Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02000R1564-20130604

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2000 tat-18 ta’ Lulju 2000 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ xi prodotti fin-nomenklatura magħquda

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1564/2013-06-04

02000R1564 — MT — 04.06.2013 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1564/2000

tat-18 ta’ Lulju 2000

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ xi prodotti fin-nomenklatura magħquda

(ĠU L 180 19.7.2000, p. 5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013

  L 130

1

15.5.2013




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1564/2000

tat-18 ta’ Lulju 2000

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ xi prodotti fin-nomenklatura magħquda



L-Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mehmuża huma klassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet NM murija fil-kolonna 2 ta’ l-iskeda msemmija.

L-Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ verifika doppja u għas-sorveljanza tal-Komunità minn qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti ma’ l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni dwar it-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ 60 ġurnata.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-GurnaJ Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS



Deskrizzjoni

Klassifikazzjoni Kodiċi NM

Raġuni

(1)

(2)

(3)

1.  Ingwanta ta’ materjal tal-qoton maħdum bil-labar, li l-wiċċ ta’ barra tiegħu huwa miksi bil-gomma naturali (latex).

Din l-ingwanta hija għall-użu domestiku. (Ara r-ritratt Nru 602) (*1)

6116 10 20

Il-klassifikazzjoni tiġi determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a) tal- Kapitolu 40, in-Nota 7 tat-Taqsima XI, in-Nota 4(a) tal-Kapitolu 59, in-Nota 1 tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi NM 6116 , 6116 10 u 6116 10 20 .

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni HS tat-Titli 4015 u 4016 .

Minħabba li jiġi meqjus li t-toqol tal-materjal miksi li minnu hija magħmula l-ingwanta ma jaqbiżx 1500 g/m2, din l-ingwanta għandha tiġi kklassifikata bħala ingwanta maħduma bil- labar taħt it-titolu 6116 .

2.  Oġġett tessili maħdum: ilqugħ tax-xemx fil-forma ta’ ras ta’ qattus stilizzata bil- kantunieri għat-tond, ta’ qies ta’ madwar 44 ċm x 39 ċm

Il-prodott huwa magħmul minn materjal bin-nisġa magħluqa trasparenti bi stampa ta’ qattus, imġebbed u bil-punti fqafas tal- wajer flessibbli. Fin-nofs tal-materjal hemm suction pad tal-plastik li permezz tagħha l-ilqugħ ikun jista’ jitwaħħal mal- ħġieġ tat-tieqa.

(Oġġetti maħduma oħrajn)

(Ara r-ritratt Nru 596) (*1)

6307 90 10

Il-klassifikazzjoni tiġi determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in- ►M1  nota 7(f) ◄ tat- Taqsima XI, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 u I-kliem tal-kodiċi NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 10 .

II-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt it-titolu Nru 8708 , “partijiet u aċċessorji ta’ vetturi”, minħabba li l-forma tagħha tiksi biss parti partikolari waħda minn tieqa u għaldaqstant mhix tajba għall-użu biss jew prinċiparjament tal-artikli tal-Kapitoli 86, 87 jew 88.

Ma taqax taħt it-titoli Nri 6303 u 6304 għaliex la għandha blind interjuri u lanqas fitting inter- juri.

(*1)   Ir-ritratti huma biss għall-informazzjoni.

image

image

Top