Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2256

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2256/1999 tal-25 ta’ Ottubru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1621/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ l-għajnuna għall-kultivazzjoni ta’ l-għeneb għall-produzzjoni ta’ ċerti varjetajiet ta’ l-għeneb imqadded

ĠU L 275, 26.10.1999, p. 13–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2256/oj

31999R2256



Official Journal L 275 , 26/10/1999 P. 0013 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2256/1999

tal-25 ta’ Ottubru 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1621/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ l-għajnuna għall-kultivazzjoni ta’ l-għeneb għall-produzzjoni ta’ ċerti varjetajiet ta’ l-għeneb imqadded

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessat [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 tat-22 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ l-għajnuna għall-kultivazzjoni ta’ l-għeneb biex jiġu prodotti ċerti varjetajiet ta’ l-għeneb imqadded [3] jiffissa l-limitu taż-żmien għall-konklużjoni ta’ kuntratti għas-sena tas-suq 1999/2000 fil-15 ta’ Ottubru 1999. Dak il-limitu taż-żmien issa ġie ppruvat li huwa qasir wisq, b’mod partikolari f’ċerti reġjuni tal-Komunità fejn m’hemm l-ebda organizzazzjonijiet tal-produtturi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-limitu ta’ żmien f’dan il-każ għandu jitreġġa lura lejn il-1 ta’ Novembru 1999;

(2) il-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u l-ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1621/1999 huwa b’hekk mibdul b’dan li ġej:

"(ċ) il-kuntratti kif hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 5 għandhom jiġu iffirmati mill-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi dawk li hemm referenza dwarhom fi (a) t’hawn fuq, u l-proċessaturi li jkunu ppreżentaw l-applikazzjonijiet għad-dħul fid-database; kuntratti għas-snin ta’ suq 1999/2000 u 2000/01 għandhom jiġu konklużi sa l-1 Novembru 1999 u sa l-1 ta’ Settembru 2000 rispettivament."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Ottubru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1.

[3] ĠU L 192, ta’ l-24.7.1999, p. 21.

--------------------------------------------------

Top