EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32003R1181

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1181/2003 tat-2 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat

ĠU L 165, 3.7.2003, p. 17–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 04 Volum 006 P. 25 - 26

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1181/oj

32003R1181



Official Journal L 165 , 03/07/2003 P. 0017 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1181/2003

tat-2 ta' Lulju 2003

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jiddisponi għall-possibiltà li jiġu adottati standards komuni ta' marketing għal prodotti tas-sajd fil-Komunità, partikolarment biex ikun faċilitat in-negozju bażat fuq kompetizzjoni ġusta. Dawn l-istandards jistgħu, b'mod partikolari, ikopru t-tikkettjar.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 [2] jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat fil-Komunità.

(3) Il-varjetà dejjem tiżdied tal-provvista ta' prodotti priservati mqiegħda fis-suq u ppreżentati bl-istess mod bħas-sardin ippriservat fil-Komunità toħloq il-ħtieġa li l-konsumatur ikollu informazzjoni biżżejjed dwar l-identità u l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott.. Għalhekk hemm bżonn li jiġu preskritti regoli dwar deskrizzjonijiet kummerċjali għal prodotti priservati u ppreżentati bl-istess mod bħas-sardin priservat fil-Komunità.

(4) Il-Codex Alimentarius standard Codex STAN94 kif ukoll il-kondizzjonijiet partikolari l-aktar fl-użu fis-suq tal-Komunità għandhom jiġu meqjusa għal dak l-iskop..

(5) Fl-interess ta' trasparenza fis-suq, ta' kompetizzjoni ġusta u ta' varjetà fl-għażla, hu meħtieġ li jkun speċifikat li prodotti priservati tat-tip tas-sardin għandhom jiġu esklussivament preparati minn speċi preċiżament definiti.

(6) hemm bżonn li jiġu meqjusa l-bidliet fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għas-sardin priservat..

(7) It-terminu "sardin" jista' jkun biss parti mid-deskrizzjoni kummerċjali ta' prodotti tat-tip tas-sardin jekk ikun adegwatament kwalifikat.. Deskrizzjonijiet kummerċjali bażati biss fuq ismijiet ġeografiċi ma jagħmlux distinzjoni biżżejjed. Biex tinħoloq identifikazzjoni sewwa ta' kull prodott tat-tip tas-sardin, u b'hekk tiġi evitata konfużjoni bejn l-ispeċi ta' ħut differenti, l-isem xjentifiku ta' l-ispeċi għandu jintuża bħala t-terminu li jikkwalifika..

(8) It-tagħqid tal-kelma "sardin" ma' l-isem komuni ta' speċi ta' ħut tat-tip tas-sardin jista' biss joħloq konfużjoni dwar in-natura vera tal-prodott. Mill-banda l-oħra, ismijiet komuni li ma jinkludux il-kelma "sardin" jistgħu jibqgħu jintużaw fil-marketing ta' prodotti tat-tip tas-sardin, skond il-liġi ta' l-Istat Membru dwar il-marketing u b'mod li ma jqarraqx bil-konsumatur.

(9) Il-ħtiġijiet preskritti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu applikati bla ħsara għad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [3].

(10) Ir-Regolament (KEE) Nru 2136/89 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(11) Il-miżuri li għalihom jiddisponi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2136/89 huwa emendat kif ġej:

1. Fit-titolu l-kliem "li jippreskrivi standards komuni għal sardin ippriservat" jiġu mibdula b'dan li ġej: "li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali għal sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin".

2. L-Artikolu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandards li jirregolaw il-marketing ta' sardin ippriservat u d-deskrizzjonijiet kummerċjali għas-sardin ippriservat u prodotti ta-tip ta' sardin ippriservat fil-Komunità."

3. Jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej:

"Artikolu 1a

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

1. "sardin ippriservat" tfisser prodotti ppreparati minn ħut ta' l-ispeċi Sardina pilchardus;

2. "prodotti priservati tat-tip ta' sardin" tfisser mqiegħda fis-suq u ppreżentati l-istess bħal sardin ippriservat u ppreparati minn ħut ta' l-ispeċi li ġejjin:

(a) Sardinops melanosticus, S. neopilchardus, S. ocellatus, S. sagax, S. caeryleus;

(b) Sardinella aurita, S. brasiliensis, S. maderensis, S. longiceps, S. gibbosa;

(ċ) Clupea harengus;

(d) Sprattus sprattus;

(e) Hyperlophus vittatus;

(f) Nematalosa vlaminghi;

(g) Etrumeus teres;

(h) Ethmidium maculatum;

(i) Engraulis anchoita, E. mordax, E. ringens;

(j) Opisthonema oglinum."

4. L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— għandhom ikunu koperti bil-kodiċijiet NM 16041311, 16041319 u ex16042050."

5. Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

"Artikolu 7a

1. Bla ħsara għad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], prodotti priservati tat-tip ta' sardin jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità taħt deskrizzjoni kummerċjali li tikkonsisti fil-kelma "sardin" magħquda flimkien ma' l-isem xjentifiku ta' l-ispeċi.

2. Kull fejn id-deskrizzjoni kummerċjali prevista fil-paragrafu 1 tkun immarkata fuq il-kontenitur ta' prodott ippriservat tat-tip ta' sardin, għandha tkun tidher ċar u b'mod distint.

3. L-isem xjentifiku għandu jinkludi fil-każi kollha l-ismijiet ġeneriċi u speċifiċi Latini.

4. Speċi waħda biss għandha tkun imqiegħda fis-suq taħt deskrizzjoni kummerċjali waħda."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Lulju 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 17, tal-21.01.2000, p. 22.

[2] ĠU L 212, tat-22.07.1989, p. 79.

[3] ĠU L 109, 06.05.2000, p. 29.

[4] ĠU L 109, 06.05.2000, p. 29.

--------------------------------------------------

Fuq