This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1703
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/1703 of 13 July 2021 amending Delegated Regulation (EU) 2020/692 as regards the animal health requirements for the entry into the Union of products of animal origin contained in composite products (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1703 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jinsabu fi prodotti komposti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1703 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jinsabu fi prodotti komposti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/4298
ĠU L 339, 24.9.2021, p. 29–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/29 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1703
tat-13 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jinsabu fi prodotti komposti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u partikolarment l-Artikoli 234(2), 237(4) u 239(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. B’mod partikolari, l-Artikoli 162 u 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jinsabu fi prodotti komposti. L-Artikoli 162 u 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 ma jipprovdux rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti bbażati fuq il-kolostru li jinsabu fi prodotti komposti. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiċċara r-rekwiżiti li japplikaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti meta jkunu fi prodotti komposti f’konformità mar-regoli applikabbli għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti bbażati fuq il-kolostru previsti fl-Artikolu 153 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
(2) |
Il-ġelatina u l-kollaġen jaqgħu fid-definizzjoni ta’ “prodotti tal-laħam” previsti fl-Artikolu 2, il-punt (44), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u għalhekk huma biss il-konsenji tal-ġelatina u tal-kollaġen li jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam li huma awtorizzati jidħlu fl-Unjoni. Madankollu, il-ġelatina u l-kollaġen li jinsabu fi prodotti komposti b’data ta’ konservazzjoni twila joħolqu riskju baxx ħafna għas-saħħa tal-annimali minħabba t-trattamenti li jgħaddu minnhom waqt li jiġu pproċessati. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-prodotti komposti li fihom biss dawn it-tip ta’ prodotti tal-laħam jiżdiedu mal-lista ta’ prodotti komposti koperti mid-deroga prevista fl-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u għalhekk ma jintalbux ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, iżda minflok jintalbu biss li jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, prodotti komposti b’data ta’ konservazzjoni twila li ma jkunx fihom prodotti tal-laħam għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mħejjija u ffirmata minn operatur. Il-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali iridu madankollu jkunu soġġetti għal trattament strett għall-mitigazzjoni tar-riskju li jiżgura s-sikurezza mill-perspettiva tas-saħħa tal-annimali. Madankollu, jkun jidher sproporzjonat li jintalbu tali trattamenti stretti għall-mitigazzjoni tar-riskju għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn pajjiżi li diġà huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat jew ta’ prodotti tal-ħalib. Għal dawk il-pajjiżi terzi, jenħtieġ li r-rekwiżiti jkunu proporzjonati għar-riskju li jirriżulta mill-pajjiż tal-oriġini u li jitqiesu l-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat biex jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti b’data ta’ konservazzjoni twila li fihom prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn pajjiżi terzi elenkati għad-dħul fl-unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib mhux soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju, mingħajr ma jgħaddu minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat ukoll biex jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti komposti b’data ta’ konservazzjoni twila li jkun fihom prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn pajjiżi terzi elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-ħalib soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju, jekk dawn ikunu għaddew minn trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 157 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
(4) |
Il-prodotti tal-ħalib li jkunu għaddew minn trattamenti stretti għall-mitigazzjoni tar-riskju u l-prodotti tal-bajd li jinsabu fil-prodotti komposti b’data ta’ konservazzjoni twila jirrappreżentaw biss riskju limitat, kemm mill-perspettiva tas-saħħa tal-annimali kif ukoll minn dik tas-saħħa pubblika. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-prodotti jitħallew jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li ma jkunx elenkat għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi partikolari ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, iżda li jkun elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib jew prodotti tal-bajd. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti komposti li joħolqu riskju baxx għas-saħħa tal-annimali, jenħtieġ li jkun permess li l-operatur responsabbli għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji jiffirma d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
(6) |
Ir-regoli previsti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jissupplimentaw dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429. Peress li dawk ir-regoli huma interrelatati, huma stabbiliti flimkien f’att wieħed. Fl-interess taċ-ċarezza u għall-applikazzjoni effettiva tagħhom, jixraq li r-regoli li jemendaw ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġu stabbiliti wkoll f’att delegat wieħed li jipprovdi sett komprensiv ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Billi r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 162 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 163 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 163 Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti komposti b’data ta’ konservazzjoni twila 1. B’deroga mill-Artikolu 3, il-punt (c)(i), il-konsenji ta’ prodotti komposti li ma fihomx prodotti tal-laħam, għajr il-ġelatina u l-kollaġen, jew prodotti bbażati fuq il-kolostru, u li ġew ittrattati biex ikollhom data ta’ konservazzjoni twila f’temperatura ambjentali, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni akkumpanjati minn dikjarazzjoni, kif jipprevedi l-paragrafu 2, jekk ikun fihom:
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:
3. B’deroga mill-Artikolu 3, il-punt (a)(i), il-prodotti tal-ħalib imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(iii), ta’ dan l-Artikolu, u l-prodotti tal-bajd li jinsabu fi prodotti komposti li ġew ittrattati biex ikollhom data ta’ konservazzjoni twila f’temperatura ambjentali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li ma jkunx speċifikament elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti li joriġinaw mill-annimali iżda jkun elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ jew:
|
Artikolu 2
Ir-referenzi għall-ex Artikolu 163(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 163(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).