EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0372

Kawża C-372/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 1259/2010 — Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali — Rikonoxximent ta’ divorzju privat miksub minn qorti reliġjuża fi Stat terz — Kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament)

ĠU C 72, 26.2.2018, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch

(Kawża C-372/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Rikonoxximent ta’ divorzju privat miksub minn qorti reliġjuża fi Stat terz - Kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament))

(2018/C 072/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Soha Sahyouni

Konvenut: Raja Mamisch

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li divorzju li jirriżulta minn dikjarazzjoni unilaterali ta’ wieħed mill-konjuġi quddiem qorti reliġjuża, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


Top