This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0669
Case T-669/16 P: Appeal brought on 21 September 2016 by Carlo De Nicola against the judgment of the Civil Service Tribunal of 21 July 2016 in Case F-82/15, De Nicola v EIB
Kawża T-669/16 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/15, De Nicola vs BEI
Kawża T-669/16 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/15, De Nicola vs BEI
ĠU C 410, 7.11.2016, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/25 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/15, De Nicola vs BEI
(Kawża T-669/16 P)
(2016/C 410/36)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investimenti
Talbiet
— |
tilqa’ dan l-appell u, billi tbiddel parzjalment is-sentenza appellata, tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv u l-punti 12, 13, 24, 55-57, 123-135, 157-165 tal-istess sentenza; |
— |
konsegwentement, tikkundanna lill-appellat għad-danni sostnuti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-21 ta’ Lulju 2016, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellant intiż, essenzjalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħha l-appellat ċaħad li jirrimborsah għal ċerti spejjeż mediċi, u min-naħa l-oħra, sabiex l-appellat u l-Unjoni Ewropea jiġu kkundannati jikkumpensawh għad-danni li sostna.
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jikkontesta l-evalwazzjoni li saret fis-sentenza appellata dwar il-validità xjentifika tat-terapija laser.
L-appellant barra minn hekk iqis li r-rekwiżiti dwar l-għoti ta’ danni materjali u morali huma ssodisfatti f’dan il-każ.