Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1527

    Deċiżjoni Nru 3/2018 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-28 ta' Settembru 2018 li tagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-snin finanzjarji 2007-2016 [2018/1527]

    ST/2119/2018/INIT

    ĠU L 256, 12.10.2018, p. 119–119 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1527/oj

    12.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 256/119


    DEĊIŻJONI Nru 3/2018 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

    tat-28 ta' Settembru 2018

    li tagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-snin finanzjarji 2007-2016 [2018/1527]

    IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tal-Anness III tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 3/2006 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE tas-27 ta' Settembru 2006 dwar ir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (2),

    Wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali għas-snin finanzjarji 2007 sa 2016, adottati fil-31 ta' Diċembru ta' kull waħda minn dawk is-snin rispettivament,

    Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Awdituri dwar il-kontijiet taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2007 sa 2016,

    Wara li ħa nota tat-tweġibiet mogħtija mid-Direttur taċ-Ċentru għall-kummenti magħmula mill-Awdituri,

    Billi:

    (1)

    Id-dħul taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2007 sa 2016 ikkonsistew prinċipalment minn kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jammonta għal EUR 20 148 346 għall-2007, EUR 17 812 007 għall-2008, EUR 16 334 434,15 għall-2009, EUR 22 132 300 għall-2010, EUR 17 556 601 għall-2011, EUR 19 776 871 għall-2012, EUR 22 327 270 għall-2013, EUR 25 656 397 għall-2014, EUR 15 177 000 għall-2015 u EUR 16 859 000 għall-2016.

    (2)

    L-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit taċ-Ċentru mid-Direttur matul is-snin finanzjarji 2007 sa 2016 kienet tali li hu jenħtieġ li jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dawk il-baġits,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-Kumitat, fuq il-bażi ta' rapporti tal-Awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-snin finanzjarji korrispondenti, b'dan jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-snin finanzjarji 2007 sa 2016.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.

    Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

    Il-President

    Ammo Aziza BAROUD


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 350, 12.12.2006, p. 1.


    Top