EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0016

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Jannar 2006 li temenda l-Anness B għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u l-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5840) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 24–35 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/16(1)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Jannar 2006

li temenda l-Anness B għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u l-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5840)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/16/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimal applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(2) u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE (2) li emendat id-Direttiva 88/407/KEE, ġabet il-ħtieġa li jissawru mill-ġdid id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati mal-kondizzjonijiet ta' saħħet l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina.

(2)

Il-Kummissjoni għalhekk adottat id-Deċiżjoni 2004/639/KE tas-6 ta' Settembru 2004 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina (3), li ġabret flimkien f'att waħdieni r-regoli ta' l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina.

(3)

Iżda, inqalgħu problemi fuq l-importazzjoni ta' semen bovin minn pajjiżi terzi minħabba informazzjoni nieqsa jew inkorretta fl-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE u fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE, li għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(4)

Biex l-operaturi ekonomiċi jitħallew jadattaw għall-kondizzjonijiet il-ġodda stipulati f'din id-Deċiżjoni, jixraq li jiġi pprovdut perjodu tranżizzjonali fejn, taħt ċerti kondizzjonijiet, semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina konformi mal-kondizzjonijiet imniżżla fiċ-ċertifikat veterinarju mudell applikabbli qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jkun jista' jiġi importat fil-Komunità.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE huwa emendat bi qbil ma' l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE jinbidel bl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Għal perjodu tranżizzjonali li jagħlaq fil-31 ta' Marzu 2006 l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina sakemm dan is-semen

a)

jikkonforma mal-kondizzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE li kienet applikabbli qabel id-data ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti; u

b)

ikun akkumpanjat b'tali ċertifikat mimli kif suppost.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2006.

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, 4.2.2004, p. 15).

(2)  ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.

(3)  ĠU L 292, 15.9.2004, p. 21. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/290/KE (ĠU L 93, 12.4.2005, p. 34).


ANNESS I

It-tieni subparagrafu tal-Kapitolu I(1)(d) ta' l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE jinbidel b'dan li ġej:

“L-awtorità kompetenti tista' tagħti awtorizzazzjoni biex it-testijiet imsemmija f'(d) jitwettqu fuq kampjuni meħuda fl-istazzjon tal-kwarantina. F'dan il-każ, il-perjodu ta' kwarantina msemmi f'(a) ma jistax jibda qabel id-data tat-teħid tal-kampjuni. Iżda, jekk xi wieħed mit-testijiet elenkati f'(d) jirriżulta pożittiv, l-annimal ikkonċernat għandu jitwarrab immedjatament mit-taqsima ta' iżolazzjoni. Fil-każ ta' iżolazzjoni ta' grupp, il-perjodu ta' kwarantina msemmi f'(a) ma jistax jibda għall-bqija ta' l-annimali qabel ma l-annimal li rriżulta pożittiv fit-test ikun twarrab.”


ANNESS II

“ANNESS II

Ċertifikati Veterinarji Mudell għall-importazzjonijiet

PARTI 1

SEMEN TA' ANNIMALI DOMESTIĊI TA' L-ISPEĊI BOVINA GĦALL-IMPORTAZZJONI, MIĠBUR F'KONFORMITÀ MAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 88/407/KEE KIF EMENDATA BID-DIRETTIVA 2003/43/KE

Iċ-ċertifikat mudell li ġej huwa applikabbli għall-importazzjoni ta' semen miġbur f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 2

SEMEN TA' ANNIMALI DOMESTIĊI TA' L-ISPEĊI BOVINA MIĠBUR, IPPROĊESSAT U MAĦŻUN QABEL IL-31 TA' DIĊEMBRU 2004 GĦALL-IMPORTAZZJONI MILL-1 TA' JANNAR 2005 SKOND L-ARTIKOLU 2(2) TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/43/KE

Iċ-ċertifikat mudell li ġej huwa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005 għall-importazzjoni ta' provvisti ta' semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru 2004 skond il-kondizzjonijiet stabbiliti qabel fid-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u importat wara dik id-data skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top