EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0224

Kawża T-224/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

ĠU C 205, 22.6.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/41


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

(Kawża T-224/15)

(2015/C 205/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofely Solelec (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Cofely Fabricom (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Marx, avukat)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni Nru 103299 tas-27 ta’ April 2015 tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika tal-Parlament Ewropew li permezz tagħha l-offerta tar-rikorrenti għall-lott Nru 75 “elettriku – kurrenti qawwija” ippreżentata fid-29 ta’ Settembru 2014 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti referenza INLO-D-UPIL-T-14-AO4 dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ mmodernizzar tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu ġiet miċħuda u d-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lill-offerent ieħor;

tordna l-produzzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

ir-rapport tal-kumitat għall-evalwazzjoni li għamel riferiment għalih il-l-konvenut fil-komunikazzjoni tiegħu Nru 101690 tas-27 ta’ Frar 2015; u

id-dokumenti fil-fajl għall-għoti tal-kuntratti fejn inżamm rekord tal-kuntratti li saru bejn il-Parlament u l-offerenti konformement mal-Artikolu 160(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ għażla u iktar preċiżament tal-kriterji dwar il-kapaċità finanzjarja u ekonomika kif ukoll tal-kapaċità teknika u professjonali.

2.

It-tieni motiv huma bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ assenjazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li, sa fejn ikun minnu li, meta tiġi mqabbla l-offerta tal-offerent li ngħata l-kuntratt mal-offerti ppreżentati mill-offerenti l-oħra, din l-offerta hija baxxa wisq, il-konvenut kellu jiċħad l-offerta u jagħti l-kuntratt lir-rikorrenti.


Top