This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0333
Council Decision (EU) 2015/333 of 2 March 2015 appointing an Italian member of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/333 tat- 2 ta' Marzu 2015 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/333 tat- 2 ta' Marzu 2015 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 58, 3.3.2015, p. 74–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015
3.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/333
tat-2 ta' Marzu 2015
li taħtar membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
(2) |
Billi konsegwentement għall-mewt tas-Sur Corrado ROSSITTO sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Flora GOLINI, Vicepresidente nonché Membro della Giunta esecutiva confederale della CIU (Confederazione Italiana di Unione delle professioni), hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.