Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0453

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 1999, li temenda d-Deċiżjonijiet 96/579/KE u 97/808/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' attrezzaturi fissi u kisi ta' pavimenti rispettivament (notifikata skond id-dokument numru K(1999) 1484)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 178, 14.7.1999, p. 50–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/453/oj

    31999D0453



    Official Journal L 178 , 14/07/1999 P. 0050 - 0051


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-18 ta' Ġunju 1999,

    li temenda d-Deċiżjonijiet 96/579/KE u 97/808/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' attrezzaturi fissi u kisi ta' pavimenti rispettivament

    (notifikata skond id-dokument numru K(1999) 1484)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (1999/453/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjoniet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment Artikolu 13(4) tagħha,

    (1) Billi l-Kummissjoni diġà adottat sensiela ta' Deċiżjonijiet dwar l-attestazzjoni ta' konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) ta' d-Direttiva 89/106/KEE; billi tista' tinqala' l-ħtieġa li dawk id-deċiżjonijiet ikunu adattati minħabba l-progress tekniku; billi teżisti din il-ħtieġa fir-rigward tad-Deċiżjoni 96/579/KE [3] u d-Deċiżjoni 97/808/KE [4];

    (2) Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni ta' l-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 96/579/KE hija b'dan emendata kif ġej:

    (1) F'Anness II, il-vers li ġej għandu jiddaħħal wara t-titolu

    "Prodotti għall-immarkar tat-triq:"

    :

    "— materjali ta' trattament (żibeġ tal-ħġieġ, materjal kontra ż-żliq jew taħlita tat-tnejn),"

    (2) F'Anness III il-vers li ġej għandu jidddaħħal fil-kolonna

    "Prodott(i)"

    ta' l-iskeda ta' klassi ta' l-prodotti

    "ATTREZZATURI FISSI(1/2)"

    wara t-titolu

    "Prodotti għall-immarkar tat-triq:"

    :

    "— Materjali ta' trattament (żibeġ tal-ħġieġ, materjal kontra ż-żliq jew taħlita tat-tnejn),"

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 97/808/KE hija b'dan emendata kif ġej:

    1. F'Anness I, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Materjali għal kisi ta' pavimenti għal użu estern.

    Materjali għal kisi ta' pavimenti għal użu intern ta' reazzjoni għal nar tat-tip AFL, BFL jew CFL li r-reazzjoni tagħhom għan-nar mhix soġġetta għal tibdil matul il-produzzjoni, ta' reazzjoni għan-nar tat-tip DFL, EFL jew FFL u wkoll tat-tip AFL, li skond id-Deċiżjoni 96/603/KE m'għandhomx bżonn ikunu eżaminati għal reazzjoni tagħhom għan-nar."

    2. F'Anness II, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    "Materjali għal kisi ta' pavimenti għal użu intern ta' reazzjoni għal nar tat-tip AFL, BFL jew CFL, li r-reazzjoni tagħhom għan-nar hija soġġetta għal tibdil matul il-produzzjoni, ġeneralment dawk li huma soġġetti għal bidla kimika, e.g. fire retardants, jew meta tibdil fil-kompożizzjoni jista’ jwassal għal tibdil fir-reazzjoni għan-nar."

    3. F'Anness III, fl-iskeda tal-klassi ta' prodotti

    "PAVIMENTI (2/2)"

    għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Materjali għal kisi ta' pavimenti | Għal użu intern | AFL – BFL – CFL(1) | 1 (2) |

    AFL – BFL – CFL(3) | 3 (4) |

    AFL(5) – DFL – EFL -FFL | 3 (4) |

    Għal użu estern | | 4 (6)" |

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-18 ta' Ġunju, 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru ta' l-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    [3] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 52.

    [4] ĠU L 331, tat-3.12.1997, p. 18.

    --------------------------------------------------

    Top