtorizzati minn din id-Deċiżjoni għandhom ikunu ffinanzjati mil-linja tal-budget 19 06 01 Għajnuna lill-pajjiżi msieħba fl-Ewropa ta’ Lvant u fl-Asja Ċentrali, u mil-linja assoċjata tal-budget għall-ispejjeż amministrattivi 19 01 04 07, u l-linja tal-budget 19 08 02 01 MEDA (miżuri li jakkumpanjaw ir-riformi ta’ l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi tal-Mediterran li mhumiex membri) u l-linja assoċjata tal-budget għall-ispejjeż amministrattivi 19 01 04 06.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PRÖLL


    (1)  Għadha mhox ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004 (ĠU L 389, 30.12.2004, p. 1).

    (4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004 (ĠU L 389, 30.12.2004, p. 1).

    (5)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 850/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 1).

    (6)  ĠU L 12, 18.1.2000, p. 1.

    (7)  ĠU L 189, 30.7.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1).


    Top