Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 32015R1803
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1803 of 7 October 2015 fixing an acceptance percentage for the issuing of export licences, rejecting export-licence applications and suspending the lodging of export-licence applications for out-of-quota sugar
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1803 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1803 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota
ĠU L 263, 8.10.2015., 31./32. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1803
tas-7 ta' Ottubru 2015
li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iz-zokkor prodott matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stabbilit mill-Kummissjoni. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1164 tal-15 ta' Lulju 2015 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016 (3) jistabbilixxi t-tali limiti kwantitattivi. |
(3) |
Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1164. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom mill-1 sat-2 ta' Ottubru 2015. L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor mressqin wara t-2 ta' Ottubru 2015 għandhom jiġu rrifjutati kif xieraq u għandu jiġi sospiż it-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandhom jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota li għalih ikunu tressqu applikazzjonijiet mill-1 sat-2 ta' Ottubru 2015 għall-kwantitajiet mitlubin, immultiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 32,928064 %.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin fil-5, 6, 7, 8 u 9 ta' Ottubru 2015 b'dan qed jiġu rrifjutati.
3. It-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu mit-12 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 188, 16.7.2015, p. 28.