Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0567

    Kawża C-567/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-567/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2009/C 205/23

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

    2)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 44, 21.02.2009


    Top