Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0506

    2005/506/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 14 ta’ Lulju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 1999/120/KE dwar l-inklużjoni ta’ stabbiliment wieħed fl-Albanija f’listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-imsaren (casings) ta’ l-annimali (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2657) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 184, 15.7.2005, p. 68–69 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 239–240 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Impliċitament imħassar minn 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/506/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    239


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-14 ta’ Lulju 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/120/KE dwar l-inklużjoni ta’ stabbiliment wieħed fl-Albanija f’listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-imsaren (casings) ta’ l-annimali

    (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2657)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/506/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu interim, ta’ listi proviżorji ta' stabbilimenti ġewwa pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huwa awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li ġejjin minn annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/120/EC tas-27 ta’ Jannar 1999 li toħloq listi proviżorji ta’ stabbilimenti ġewwa pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-imsaren ta' l-annimali (2) tistabbilixxi listi proviżorji ta' stabbilimenti ġewwa pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw l-imsaren ta’ l-annimali.

    (2)

    L-Albanija pprovdiet l-isem ta’ stabbiliment wieħed li jipproduċi l-imsaren ta' l-annimali li għalih, l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbiliment jikkonforma mar-regoli Komunitarji.

    (3)

    Skond dan, l-istabbiliment għandu jiddaħħal fil-listi stabbiliti fid-Deċiżjoni 1999/120/KE.

    (4)

    Billi għadhom ma twettqux spezzjonijiet fuq il-post ta' l-istabbiliment inkwistjoni, l-importazzjoni minnu m'għandhiex tkun eliġibbli għal kontrolli fiżiċi mnaqqsa skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3).

    (5)

    Id-Deċiżjoni 1999/120/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 1999/120/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-22 ta’ Lulju 2005.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta’ Lulju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

    (2)  ĠU L 36, 10.2.1999, p. 21. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

    (3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


    ANNESS

    It-test li ġej jinżied ma’ l-Anness:

    “País: Albania/Země: Albánie/Land: Albanien/Land: Albanien/Riik: Albaania/Χώρα: Αλβανία/Country: Albania/Pays: Albanie/Paese: Albania/Valsts: Albānija/Šalis: Albania/Ország: Albània/Pajjiż: L-Albanija/Land: Albanië/Państwo: Albania/País: Albânia/Krajina: Albánsko/Država: Albanija/Maa: Albania/Land: Albanien

    1

    2

    3

    4

    5

    1.7.2005

    Ital Casing

    Korcë

    Korcë

    1

    1.

    Bl-esklużjoni ta’ l-imsaren, mid-duwodenu sar-rektum, ta’ l-annimali bovini ta’ kull età, jew prodotti dderivati minn dawn, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001. Din l-esklużjoni ma tapplikax għal prodotti ta’ dan it-tip idderivati minn annimali mwielda, mkabbra kontinwament u maqtula fl-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kosta Rika, New Zealand, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj u l-Urugwaj.”


    Top