This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R1042-20181016
Commission Delegated Regulation (EU) No 1042/2014 of 25 July 2014 supplementing Regulation (EU) No 514/2014 with regard to the designation and management and control responsibilities of Responsible Authorities and with regard to status and obligations of Audit Authorities
Consolidated text: Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar
02014R1042 — MT — 16.10.2018 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1042/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 (ĠU L 289 3.10.2014, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1291 tas-16 ta' Mejju 2018 |
L 241 |
1 |
26.9.2018 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1042/2014
tal-25 ta' Lulju 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 514/2014. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “awtorità ta' nomina” tfisser l-awtorità ministerjali ta' Stat Membru msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 li tinnomina l-Awtorità Responsabbli;
(b) “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-Awtorità Responsabbli, l-Awtorità tal-Awditjar u, fejn xieraq, l-Awtorità Delegata msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;
(c) “SFC2014” tfisser is-sistema tal-informazzjoni elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 ( 1 );
(d) “ftehim ta' għotja” tfisser ftehim jew forma ekwivalenti ta' strument ġuridiku abbażi li fuqu l-Awtorità Responsabbli tipprovdi għotjiet lill-benefiċjarju għall-għan biex jimplimenta proġett skont il-programm nazzjonali.
KAPITOLU II
L-AWTORITÀ RESPONSABBLI
TAQSIMA I
In-nomina tal-awtorità responsabbli
Artikolu 2
Kriterji u proċedura għan-nomina tal-Awtorità Responsabbli
1. Il-korp li għandu jiġi nnominat bħala l-Awtorità Responsabbli jkollu organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament (“kriterji ta' nomina”). Il-kriterji ta' nomina jikkonċernaw:
(a) ambjent intern,
(b) attivitajiet ta' kontroll;
(c) informazzjoni u komunikazzjoni interna;
(d) monitoraġġ u rapportar intern.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' nomina biex jiġu kkunsidrati d-daqs, ir-responsabbiltajiet u karatteristiċi oħrajn tal-Awtorità Responsabbli.
2. Il-korp tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jivvaluta jekk l-Awtorità Responsabbli prospettiva hijiex konformi mal-kriterji ta' nomina fl-Anness u jiddokumenta s-sejbiet, il-konklużjonijiet u l-opinjoni tal-awditjar tagħha, f'rapport tal-awditjar indirizzat lill-awtorità ta' nomina.
3. Jekk l-awtorità ta' nomina mhix sodisfatta li l-Awtorità Responsabbli prospettiva hija konformi mal-kriterji ta' nomina, tagħti lil dan il-korp struzzjonijiet speċifiċi biex tirrimedja n-nuqqasijiet ta' konformità u skadenza għal konformità qabel hi tkun tista' tiġi nominata bħala l-Awtorità Responsabbli.
Bil-konformità tkun pendenti, il-korp jista' jingħata nomina provviżorja bħala Awtorità Responsabbli għal mhux iktar minn 12-il xahar. It-tul ta' dan il-perjodu provviżorju jkun proporzjonali man-nuqqasijiet ta' konformità identifikati.
4. Fuq nomina għall-Awtorità Responsabbli, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tal-SFC 2014. Permezz ta' din in-notifika, l-Istat Membru jittrażmetti dokumentazzjoni li tistabbilixxi:
(a) id-diviżjoni ewlenija ta' responsabbiltajiet bejn l-unitajiet organizzazzjonali tal-Awtorità Responsabbli;
(b) fejn xieraq, ir-relazzjoni tagħha ma' awtoritajiet delegati, l-attivitajiet li għandhom jiġu delegati, u l-proċeduri ewlenin għas-superviżjoni ta' dawn l-attivitajiet delegati; kif ukoll
(c) sommarju tal-proċeduri ewlenin għall-ipproċessar ta' talbiet finanzjarji minn benefiċjarji u għall-awtorizzazzjoni u l-irrekordjar tan-nefqa.
Artikolu 3
Superviżjoni tal-Awtorità Responsabbli u rieżaminazzjoni tan-nomina.
1. L-awtorità ta' nomina tissorvelja l-Awtorità Responsabbli, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament, u ssegwi kull nuqqas li jiġi identifikat.
2. L-Istat Membru jiżgura li informazzjoni li tindika li l-Awtorità Responsabbli ma tikkonformax iżjed mal-kriterji ta' nomina hija rapportata lill-awtorità ta' nomina mingħajr dewmien.
3. Meta l-Awtorità Responsabbli ma tikkonformax iktar bis-sħiħ mal-kriterji tan-nomina, jew is-sistema tagħha ta' kontroll intern huwa tant defiċitarju li jxekkel l-abbiltà tagħha li tissodisfa l-kompiti tagħha, l-awtorità ta' nomina tpoġġi lill-Awtorità ta' Responsabbiltà taħt perjodu ta' prova. F'tali każijiet, l-awtorità ta' nomina tħejji pjan rimedjali għall-Awtorità Responsabbli biex timplimenta f'perjodu proporzjonat mal-gravità tan-nuqqasijiet ta' konformità jew ta' defiċjenza. Dan il-perjodu ma jaqbiżx it-12-il xahar mill-bidu tal-perjodu ta' prova.
4. L-awtorità ta' nomina tinforma fil-pront lill-Kummissjoni dwar kull pjan rimedjali mħejji skont il-paragrafu 3 u żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tiegħu.
5. Jekk in-nomina tal-Awtorità Responsabbli tiġi mitmuma, l-awtorità ta' nomina tinnomina fil-pront Awtorità Responsabbli oħra skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament biex tiżgura li ħlasijiet lill-benefiċjarji jibqgħu mingħajr interruzzjoni.
6. Meta l-Kummissjoni ssib li Stat Membru ma kkonformax mal-obbligu tiegħu li jħejji pjan rimedjali skont il-paragrafu 3 jew li l-Awtorità Responsabbli żżomm in-nomina tagħha filwaqt li tonqos milli timplimenta l-pjan rimedjali fil-perjodu ta' żmien impost, il-Kummissjoni tindirizza kull nuqqas li jibqa' permezz tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità prevista fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
TAQSIMA II
Responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Awtorità Responsabbli
Artikolu 4
Kompiti tal-Awtorità Responsabbli
L-Awtorità Responsabbli timmaniġġja u timplimenta l-programm nazzjonali skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Hi:
(a) tikkonsulta l-imsieħba skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;
(b) tiżgura l-funzjonament korrett tal-kumitat ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;
(c) tissottometti proposta lill-Kummissjoni għall-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u kull reviżjoni sussegwenti billi tuża l-SFC2014;
(d) tiddefinixxi u tistabbilixxi r-regoli ta' eliġibilità għal proġetti u kostijiet ta' proġetti għall-attivitajiet kollha, billi tiżgura trattament ugwali u tevita kull kunflitt ta' interess, skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.
(e) torganizza u tirreklama sejħiet għal offerti u proposti, u torganizza u tirreklama s-selezzjoni sussegwenti u l-għoti ta' proġetti għal finanzjament skont il-programm nazzjonali, skont l-ambitu u l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u bil-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament;
(f) tiżgura li hemm sistemi fis-seħħ biex tiġbor id-dejta meħtieġa biex tirrapporta l-indikaturi komuni u għal dawk speċifiċi għall-programm lill-Kummissjoni, flimkien ma' dejta oħra dwar l-implimentazzjoni tal-programm u ta' proġetti;
(g) tirċievi ħlasijiet mill-Kummissjoni, u tħallas lill-benefiċjarji;
(h) tiżgura konsistenza u komplementarjetà bejn kofinanzjament skont ir-Regolamenti Speċifiċi u bejn strumenti rilevanti oħra nazzjonali u tal-Unjoni;
(i) tissorvelja l-proġetti u tiċċekkja li n-nefqa ddikjarata għal proġetti tkun saret fil-fatt u tkun konformi mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali;
(j) tiżgura li jkun hemm sistema ta' reġistrazzjoni u ħażna f'rekords ta' kontabilità ta' forma kompjuterizzata għal kull proġett skont il-programmi nazzjonali u li d-dejta dwar l-implimentazzjoni li tkun meħtieġa għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni finanzjarja tinġabar;
(k) mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali tal-kontabilità, tiżgura li l-benefiċjarji u korpi oħrajn involuti fi proġetti ta' implimentazzjoni iffinanzjati skont il-programm nazzjonali jżommu jew sistema ta' kontabilità separata jew kodiċi ta' kontabilità adegwat għat-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-proġett;
(l) tiżgura li l-evalwazzjonijiet tal-programm nazzjonali msemmija fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jiġu mwettqa fil-limiti ta' żmien rilevanti;
(m) tiżgura li l-evalwaturi indipendenti jirċievu, għall-finijiet biex iwettqu l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tifformula l-opinjoni ta' evalwazzjoni, l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-ġestjoni tal-programm nazzjonali;
(n) tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura li d-dokumenti kollha dwar l-attivitajiet tan-nefqa, tad-deċiżjonijiet u ta' kontroll jkollhom rekord adegwat għall-awditjar u jinżammu skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottati abbażi tal-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
(o) tiżgura li l-Awtorità tal-Awditjar tirċievi, għall-finijiet biex twettaq l-awditjar imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tifformula l-opinjoni tal-awditjar, l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll applikati u n-nefqa ffinanzjata skont ir-Regolamenti Speċifiċi.
(p) tħejji r-rapporti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tissottomettihom lill-Kummissjoni billi tuża l-SFC2014;
(q) tħejji t-talba għal ħlas skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u tissottomettiha lill-Kummissjoni billi tuża l-SFC2014;
(r) twettaq attivitajiet ta' informazzjoni u ta' pubbliċità u xxerred ir-riżultati tal-programm, skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;
(s) twettaq kontrolli amministrattivi u kontrolli fuq il-post skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;
(t) tikkoopera mal-Kummissjoni u mal-Awtoritajiet Responsabbli fi Stati Membri oħrajn; kif ukoll
(u) twieġeb għas-sejbiet tal-Awtorità tal-Awditjar jew billi tindirizzahom jew, meta s-sejbiet tal-Awtorità tal-Awditjar mhumiex aċċettati, billi tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata.
Artikolu 5
Awtorità Delegata
1. L-Awtorità Rsponsabbli tista' tiddelega xi ftit jew il-kompiti kollha tagħha lil awtorità delegata skont l-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Kull delegazzjoni ta' kompiti tikkonforma mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u tiżgura konformita mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u ta' viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni. Il-kompiti delegati ma jikkawżawx kunflitti ta' interess.
Fejn tkun awtorizzata mill-Awtorità Responsabbli, l-Awtorità Delegata tista' taġixxi bħala korp eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikolu 8.
2. L-ambitu tal-kompiti delegati mill-Awtorità Responsabbli għall-Awtorità Delegata u l-proċeduri dettaljati biex jiġu ssodisfati jiġu stabbiliti f'dokument iffirmat mill-Awtorità Responsabbli u mill-Awtorità Delegata. Dan l-Att ta' Delega jsemmi għall-inqas:
(a) ir-Regolament Speċifiku rilevanti;
(b) il-kompitu/i delegat(i) lill-Awtorità Delegata, inkluż fejn applikabbli, il-proġetti li għalihom l-Awtorità Delegata tista' taġixxi bħala korp eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikolu 8;
(c) l-obbligu tal-Awtorità Delegata biex tivverifika l-konformità tal-benefiċjarji mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni;
(d) l-obbligu tal-Awtorità Delegata biex tistabbilixxi u żżomm struttura ta' organizzazzjoni u sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll xierqa għall-kompiti tagħha;
(e) l-informazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn li l-Awtorità Delegata għandha tissottometti lill-Awtorità Responsabbli u l-limiti taż-żmien li għandhom jiġu osservati; kif ukoll
(f) il-mekkaniżmu tal-Awtorità Responsabbli għas-superviżjoni tal-Awtorità Delegata.
3. Skont l-Artikolu 25(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, komunikazzjoni mal-Kummissjoni ma għandhiex tiġi delegata. L-Awtorità Delegata tikkomunika mal-Kummissjoni permezz tal-Awtorità Responsabbli.
4. Jekk l-Awtorità Delegata mhix korp privat jew ta' amministrazzjoni pubblika b'missjoni ta' servizz pubbliku mmexxi mil-liġi nazzjonali, l-Awtorità Responsabbli ma tiddelegax għaliha setgħat eżekuttivi li jinvolvu miżura kbira ta' diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.
5. L-Awtorità Responsabbli tibqa' responsabbli għall-kompiti li hi tkun iddelegat. L-Awtorità Responsabbli tirrevedi regolarment il-kompiti delegati biex tikkonferma li x-xogħol imwettaq huwa sodisfaċenti u b'konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni.
6. Għal kompiti delegati, dan ir-Regolament japplika għall-Awtorità Delegata b'analoġija.
Artikolu 6
Kompiti ta' esternalizzazzjoni
L-Awtorità Responsabbli tista' testernalizza ftit mill-kompiti tagħha. Madankollu, hi tibqa' responsabbli għalihom.
L-Awtorità Responsabbli tirrevedi regolarment il-kompiti esternalizzati biex tikkonferma li x-xogħol imwettaq huwa sodisfaċenti u b'konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni.
TAQSIMA III
Obbligi tal-Awtorità Responsabbli fir-rigward ta' intervent pubbliku
Artikolu 7
Ir-rwol tal-Awtorità Responsabbli bħala korp tal-għoti
1. Bħala regola ġenerali, l-Awtorità Responsabbli tagħti għotjiet għal proġetti skont il-programm nazzjonali abbażi ta' sejħiet għal proposti.
2. L-Awtorità Responsabbli tista' tagħti għotjiet għal proġetti abbażi ta' sejħa ristretta għall-proposti.
Sejħiet ristretti għal proposti huma miftuħin biss għal organizzazzjonijiet magħżula minħabba n-natura speċifika tal-proġett jew il-kompetenza amministrattiva jew teknika tal-korpi mistiedna biex jissottomettu l-proposti.
Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu ta' sejħa ristretta għal proposti tiġi stabbilita fis-sejħa għall-proposti.
3. L-Awtorità Responsabbli tista' tagħti għotjiet direttament meta n-natura speċifika tal-proġett jew il-kompetenza amministrattiva jew teknika tal-korpi rilevanti ma tħalli ebda għażla oħra, bħal fil-każ ta' monopolji de jure jew de facto.
Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu ta' għotja diretta tiġi stabbilita fis-sejħa għall-proposti.
4. F'każijiet motivati b'mod xieraq, inkluża l-kontinwazzjoni ta' proġetti pluriennali li ġew magħżula wara sejħa għall-proposti preċedenti jew f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti.
Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw li l-għotja ingħatat mingħajr sejħa għal proposti tiġi stabbilita fid-deċiżjoni tal-għoti.
5. Meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp tal-għoti, la l-Awtorità Responsabbli u l-ebda Awtorità Delegata ma tista' tkun benefiċjarju ta' għotja mogħtija skont dan l-Artikolu.
6. L-Awtorità Responsabbli tiddetermina min jagħti għotjiet u tiżgura li kunflitti ta' interess jiġu evitati, b'mod partikolari meta l-applikanti huma korpi nazzjonali.
Artikolu 8
Il-kundizzjonijiet li fihom l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp eżekuttiv
1. L-Awtorità Responsabbli tista' tiddeċiedi li timplimenta proġetti direttament, jew waħedha jew f'assoċjazzjoni ma' kull awtorità nazzjonali oħra, minħabba setgħat amministrattivi, kompetenza teknika, jew għax il-karatteristiċi tal-proġett ma jħallu ebda għażla oħra għall-implimentazzjoni, bħal monopolju de jure jew rekwiżiti ta' sigurtà. F'tali każijiet, l-Awtorità Responsabbli tkun il-benefiċjarju tal-għotja.
2. Ir-raġunijiet tal-Awtorità Responsabbli biex taġixxi bħala korp eżekuttiv u tagħżel kull awtorità nazzjonali assoċjata kif deskritt fil-paragrafu 1 jiġu rappurtati lill-Kummissjoni fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
3. Meta timplimenta proġetti bħala korp eżekuttiv, l-Awtorità Responsabbli tosserva l-prinċipju tal-valur tal-flus u tipprevjeni kunflitti ta' interess.
4. Id-deċiżjoni amministrattiva għall-kofinanzjament ta' proġett skont il-programm nazzjonali tinkludi kull informazzjni meħtieġa biex tissorvelja l-implimentazzjoni ta' prodotti u servizzi kofinanzjati u biex tiċċekkja n-nefqa li tkun saret.
5. Jekk l-Awtorità Responsabbli aktarx li taġixxi bħala korp eżekuttiv fuq bażi regolari:
(a) l-Awtorità Responsabbli u l-Awtorità tal-Awditjar mhux se tkun parti mill-istess korp, sakemm l-Awtorità tal-Awditjar tirrapporta lil korp barrani u l-indipendenza tagħha tal-awditjar hija garantita; kif ukoll
(b) il-kompiti tal-Awtorità Responsabbli kif stabbilita fl-Artikolu 4 ma tiġix affettwata.
Artikolu 9
Proċedura ta' selezzjoni u tal-għoti
1. Is-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 7(1) jiġu reklamati b'tali mod li jiżgura kompetizzjoni u pubbliċita xierqa fost benefiċjarji potenzjali. Kull bidla sostanzjali għas-sejħiet tiġi reklamata bl-istess mod.
Is-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2) jispeċifikaw għall-inqas li ġej:
(a) objettivi;
(b) Kriterji ta' selezzjoni u tal-għoti;
(c) arranġamenti għall-Unjoni u, jekk applikabbli, finanzjament nazzjonali, inkluż, fejn applikabbli, il-possibbiltà biex tiġi applikata rata ogħla ta' kofinanzjament skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;
(d) l-arranġamenti u d-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti;
(e) ir-regoli ta' eliġibbiltà għan-nefqa;
(f) it-tul ta' żmien tal-proġett; kif ukoll
(g) informazzjoni finanzjarja u oħra li għandha tinżamm u tiġi rappurtata.
2. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-għoti, l-Awtorità Responsabbli tissodisfa lilha nfisha li l-benefiċjarji fil-proġett għandhom il-kapaċità li jilħqu l-kriterji ta' selezzjoni u tal-għoti.
3. L-Awtorità Responsabbli tiddefinixxi l-proċeduri għall-wasla tal-proposti. Hi tissoġġetta proposti għal analiżi formali, teknika u baġitarja u valutazzjoni kwalitattiva li tapplika l-kriterji stabbiliti fis-sejħa għal proposti b'mod trasparenti u nondiskriminatorju. L-Awtorità Responsabbli tirrikordja bil-kitba r-raġunijiet għar-rifjut tal-proposti l-oħrajn.
4. Id-deċiżjoni tal-għoti tindika mill-inqas l-isem tal-benefiċjarji, id-dettalji essenzjali tal-proġett u l-objettivi operattivi tagħha, l-ammont massimu ta' kontribut tal-Unjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament tal-kostijiet totali eliġibbli.
5. L-Awtorità Responsabbli tinforma bil-miktub lill-applikanti kollha bid-deċiżjoni tagħha. Tagħti lil kandidati li ma jirnexxux ir-raġunijiet għar-rifjut tagħhom b'referenza għall-kriterji ta' selezzjoni u tal-għoti.
Artikolu 10
Dokumenti li jifformalizzaw l-għoti meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp tal-għoti
1. F'każijiet meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala korp tal-għoti, tistabbilixxi proċeduri ta' ġestjoni ta' proġetti li jeħtieġu, għall-inqas li:
(a) jiġu ffirmati ftehimiet ta' għotja mal-benefiċjarji u
(b) jiġu sorveljati l-ftehimiet ta' għotja, inkluża kull emenda tagħhom, permezz ta' mezzi amministrattivi bħal pereżempju skambji ta' korrispondenza jew ta' rapporti bil-miktub.
2. Il-ftehim tal-għotja jinkludi jew jindika dan li ġej:
(a) ammont massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni;
(b) perċentwal massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni skont ir-Regolament Speċifiku rilevanti;
(c) deskrizzjoni u skeda dettaljata tal-proġett;
(d) jekk applikabbli, kull kompitu maġġuri li l-benefiċjarju beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi; flimkien mal-kostijiet relatati;
(e) il-pjan miftiehem tal-baġit bikri u ta' finanzjament għall-proġett, inkluż in-nefqa u d-dħul skont ir-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti;
(f) metodu għall-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni mat-tmiem tal-proġett;
(g) skeda u dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-ftehim, inklużi dispożizzjonijiet dwar obbligi ta' rapportar, emendi għall-ftehim u t-tmiem tal-ftehim;
(h) objettivi operattivi tal-proġett, inklużi objettivi kkwantifikati u l-indikaturi li għandhom jiġu rrapportati;
(i) dispożizzjoni li teħtieġ li l-benefiċjarju jiġbor, fil-mument opportun, id-dejta rekwiżita għall-indikaturi komuni stabbiliti fir-Regolament Speċifiku, u kull indikaturi speċifiċi għall-programmi, u li din id-dejta tiġi rrapportata tal-inqas darba fis-sena;
(j) definizzjoni tal-kostijiet eliġibbli, inkluż, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodoloġija biex ikunu determinati l-ispejjeż tal-iskala ta' unità, u l-finanzjament tas-somom f'daqqa (lump sums) u tar-rati fissi;
(k) ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet taż-żamma tal-kotba relatati mal-ħlasijiet tal-għotja;
(l) kundizzjonijiet relatati mar-rendikont tal-awditjar;
(m) dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta u
(n) dispożizzjonijiet relatati mal-pubbliċità.
3. Bħala regola ġenerali, il-ftehim ta' għotja jiġi ffirmat qabel tibda kull attivita ta' proġett imposta lill-programm nazzjonali.
4. Il-ftehim ta' għotja jikkjarifika b'mod espliċitu li l-Kummissjoni, jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw setgħat ta' awditjar fuq il-benefiċjarji kollha ta' għotjiet, kuntratturi u sottokuntratturi li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont il-programm nazzjonali, u se jibqgħu jagħmlu hekk abbażi ta' dokumentazzjoni u kontrolli fuq il-post.
Artikolu 11
Dokumenti li jifformalizzaw l-għotjiet meta l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala entità eżekuttiva
1. F'każijiet fejn l-Awtorità Responsabbli taġixxi bħala entità eżekuttiva, tistabbilixxi proċeduri ta' ġestjoni tal-proġett li jeħtieġu tal-inqas li:
(a) tiġi fformalizzata deċiżjoni amministrattiva li tikkofinanzja proġetti u
(b) jiġu sorveljati d-deċiżjoni amministrattiva u kull emendi tagħhom permezz ta' mezzi amministrattivi bħal pereżempju skambji ta' korrispondenza jew ta' rapporti bil-miktub.
2. Id-deċiżjoni amministrattiva tinkludi jew tindika dan li ġej:
(a) ammont massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni;
(b) perċentwal massimu ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni skont ir-Regolament Speċifiku rilevanti;
(c) deskrizzjoni u skeda ta' żmien dettaljata tal-proġett;
(d) jekk applikabbli, kull kompitu maġġuri li l-benefiċjarju beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi, flimkien mal-kostijiet relatati;
(e) il-pjan miftiehem tal-baġit bikri u ta' finanzjament għall-proġett, inkluż in-nefqa u d-dħul skont ir-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti;
(f) metodu għall-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni mat-tmiem tal-proġett;
(g) objettivi operattivi tal-proġett, inklużi objettivi kkwantifikati u l-indikaturi li għandhom jintużaw;
(h) dispożizzjoni li teħtieġ li l-Awtorità Responsabbli tiġbor, u tirrapporta tal-inqas darba fis-sena, id-dejta rekwiżita għall-indikaturi komuni stabbiliti fir-Regolament Speċifiku, u kull indikaturi speċifiċi għall-programm, u li din id-dejta tiġi rrappurtata tal-inqas darba fis-sena;
(i) definizzjoni tal-kostijiet eliġibbli, inkluż, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodoloġija biex ikunu determinati l-ispejjeż tal-iskala ta' unità, u s-somom f'daqqa (lump sums) u l-finanzjament tar-rati fissi;
(j) ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet taż-żamma tal-kotba relatati mal-pagament tal-għotja;
(k) kundizzjonijiet relatati mar-rendikont tal-awditjar;
(l) dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta u
(m) dispożizzjonijiet relatati mal-pubbliċità.
3. Bħala regola ġenerali, id-deċiżjoni amministrattiva tittieħed qabel tibda kull attivita ta' proġett imposta lill-programm nazzjonali.
4. Id-deċiżjoni amministrattiva tikkjarifika b'mod espliċitu li l-Kummissjoni, jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw setgħat ta' awditjar fuq il-benefiċjarji kollha ta' għotjiet, kuntratturi u sottokuntratturi li jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont il-programm nazzjonali, u se jibqgħu jagħmlu hekk abbażi ta' dokumentazzjoni u kontrolli fuq il-post.
KAPITOLU III
L-ISTATUS TAL-AWTORITÀ TAL-AWDITJAR U L-OBBLIĠI FIR-RIGWARD TA' AWDITJAR
Artikolu 12
L-istatus tal-Awtorità tal-Awditjar
1. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, l-Awtorità tal-Awditjar tiffunzjona b'mod indipendenti mill-Awtorità Responsabbli. Indipendenza funzjonali tiġi kkunsidrata li teżisti meta ma jkun hemm l-ebda relazzjoni ġerarkika diretta bejn l-Awtorità tal-Awditjar u l-Awtorità Responsabbli, u l-Awtorità tal-Awditjar jkollha awtonomija sħiħa fl-opinjonijiet u fid-dikjarazzjonijiet tagħha.
2. Ix-xogħol kollu tal-awditjar jitwettaq skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.
Artikolu 13
Esternalizzazzjoni ta' xogħol tal-awditjar
L-Awtorità tal-Awditjar tista' testernalizza parti mix-xogħol tal-awditjar tagħha lil-korp ieħor tal-awditjar, sakemm dan il-korp huwa funzjonalment indipendenti mill-Awtorità Responsabbli. L-Awtorità tal-Awditjar tibqa' responsabbli għax-xogħol li hi testernalizza.
Awditjar esternalizzat jitwettaq skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment u skont monitoraġġ u superviżjoni mill-qrib tal-Awtorità tal-Awditjar.
Artikolu 14
Awditjar
1. Biex tingħata l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), l-Awtorità tal-Awditjar għandha twettaq awditi tas-sistema, awditjar tan-nefqa u awditjar tal-kontijiet.
2. L-awditi tas-sistema għandhom jivverfikaw jekk is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Awtorità Responsabbli ħadmitx effettivament b'tali mod li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li d-dejta finanzjarja inkluża fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali ppreżentata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 hija legali u regolari.
Fuq il-bażi ta' dawn l-awditi tas-sistema, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti prinċipali stabbiliti fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 ( 3 ) u jekk l-Awtorità Responsabbli tkomplix tirrispetta l-kriterji tan-nomina stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
3. L-awditjar tan-nefqa għandu jitwettaq fir-rigward ta' kull sena finanzjarja fuq kampjun xieraq magħżul minn dejta finanzjarja kkunsidrata eliġibbli mill-Awtorità Responsabbli (“abbozz ta' kontijiet”) wara tlestija tal-kontrolli kollha tagħha msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/840 ( 4 ).
Id-dejta finanzjarja għandha tinkludi kull tip ta' pagament li sar mill-Awtorità Responsabbli matul is-sena finanzjarja kif definit fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, inklużi pagamenti minn qabel, pagamenti interim, pagamenti finali u pagamenti marbutin mal-għajnuna teknika u appoġġ operattiv. Id-dejta finanzjarja għandha tinkludi wkoll, għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-għadd ta' persuni rilokati, risistemati, trasferiti jew ammessi legalment.
L-awditjar tan-nefqa għandu:
— jitwettaq fuq il-bażi ta' dokumenti ta' sostenn li jikkostitwixxu r-rendikont tal-awditjar u għandu jivverifika l-legalità u r-regolarità tad-dejta finanzjarja fl-abbozz tal-kontijiet;
— fejn applikabbli, jinkludi verifika fuq il-post tan-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji, inkluż mutatis mutandis għal pagamenti li saru fl-ambitu tal-assistenza teknika u tal-appoġġ operattiv.
— fejn applikabbli, jinkludi verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti għal persuni li ġew rilokati f'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, risistemati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, trasferiti f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 u legalment ammessi f'konformità mad-Deċiżjonijeit tal-Kunsill (UE) 2015/1601, li għalihom hi mitluba somma f'daqqa.
— jivverfika l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-pagamenti lill-benefiċjarji u li ġew irreġistrati mill-Awtorità Responsabbli fis-sistema ta' kontabilità tagħha u r-rikonċiljazzjoni tar-rendikont tal-awditjar fil-livelli kollha tiegħu.
Meta l-Awtorità tal-Awditjar tidentifika rata ta' żball fl-abbozz tal-kontijiet li tkun materjali jew il-problemi skoperti jidher li huma ta' natura sistemika u għalhekk jinvolvu riskju għal pagamenti oħra ffinanzjati mill-programm nazzjonali, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tiżgura eżami ulterjuri, inkluż, fejn hu meħtieġ, verifiki addizzjonali biex jistabbilixxu l-iskala tal-problemi. Il-livell massimu ta' materjalità għandu jkun ta' 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dejta finanzjarja fl-“abbozz tal-kontijiet”.
L-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrakkomanda l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa lill-Awtorità Responsabbli, inkluż fejn applikabbli, rata fissa ta' korrrezzjonijiet finanzjarji f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378. L-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrapporta r-riżultati tal-awditjar tan-nefqa u r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri korrettivi assoċjati fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 14(8).
4. L-Awtorità tal-Awditjar għandha tistabbilixxi l-metodu għall-għażla tal-kampjun xieraq (“il-metodu tat-teħid ta' kampjuni”) f'konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni għandu jippermetti lill-Awtorità tal-Awditjar tagħmel stima tar-rata ta' żball totali fl-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja.
L-Awtorità tal-Awditjar għandha tiddokumenta, fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 14(8), il-ġudizzju professjonali li użat biex tistabbilixxi l-metodu statistiku jew mhux statistiku tat-teħid ta' kampjuni u l-parametri tat-teħid ta' kampjuni applikabbli. L-Awtorità tal-Awditjar għandha żżomm rekords tal-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni applikata fl-istadji tal-ippjanar, l-għażla, l-ittestjar u l-evalwazzjoni, sabiex turi li l-metodu ta' teħid ta' kampjuni magħżul huwa xieraq.
Meta ma jistgħux jintużaw metodi tat-teħid ta' kampjuni, jista' jintuża metodu tat-teħid ta' kampjuni mhux statistiku fuq il-ġudizzju professjonali tal-Awtorità tal-Awditjar. Kwalunkwe metodu tat-teħid ta' kampjuni mhux statistiku għandu jipprevedi għażla aleatorja tal-entrati fil-kampun u jkopri tal-anqas 10 % tal-valur tad-dejta finanzjarja inkluża fl-“abbozz tal-kontijiet”.
Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni magħżul u d-daqs tal-kampjun għandhom jippermettu lill-Awtorità tal-Awditjar tislet konklużjonijiet dwar il-popolazzjoni totali li minnu ttieħed il-kampjun.
Għal dan il-għan u jekk applikabbli, l-Awtorità tal-Awditjar tista' tqassam id-dejta finanzjarja fi gruppi billi tiddeviedi fi strati, fejn kull strata tkun grupp ta' unitajiet tat-teħid ta' kampjuni li jkollhom karatteristiċi simili.
Meta l-kampjun tal-awditjar ikun jinkludi pagamenti interim u/jew pagamenti finali li jikklerjaw pagamenti iddikjarati fil-kontijiet ta' snin finanzjarji preċedenti, dawn il-pagamenti bil-quddiem għandhom jaqgħu fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa.
Madankollu, għar-rapportar fit-Tabella 10.2 “Riżultati tal-awditjar tan-nefqa” fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 14.8, ir-rati ta' żball u l-kopertura tal-awditjar għandhom jiġi kkalkulati biss fuq il-bażi tal-kampjun tal-awditjar meħud mid-dejta finanzjarja fl-“abbozz ta' kontijiet” tas-sena finanzjarja kurrenti.
5. L-awditjar fuq il-kontijiet għandu jitwettaq biex jipprovdi aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali jagħtu stampa reali u ġusta tad-dejta finanzjarja li ġiet irraportata fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali (“il-kontijiet finali”) imressqa mill-Awtorità Responsabbli lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
Sabiex tikkonkludi jekk il-kontijiet finali jagħtux stampa reali u ekwa, l-Awtorità tal-Awditjar tivverifika li d-dejta finanzjarja kollha mħallsa u l-kontribuzzjonijiet pubbliċi riċevuti u mdaħħla fil-kontijiet li tħejjew mill-Awtorità Responsabbli għas-sena finanzjarja huma rreġistrati korrettament fis-sistema tal-kontabilità u jikkorrispondu għar-rekords tal-kontabilità ta' sostenn miżmuma mill-Awtorità Responsabbli. L-Awtorità tal-Awditjar għandha b'mod partikolari, abbażi ta' dawn il-kontijiet:
(a) tivverifika li l-ammont totali ta' dejta finanzjarja rapportata fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali jaqbel mas-sistema kontabilistika tal-Awtorità Reponsabbli u, jekk hemm differenti, li spjegazzjonijiet adegwati jkunu ġew dokumentati għall-ammonti tar-rikonċiljazzjoni;
(b) tivverifika li l-ammonti miġbuda u rkuprati, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, u l-ammonti irrekuperabbli sa tmiem is-sena finanzjarja, jikkorrispondu għall-ammonti imdaħħla fis-sistema tal-kontabilità tal-Awtorità Responsabbli u huma appoġġati minn deċiżjonijiet dokumentati tal-Awtorità Responsabbli;
(c) taċċerta li l-Awtorità Responsabbli tkun wettqet il-kontrolli amministrattivi u finanzjarji u operattivi fuq il-post skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/840.
Il-verifiki msemmija fil-punti (a), (b) u (c) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjun.
Fuq il-bażi tar-rata ta' żball totali determinata mill-awditjar tan-nefqa u mir-riżultati tal-awditjar tal-kontijiet, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tikkalkola r-rata ta' żbalji residwi biex tingħata l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kalkolu tar-rata ta' żbalji residwi għandu jiġi dokumentat fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fil-paragrafu 8.
6. Jekk is-sejbiet tal-awditjar tal-Awtorità tal-Awditjar, malli jitlesta x-xogħol tal-awditjar, ikunu jissuġġerixxu dgħufijiet materjali fit-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Awtorità Responsabbli, l-Awtorità tal-Awditjar għandha:
(a) tivvaluta l-impatt finanzjarju ta' dawn id-dgħufijiet f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378;
(b) tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Awtorità Responsabbli għal miżuri korrettivi u preventivi;
(c) tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Awtorità Responsabbli tal-miżuri msemmija fil-punt (b) aktar 'il fuq u tivvaluta jekk hux fis-seħħ pjan ta' azzjoni biex jerġa' jkun hemm funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll.
7. Skont l-Artikolu 3(2), l-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Awtorità ta' Nomina, inkluż jekk, fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità Responsabbli tkomplix tikkonforma mal-kriterji ta' nomina.
8. L-Awtorità tal-Awditjar għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha relatata mal-attività ta' awditjar tagħha msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 7 tiġi rapportata b'mod xieraq lill-Kummissjoni Ewropea. Għal dan il-għan, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tfassal rapport annwali ta' kontroll li jistabbilixxi s-sejbiet prinċipali tax-xogħol tal-awditjar tagħha. Ir-rapport annwali ta' kontroll għandu jitfassal f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament u għandu jintbagħat lill-Kummissjoni permezz ta' sistema ta' skambju ta' dejta elettronika msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014. Ir-rapport annwali ta' kontroll għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem tax-xogħol wara li l-Awtorità Responsabbli tippreżenta t-talba għal pagament tal-bilanċ annwali lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONI FINALI
Artikolu 15
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
ANNESS
Il-kriterji ta' Nomina għall-Awtorità Responsabbli
1. L-ambjent Intern
(A) L-istruttura organizzazzjonali
(1) L-istruttura organizzazzjonali li tippermetti lill-Awtorità Responsabbli biex tesegwixxi l-kompiti tagħha stabbiliti fl-Artikolu 4.
(2) L-istruttura organizzazzjonali, definita fit-tabella tal-organizzazzjoni, li turi tqassim ċar tar-rwoli u r-responsabbiltajiet.
(B) L-istandard tar-riżorsi umani
(1) Ir-riżorsi umani xierqa biex jitwettqu l-kompiti deskritti fl-Artikolu 4.
(2) Is-segregazzjoni tad-dmirijiet hekk li l-ebda membru tal-persunal ma jkollu responsabbiltà għal aktar minn waħda fost awtorizzazzjoni, pagamenti jew kontabbilità tas-somom imposti lill-programm nazzjonali, u l-ebda membru tal-persunal ma jwettaq wieħed minn dawk il-kompiti mingħajr ma jkun sorveljat minn membru ieħor tal-persunal.
(3) Id-definizzjoni bil-miktub tar-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-persunal, inklużi l-limiti fuq l-awtorità finanzjarja tiegħu jew tagħha.
(4) Taħriġ xieraq għall-persunal.
(5) Il-proċeduri biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi, inkluż fejn membru tal-persunal li jokkupa pożizzjoni ta' responsabbiltà jew pożizzjoni sensittiva fir-rigward tal-verifika, l-awtorizzazzjoni, l-pagamenti u tal-għoti ta' rendikont tat-talbiet iwettaq ukoll funzjonijiet oħrajn barra mill-Awtorità Responsabbli.
2. L-Attivitajiet ta' Kontroll
(A) L-Għażla ta' proġetti
(1) Il-proċeduri dwar l-għażla u l-għoti ta' għotjiet skont l-Artikolu 9.
(2) Il-proċeduri rigward il-kontenut u l-iffirmar ta' ftehimiet tal-għotja u deċiżjonijiet amministrattivi skont l-Artikoli 10 u 11.
(B) Il-proċeduri għal kontrolli amministrattivi u fuq il-post
(1) Il-proċeduri għall-infurmar tal-maniġment tal-Awtorità Responsabbli f'livell xieraq, fuq bażi regolari u f'waqtha bir-riżultati tal-kontrolli mwettqa, sabiex tippermetti rieżami tal-istrateġija ta' kontroll u l-proċeduri ta' kontroll intern meta jiġu identifikati nuqqasijiet sistemiċi jew kif meħtieġ.
(2) Id-deskrizzjoni tal-metodu tat-teħid ta' kampjuni użat meta l-kontrolli fuq il-post jew amministrattivi ma jkunux eżawrenti iżda jiġu mwettqa fuq bażi ta' kampjun, u proċedura biex tirrapporta d-diskrepanzi u l-irregolaritajiet.
(3) Fejn dokumenti (fuq karta jew f'forma elettronika) relatati mal-kontrolli mwettqa fuq pretensjonijiet finanzjarji huma miżmuma minn korpi oħra, il-proċeduri stabbiliti minn dawn il-korpi u l-Awtorità Responsabbli biex tiżgura li l-Awtorità Responsabbli għandha aċċess għal dawn id-dokumenti.
(C) Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta' pagamenti ta' talbiet finanzjarji sottomessi minn benefiċjarju
(1) Il-proċeduri li jiżguraw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' għotja, deċiżjonijiet amministrattivi u kuntratti skont it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali.
(2) Il-proċeduri sabiex tirċievi, tirreġistra u tipproċessa t-talbiet finanzjarji sottomessi minn benefiċjarju, li jiddefinixxu b'mod partikolari d-deskrizzjoni tad-dokumenti li għandhom jintużaw u l-proċedura ta' rieżami tax-xogħol imwettaq.
(3) Lista ta' kontroll tal-verifiki meħtieġa minn kull membru tal-persunal responsabbli għall-awtorizzazzjoni, inkluż rieżami tax-xogħol imwettaq.
(4) Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' pagament, inkluża l-verifika tal-konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni u inklużi l-kontrolli meħtieġa mill-Artikoli 5(2) u 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 sabiex jipprevjenu u jidentifikaw il-frodi u l-irregolarità b'rigward partikolari għar-riskji ffaċċjati.
(D) Il-proċeduri għall-pagament
(1) Il-proċeduri sabiex ikun żgurat li l-pagamenti jsiru biss f'kontijiet bankarji li jappartjenu għall-benefiċjarju u li l-ebda pagamenti ma jsiru fi flus.
(2) Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti kollha li għalihom ma jsirux trasferimenti jkunu kkreditati mill-ġdid fil-baġit tal-programm nazzjonali.
(E) Il-proċeduri għall-kontabbiltà
Il-proċeduri tal-kontabbiltà sabiex jiġi assigurat li kontijiet annwali jkunu sħaħ, preċiżi u f'waqthom, u li kwalunkwe żball jew ommissjoni jiġi identifikat u kkorreġut, b'mod partikolari permezz ta' kontrolli u rikonċiljazzjonijiet perjodiċi.
(F) Il-proċeduri għall-pagament bil-quddiem
(1) Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji huma identifikati b'mod separat fir-rekords tal-kontabbiltà.
(2) Il-proċeduri sabiex ikun żgurat li l-pagamenti bil-quddiem jiġu approvati fil-limiti ta' żmien stipulati u dawk li misshom diġà ġew approvati għandhom jiġu identifikati.
(G) Il-proċeduri għad-djun
(1) Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-kriterji previsti fil-punti (A) sa (D) japplikaw, mutatis mutandis, għal ammonti li l-Awtorità Responsabbli tkun meħtieġa li tirkupra f'konformità mal-Artikolu 21(h) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
(2) Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat segwitu xieraq fuq ordnijiet ta' rkupru maħruġa u, jekk ikun applikabbli, dwar l-interessi moratorji.
(3) Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li jekk l-irkupru ma jistax isir, il-kawża hija identifikata, sabiex tevalwa jekk l-Istat Membru għandux jagħmel rimborż fil-baġit tal-Unjoni.
(4) Is-sistema għar-rikonoxximent tal-ammonti kollha dovuti u għar-reġistrar tad-djun kollha bħal dawn qabel jiġu riċevuti fil-ktieb tad-debituri.
(5) Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li dan il-ktieb tad-debituri hu vverifikat f'intervalli regolari sabiex tiġi żgurata l-affidabilità u l-kompletezza tiegħu.
(H) Il-proċeduri għall-identifikazzjoni ta' irregolaritajiet u kontra l-frodi
(1) Definizzjonijiet ta' irregolaritajiet f'konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni.
(2) Mekkaniżmi sabiex jiżguraw li l-irregolaritajiet jistgħu jiġu identifikati fil-ħin u li jistgħu jittieħdu miżuri korrettivi immedjati.
(3) Il-proċeduri sabiex jiġu stabbiliti miżuri proporzjonati kontra l-frodi.
(4) Il-proċeduri sabiex jiżguraw li l-Kummissjoni tinżamm infurmata bl-irregolaritajiet li jinstabu, u jekk ikun xieraq, bi kwalunkwe miżuri korrettivi li jittieħdu fil-kontijiet annwali.
(I) Ir-rekord tal-awditjar
Il-proċedura sabiex jiġi żgurat rekord tal-awditjar adegwat skont ir-Regolament ta' implimentazzjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, billi tiġi provvista evidenza dokumentarja, li tinżamm fil-bini tal-Awtorità Responsabbli, li tirrigwarda l-għażla ta' proġetti, l-awtorizzazzjoni, il-kontabbiltà u l-pagament ta' talbiet finanzjarji sottomessi minn benefiċjarju u l-immaniġġjar tal-pagamenti bil-quddiem u tad-djun.
3. L-Informazzjoni u Komunikazzjoni Interna
(A) Il-Komunikazzjoni
(1) Il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li:
(a) il-bidliet kollha fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni huma rreġistrati;
(b) l-istruzzjonijiet, il-bażijiet tad-dejta u l-listi ta' kontroll jiġu aġġornati biex jirriflettu dawn id-drittijiet b'mod f'waqtu; kif ukoll
(c) il-partijiet kollha interessati, bħall-Awtorità Delegata, jiġu infurmati dwar dawn il-bidliet fil-ħin.
(2) Proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji kollha jkollhom l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom u jimplimentaw l-operazzjonijiet.
(3) Il-proċeduri sabiex jiżguraw informazzjoni adegwata ex post dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla hi mogħtija lill-applikanti.
(B) Is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni
(1) Is-sigurtà tas-sistema(i) tal-informazzjoni użata(i) hijiex konformi mal-istandards aċċettati internazzjonalment l-aktar riċenti.
(2) Il-proċeduri li jiżguraw li l-miżuri finanzjarji u teknoloġiċi huma fi proporzjon mar-riskji.
4. Il-Monitoraġġ u r-rapportar intern
(A) Id-Dokumenti interni u rapporti
(1) Il-proċeduri ddokumentati u listi ta' kontroll korrispondenti li għandhom jitwettqu sabiex:
(a) jappoġġaw il-ħidma tal-kumitat tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tipprovdih bl-informazzjoni li jeħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, b'mod partikolari dejta relatata mal-progress tal-programm operazzjonali fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu, dejta finanzjarja u dejta relatata ma' indikaturi u għanijiet;
(b) tfassil ta' rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali, u sabiex jissottomettu dawn lill-Kummissjoni;
(c) tħejjija tad-dokumenti li jikkostitwixxu t-talba għall-pagamenti tal-bilanċ annwali msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014
(d) żgurar li l-maniġment superjuri jkun ipprovdut bir-rapporti u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex b'mod effettiv jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi li huwa responsabbli għalih; kif ukoll
(e) żgurar li l-maniġment superjuri jirċievi r-rapporti minn valutazzjonijiet indipendenti jew verifiki dwar il-funzjonament tas-sistemi tagħhom.
(2) Il-proċeduri dokumentati għar-rappurtar u l-monitoraġġ, jekk l-Awtorità Responsabbli tkun fdata bit-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor.
(B) Il-monitoraġġ ta' kompiti oħrajn mhux imwettqa mill-awtoritajiet infushom
(1) Fejn il-korpi jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Responsabbli, bl-esklużjoni tal-awtoritajiet delegati, il-proċeduri sabiex jiżguraw li hemm fis-seħħ mekkaniżmi ta' sorveljanza sabiex jiżguraw ġestjoni finanzjarja soda.
(2) Meta l-attivitajiet ta' kontroll huma esternalizzati, il-proċeduri sabiex jiżguraw li hemm fis-seħħ mekkaniżmi ta' sorveljanza sabiex jiżguraw metodoloġija ta' kontroll komuni u l-konsistenza tal-ħidma.
(3) Fejn l-Awtorità Responsabbli tiddelega l-attivitajiet, il-proċeduri sabiex jiżguraw li jitħares l-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament.
ANNESS II
Mudell għar-rapport annwali ta' kontroll
Rapport annwali ta' kontroll (FOND)
(1) INTRODUZZJONI
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
1.1. Identifikazzjoni tal-Awtorità tal-Awditjar responsabbli u ta' korpi oħrajn li kienu involuti fit-tħejjija tar-rapport.
1.2. Il-perjodu ta' referenza (jiġifieri s-sena finanzjarja ( 5 )).
(2) KONFORMITÀ MAL-KRITERJI TA' NOMINA U BIDLIET IMPORTANTI FIS-SISTEMA/(I) TAL-ĠESTJONI U TAL-KONTROLL (jekk applikabbli)
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
2.1. Dettalji ta' kwalunkwe tibdil sinifikanti fis-sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll relatat mar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti (inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe delega ta' funzjonijiet), id-data effettiva ta' dan it-tibdil, kif ukoll l-impatt ta' dan it-tibdil fuq ix-xogħol tal-awditjar.
2.2. Fuq il-bażi tax-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-Awtorità tal-Awditjar, konferma dwar jekk il-ġestjoni tas-sistema tal-kontroll għadhiex konformi mal-kriterji ta' nomina definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014.
2.3. Informazzjoni dwar ir-rapportar lill-Awtorità ta' Nomina dwar il-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji ta' nomina stabbiliti fl-Artikolu 2.2. u fl-Anness I tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014.
(3) TIBDIL FL-ISTRATEĠIJA TAL-AWDITJAR
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
3.1. Id-dettalji tal-bidliet li saru fl-istrateġija tal-awditjar u spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dawk il-bidliet, b'mod partikolari d-dettalji ta' kull modifika fil-metodu ta' teħid ta' kampjuni użat għal awditjar tan-nefqa (ara t-taqsima 5 aktar 'l isfel).
(4) AWDITI TAS-SISTEMA
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
4.1. Dettalji tal-korpi li wettqu l-awditi tas-sistema biex jivverifikaw jekk is-sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-fond ħadmux effettivament (kif previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014).
4.2. Fir-rigward tat-Tabella 10.1 “Riżultati tal-awditi tas-sistema” annessa mar-rapport annwali ta' kontroll, deskrizzjoni tas-sejbiet u l-konklużjonijiet ewlenin meħudin minn awditi tas-sistema dwar ir-rekwiżiti ewlenin.
4.3. Indikazzjoni dwar jekk kwalunkwe problema identifikata ġietx ikkunsidrata li hija ta' natura sistemika, kwantifikazzjoni ta' dejta finanzjarja irregolari u miżuri korrettivi applikabbli biex jindirizzaw żbalji sistemiċi bħal dawn, inkluż kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata magħmula f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/378.
4.4. Informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar minn awditi tas-sistema mwettqa fis-snin preċedenti.
(5) AWDITJAR TAN-NEFQA
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
5.1. Dettalji tal-korpi li wettqu l-awditjar tan-nefqa (kif previst fl-Artikoli 14.3 u 14.4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014).
5.2. Deskrizzjoni tal-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni applikata, li tispeċifika l-parametri tat-teħid ta' kampjuni ( 6 ) użati, il-kalkoli sottostanti u l-ġudizzju professjonali applikat għall-għażla tal-kampjun ( 7 ), il-kalkolu tar-rata ta' żball totali (inkluż l-istratifikazzjoni, fejn applikabbli) u informazzjoni dwar jekk il-metodoloġija hijiex konformi mal-istrateġija tal-awditjar. Jekk tiġi applikata l-istratifikazzjoni, hemm bżonn li jiġu deskritti l-parametri tal-istrati.
5.3. Analiżi tar-riżultati prinċipali tal-awditjar tan-nefqa, li jiddeskrivu l-għadd ta' entrati tal-kampjun li ġew awditjati, l-ammonti rispettivi u t-tip ta' dejta finanzjarja awditjata, in-natura ( 8 ) u t-tip ( 9 ) ta' żbalji identifikati u l-miżuri korrettivi applikabbli proposti mill-Awtorità tal-Awditjar (inklużi miżuri biex jiġu evitati żbalji simili fil-futur, korrezzjonijiet finanzjarji għall-irregolaritajiet individwali identifikati, kif ukoll kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja b'rata fissa jew estrapolata applikabbli ( 10 )). Jekk tiġi applikata l-istratifikazzjoni, għandha tiġi pprovduta informazzjoni ulterjuri skont l-istrat f'din it-taqsima u miġbura fil-qosor fit-Tabella 10.2 “Riżultati tal-awditjar tan-nefqa” annessa mar-rapport annwali tal-kontroll.
5.4. Jekk il-kampjun tal-verifika jinkludi pagamenti interim u/jew pagamenti finali li jikklerjaw pagamenti bil-quddiem ddikjarati fil-kontijiet tas-snin finanzjarji preċedenti, l-ammont ta' pagamenti bil-quddiem li jaqgħu fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa, l-iżbalji identifikati u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikabbli marbuta ma' dawn il-pagamenti bil-quddiem għandhom ikunu ippreżentati f'Tabella 10.3 “Riżultati tal-awditjar dwar in-nefqa addizzjonali” annessa mar-rapport annwali ta' kontroll.
5.5. Spjegazzjonijiet dwar kif ir-rati ta' żball ippreżentati fit-Tabella 10.2 huma kkalkulati u, jekk applikabbli, informazzjoni dwar l-awditjar tan-nefqa addizzjonali ppreżentat fit-Tabella 10.3.
5.6. Informazzjoni dwar jekk kwalunkwe irregolarità identifikata mill-awditjar tan-nefqa hijiex ikkunsidrata ta' natura sistemika u għalhekk tinvolvi riskju għal pagamenti oħra, inkluża l-kwantifikazzjoni tal-impatt tagħha fuq il-popolazzjoni u kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata.
5.7. Informazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni mill-Awtorità Responsabbli ta' miżuri korrettivi, inklużi l-korrezzjonijiet finanzjarji proposti mill-Awtorità tal-Awditjar bħala riżultat tal-awditjar tan-nefqa qabel is-sottomissjoni tal-“kontijiet finali” lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li kwalunkwe devjazzjoni possibbli bejn il-korrezzjonijiet proposti mill-Awtorità tal-Awditjar u l-korrezzjonijiet implimentati mill-Awtorità Responsabbli jiġu żvelati.
5.8. Informazzjoni dwar is-segwitu tal-awditjar tan-nefqa li twettaq fi snin preċedenti, b'mod partikolari dwar nuqqasijiet ta' natura sistemika.
(6) AWDITJAR TAL-KONTIJIET
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
6.1. Dettalji tal-korpi li wettqu awditjar tal-kontijiet (kif previst fl-Artikolu 14.5 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014).
6.2. Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awditjar użat biex jivverifika d-dejta finanzjarja fil-kontijiet li takkumpanja t-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali sottmomessa mill-Awtorità Responsabbli definita fl-Artikolu 14.5 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tar-Regolament (UE) Nru 1042/2014. Dan għandu jinkludi referenza għall-ħidma tal-awditjar imwettqa bħala parti mill-awditi tas-sistema (spjegati fit-taqsima 4 hawn fuq) u mill-awditjar tan-nefqa (spjegat fit-taqsima 5 hawn fuq) b'rilevanza għall-assigurazzjoni rikjesta dwar il-kontijiet.
6.3. Konklużjonijiet misluta mill-awditjar tal-kontijiet rigward stampa vera u ġusta tad-dejta finanzjarja fil-kontijiet li takkumpanja t-talba għall-pagament tal-bilanċ annwali sottomessa mill-Awtorità Responsabbli, kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula u riflessi fil-kontijiet bħala riżultat ta' awditjar bħal dan.
6.4. Indikazzjoni dwar jekk kwalunkwe irregolarità identifikata kinitx meqjusa li hija ta' natura sistemika, u l-miżuri korrettivi applikabbli li ttieħdu.
(7) KOORDINAZZJONI BEJN IL-KORPI TAL-AWDITJAR U X-XOGĦOL SUPERVIŻORJU MILL-AWTORITÀ TAL-AWDITJAR (fejn applikabbli)
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
7.1. Deskrizzjoni tal-proċedura għall-koordinazzjoni bejn l-awtorità tal-awditjar nazzjonali u kwalunkwe korp tal-awditjar li jwettaq awditi kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1042/2014, fejn xieraq.
7.2. Deskrizzjoni tal-proċedura għas-superviżjoni u għar-reviżjoni ta' kwalità applikati mill-Awtorità tal-Awditjar imwettqa minn tali korpi tal-awditjar.
(8) INFORMAZZJONI OĦRA
Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
8.1. Fejn applikabbli, informazzjoni dwar frodi u suspetti ta' frodi rrappurtati identifikati bħala parti mill-awditjar imwettaq mill-Awtorità tal-Awditjar (inkluż il-każijiet irrappurtati minn korpi nazzjonali oħra jew korpi tal-UE u relatati mal-operazzjonijiet awditjati mill-Awtorità tal-Awditjar), flimkien mal-miżuri meħuda.
8.2. Fejn applikabbli, avvenimenti sussegwenti li seħħew wara l-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja ġew trażmessi lill-Awtorità tal-Awditjar u qabel ir-rapport annwali ta' kontroll assoċjat ġie trażmess lill-Kummissjoni, li jistgħu jkunu rilevanti għall-opinjoni maħruġa mill-Awtorità tal-Awditjar. B'mod partikolari, kwalunkwe varjazzjoni bejn id-data finanzjarja ppreżentata mill-Awtorità Responsabbli f'“l-abbozz tal-kontijiet” (jiġifieri l-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun tal-awditjar ( 11 )) u l-kontijiet finali sottomessi lill-Kummissjoni għandha tiġi żvelata u spjegata.
(9) LIVELL ĠENERALI TA' AĊĊERTAMENT
9.1. Indikazzjoni tal-livell ġenerali tal-aċċertament dwar il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll ( 12 ), u spjegazzjoni dwar kif dan il-livell inkiseb mill-kombinazzjoni tar-riżultati tal-awditi tas-sistema, l-awditjar tan-nefqa u tal-kontijiet. Fejn rilevanti, l-Awtorità tal-Awditjar għandha wkoll tikkunsidra r-riżultati tax-xogħol tal-awditjar imwettaq minn korpi tal-awditjar nazzjonali jew tal-UE li jista' jkollhom impatt fuq id-dejta finanzjarja rapportata għas-sena finanzjarja.
9.2. Il-valutazzjoni ta' kwalunkwe miżura mitiganti u korrettiva implimentata mill-Awtorità Responsabbli bħal korrezzjonijiet finanzjarji, u indikazzjoni jekk hemmx bżonn ta' miżuri korrettivi addizzjonali kemm minn perspettiva tas-sistema, kif ukoll minn perspettiva finanzjarja.
(10) ANNESSI TAR-RAPPORT TA' KONTROLL ANNWALI
10.1. Riżultati ta' awditi tas-sistema (mudell ipprovdut iktar 'l isfel)
10.2. Riżultati ta' awditjar tan-nefqa (mudell ipprovdut iktar 'l isfel)
10.3. Riżultati tal-awditjar dwar in-nefqa addizzjonali (jekk applikabbli)
10.1. Riżultati tal-awditi tas-sistema
Entità Awditjata (eż. Awtorità Responsabbli, Awtorità Delegata, eċċ.) |
Titolu tal-awditjar |
Data tar-rapport tal-awditu finali |
Rekwiżiti ewlenin (fejn applikabbli) [kif definiti fit-Tabella 1- Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378] |
|
|
||||||||
KR 1 |
KR2 |
KR3 |
KR4 |
KR5 |
KR6 |
KR7 |
KR8 |
KR9 |
Valutazzjoni ġenerali (kategoriji 1, 2, 3, 4) (kif definiti fit-Tabella 2 — Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378) |
Kummenti |
|||
|
|
|
|
|
|||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||
(1) Kategoriji 1, 2, 3, 4 kif definiti fit-Tabella 2 — Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 |
10.2. Riżultati tal-awditjar tan-nefqa
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
|
Fond/tip ta' pagament (1) |
Ammont f'EUR li jikkorrispondi għall-popolazzjoni jew sottopopolazzjoni fl-“abbozz tal-kontijiet” li minnha ttieħed il-kampjun (2) |
Kampjun tal-awditjar (ammont f'EUR) (3) |
Kampjun tal-awditjar (bħala % tal-popolazzjoni) [D = C/B] |
Ammont (EUR) tal-iżbalji li nstabu mill-Awtorità tal-Awditjar fil-kampjun (4) |
Rata' ta' żball f'% fil-kampjun [F = E/C] (4) |
Rata ta' żball totali fil-popolazzjoni (5) |
Total tal-iżbalji fil-popolazzjoni (ammont f'EUR) [H = G * B] |
Korrezzjonijiet finanzjarji (Ammont f'EUR) implimentat mill-Awtorità Responsabbli riżultat tar-rata ta' żball totali (6) |
Rata totali residwa ta' żbalji (7) [J = (H – I)/B] |
Kummenti |
Strata (jekk applikabbli) (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total (A) |
Total (B) |
Ammont EUR |
% |
|
|
|
|
|
|
|
10.3. Riżultati tal-awditjar fuq in-nefqa addizzjonali (8)
K |
L |
M |
N |
O |
|
Deskrizzjoni |
Nruo ta' referenza tal-fond/proġett/pagament. |
Nefqa addizzjonali awditjata (3) |
Ammont tal-iżbalji fin-nefqa addizzjonali awditjata (4) |
Korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Awtorità Responsabbli dwar in-nefqa addizzjonali awditjata (6) |
Kummenti |
Nefqa marbuta ma' pagamenti interim jew pagamenti finali inklużi fil-kampjun aleatorju/statistiku |
|
|
|
|
|
Oħrajn (li jridu jiġu deskritti)… |
|
|
|
|
|
(1) Jekk id-dejta finanzjarja — jiġifieri l-popolazzjoni tal-awditjar— tkun maqsuma fi strati differenti (eż. pagamenti bil-quddiem, pagamenti interim jew pagamenti finali, oħrajn), l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont l-istrati fejn applikabbli. Linja għal kull strata u l-parametri tal-istrati jridu jiġu deskritti fit-taqsima 5 tar-rapport annwali ta' kontroll.
(2) Il-kolonna B għandha tirreferi għall-popolazzjoni verifikabbli, jiġifieri l-“abbozz tal-kontijiet” li jirrappreżenta l-pagamenti kollha magħmula mill-Awtorità Responsabbli fis-sena finanzjarja kurrenti li minnhom ittieħed il-kampjun.
(3) Jekk il-kampjun tal-awditjar meħud mis-sena finanzjarja kurrenti jinkludi pagamenti interim u/jew pagamenti finali li jikklerjaw pagamenti bil-quddiem iddikjarati fil-kontijiet ta' snin finanzjarji preċedenti, dawn il-pagamenti bil-quddiem għandhom jaqgħu fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa għall-pagamenti interim fil-kampjun u/jew pagament finali.
Madankollu, għal skopijiet ta' rapportar huma biss il-pagamenti interim jew pagamenti finali fil-kampjun mill-abbozz tal-kontijiet tas-sena finanzjarja kurrenti li għandhom jiġu rapportati fit-Tabella 10.2 (il-Kolonna C) u kkunsidrati biex tiġi kkalkolata l-kopertura tal-awditjar għas-sena finanzjarja kurrenti (il-Kolonna D).
L-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati minn pagamenti interim u/jew pagamenti finali u vverifikati fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa għandu jiġu rapportat fit-Tabella 10.3, il-Kolonna M. Ara wkoll in-nota f'qiegħ il-paġna 8.
(4) L-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrapporta l-iżbalji li ġew identifikati fil-kampjun (bħala ammonti u bħala perċentwal tal-kampjun) qabel ma tiġi applikata kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja mill-Awtorità Responsabbli bħala riżultat tax-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-Awtorità tal-Awditjar.
Huwa biss l-ammont tal-iżbalji relatati mal-pagamenti interim jew mal-pagamenti finali awditjati meħuda mill-abbozz tal-kontijiet tas-sena finanzjarja kurrenti li għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu u r-rapportar tal-ammont ta' żbalji u r-rata ta' żball fit-Tabella 10.2, il-kolonni E u F.
L-ammont tal-iżbalji li nstabu li għandhom impatt fuq l-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati jenħtieġ li jiġi rapportat fit-Tabella 10.3, il-Kolonna N.
(5) Ir-rata ta' żball totali fil-popolazzjoni hija l-istima tal-Awtorità tal-Awditjar tar-rata ta' żball totali fl-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja kurrenti. Ir-rata ta' żball totali għandha tiġi kkalkolata qabel ma tiġi applikata kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja mill-Awtorità Responsabbli.
L-Awtorità tal-Awditjar għandha tiddeskrivi l-metodoloġija użata biex tagħmel stima tar-rata ta' żball totali, kif ukoll il-kalkoli sottostanti (inkluż informazzjoni dwar l-istratifikazzjoni, fejn applikabbli) fit-taqsima 5 tar-rapport annwali ta' kontroll. Fil-prinċipju, ir-rata ta' żball totali għandha tkun it-total tal-iżbalji aleatorji pproġettati u, jekk applikabbli, l-ammont totali ta' żbalji sistemiċi fil-popolazzjoni u kwalunkwe żball anomalu mhux ikkoreġut, diviżi bil-popolazzjoni.
(6) Il-Kolonna I għandha tiżvela l-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Awtorità Responsabbli biss fuq il-popolazzjoni verifikabbli, jiġifieri l-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja kurrenti li minnha ttieħed il-kampjun.
Kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata mal-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati jenħtieġ li tiġi rapportata fit-Tabella 10.3, il-Kolonna O.
(7) Il-Kolonna J jenħtieġ li tiżvela r-rata ta' żbalji residwi fil-kontijiet wara li l-Awtorità Responsabbli tkun implimentat il-korrezzjonijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja kurrenti biss.
Kwalunkwe żball mhux ikkoreġut fl-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati jenħtieġ li ma jkunx inkluż fil-kalkolu tar-rata ta' żbalji residwi għall-kontijiet għas-sena finanzjarja kurrenti.
(8) Fit-Tabella 10.3, l-Awtorità tal-Awditjar trid tirrapporta r-riżultati ta' kwalunkwe awditjar imwettaq fuq entrati li mhumiex l-ammonti fil-kampjun rapportati fit-Tabella 10.2. Jekk l-Awtorità tal-Awditjar tikkunsidra li huwa meħtieġ li twettaq awditjar addizzjonali (eż. Awditjar ibbażat fuq ir-riskju, awditjar fuq pagamenti negattivi jew żero), ir-riżultati ta' dan l-awditjar addizzjonali jenħtieġ li jiġi ppreżentat fit-Tabella 10.3.
( 1 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 22).
( 2 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 tat-2 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità (ĠUL 64, 7.3.2015, p. 30).
( 4 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/840 tad-29 ta' Mejju 2015 dwar il-kontrolli li jsiru mill-Awtoritajiet Responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 134, 30.5.2015, p. 1).
( 5 ) Kif definit fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
( 6 ) Il-parametri tat-teħid ta' kampjuni jinkludu l-unità tat-teħid ta' kampjuni, il-valur u d-daqs tal-popolazzjoni, il-valur u d-daqs tal-kampjun, il-kopertura tal-awditjar (f'€ u l-perċentwal ta' entrati u ta' ammonti koperti) u l-kriterji tat-teħid ta' kampjuni. Għal teħid ta' kampjuni statistiċi, il-livell ta' materjalità, il-livell ta' kunfidenza, ir-rata ta' żbalji mistennija u l-intervall iridu jiġu indikati wkoll.
( 7 ) Jekk jiġi applikat teħid ta' kampjuni mhux statistiku, l-Awtorità tal-Awditjar jenħtieġ li tindika l-passi meħuda biex tiżgura l-każwalità tal-kampjun (u r-rappreżentattività tiegħu) u tipprovdi daqs ta' kampjun suffiċjenti biex jippermetti lill-Awtorità tal-Awditjar tagħmel stima tal-iżball totali tal-popolazzjoni u tfassal opinjoni tal-awditjar valida.
( 8 ) Pereżempju: l-eliġibilità, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat.
( 9 ) Żbalji aleatorji, sistemiċi jew anomali.
( 10 ) Pereżempju, wieħed jista' japplika korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati u/jew b'rata fissa jekk ikun hemm żbalji sistemiċi u/jew ir-rata tal-iżball totali fuq l-abbozz tal-kontijiet tkun materjali.
( 11 ) Kolonna B tat-Tabella 10.2.
( 12 ) Il-livell globali ta' aċċertament jikkorrispondi għal wieħed mill-erba' kategoriji definiti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/646: Kategorija 1 (Taħdem sew. M'hemmx bżonn ta' titjib jew hemm bżonn biss ta' titjib minuri), Kategorija 2 (Taħdem. Hemm bżonn xi titjib), Kategorija 3 (Taħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali) u Kategorija 4 (Essenzjalment ma taħdimx).