Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0778

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 778/2004 tas-26 ta' April 2004 li jikkorreġi l-verżjoni Portugiża tar-Regolament (KE) Nru 40/2004 dwar il-prova tat-tlestija tal-formalitajiet tad-dwana għall-importazzjoni taz-zokkor f'pajjiżi terzi kif ipprovdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999

ĠU L 123, 27.4.2004, p. 62–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/778/oj

32004R0778



Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0062 - 0062


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 778/2004

tas-26 ta' April 2004

li jikkorreġi l-verżjoni Portugiża tar-Regolament (KE) Nru 40/2004 dwar il-prova tat-tlestija tal-formalitajiet tad-dwana għall-importazzjoni taz-zokkor f'pajjiżi terzi kif ipprovdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 27(11) tiegħu,

Billi:

(1) Il-verżjoni Portugiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 40/2004 [2] fiha żball fl-Artikolu 1.

(2) Il-verżjoni Portugiża għandha għalhekk tiġi kkorreġuta.

(3) Mogħti li r-Regolament (KE) Nru 40/2004 japplika mit-8 ta' Marzu 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004, dan ir-Regolament għandu japplika għall-istess perjodu taż-żmien għajr rigward l-esportazzjonijiet li għalihom diġà tħallsu r-rifużjonijiet.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jirrigwarda biss lill-verżjoni Portugiża

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sat-31 ta' Diċembru 2004 għall-esportazzjonijiet effettwati wara t-8 ta' Marzu 2003, bl-eċċezzjoni ta' l-esportazzjonijiet li għalihom diġà tħallsu r-rifużjonijiet wara d-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, tat-30.6.1, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, ta’ l-10.1.2004, pġ. 16).

[2] ĠU L 6, ta’ l-10.1.2004, pġ. 17.

--------------------------------------------------

Top