This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0335
Commission Regulation (EU) 2017/335 of 27 February 2017 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of steviol glycosides (E 960) as a sweetener in certain energy-reduced confectionery products (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/335 tas-27 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala dolċifikant f'ċerti prodotti tal-ħelu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/335 tas-27 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala dolċifikant f'ċerti prodotti tal-ħelu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1272
ĠU L 50, 28.2.2017, p. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/335
tas-27 ta' Frar 2017
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala dolċifikant f'ċerti prodotti tal-ħelu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara applikazzjoni. |
(3) |
Fis-27 ta' Mejju 2015 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala dolċifikant f'ċerti prodotti tal-ħelu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa. Sussegwentement l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(4) |
Il-glikosidi tal-istevjol huma kostitwenti b'togħma ħelwa mingħajr kaloriji u jistgħu jintużaw biex jieħdu post iz-zokkor kalorifiku f'ċerti prodotti tal-ħelu, u b'hekk inaqqsu l-kontenut tal-kaloriji tagħhom u joffru lill-konsumaturi prodotti b'enerġija mnaqqsa, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. L-użu kkumbinat tal-glikosidi tal-istevjol u taz-zokkor jipprovdi ħlewwa u profil ta' togħma aħjar meta mqabbel ma' prodotti li jużaw biss il-glikosidi tal-istevjol għal skopijiet ta' żieda ta' ħlewwa hekk kif iz-zokkor jaħbi t-togħma li jħallu l-glikosidi tal-istevjol. |
(5) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel imniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(6) |
Fl-2010, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (3) dwar is-sikurezza tal-glikosidi tal-istevjol għall-użi proposti bħala addittiv tal-ikel (E 960) u stabbiliet Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) ta' 4 mg/kg ta' piż tal-ġisem/jum, espressa bħala ekwivalenti tal-istevjol. |
(7) |
Fl-2015 l-Awtorità rrevediet il-valutazzjoni tal-esponiment għall-glikosidi tal-istevjol u kkonkludiet li f'pajjiż wieħed (4), l-istimi għall-esponiment huma inqas mill-ADI għall-gruppi tal-età kollha, ħlief għal trabi li telqu jimxu fil-firxa ta' fuq tal-istimi ta' livell għoli (il-95 perċentil). Il-kalkoli tal-espożizzjoni li sar mir- Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu fl-2015 wera li l-estensjoni proposta tal-użu, jekk wieħed jassumi sehem mis-suq ta' 25 % għall-prodotti li fihom il-glikosidi tal-istevjol u bil-preżunzjoni ta' lealtà lejn il-marka ta' 100 %, ma kellhiex effett fuq il-95 perċentil ta' espożizzjoni fit-tfal żgħar ta' bejn sentejn u sitt snin fin-Netherlands. |
(8) |
Fl-opinjoni tagħha tal-2015, l-Awtorità indikat li ma kienx possibbli li s-sistema ta' klassifikazzjoni FoodEx tirrifletti r-restrizzjonijiet/l-eċċezzjonijiet kollha li japplikaw għall-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) fl-ikel taħt is-subkategorija tal-ikel 05.2. Għalhekk, l-ogħla livell massimu ta' 2 000 mg/kg kien assenjat għall-kategorija kollha tal-ikel li jirriżulta fi stima eċċessiva ta' esponiment. Barra minn hekk, l-ikel tal-kategorija 05.2. “Ħelu ieħor inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” ma kinux identifikati bħala waħda mill-kategoriji tal-ikel ewlenin li jikkontribwixxu għall-esponiment tal-glikosidi tal-istevjol (E 960). |
(9) |
Meta wieħed iqis li l-istimi tal-esponiment huma inqas mill-ADI għall-gruppi tal-età kollha, l-użijiet proposti u l-livelli tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa mhumiex ta' periklu għas-saħħa. |
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) jiġi awtorizzat bħala dolċifikant f'ċertu prodotti tal-ħelu b'valur enerġetiku mnaqqas fis-subkategorija tal-ikel 05.2 “Ħelu ieħor inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs”: Ħelu iebes (ħelu u lollies), ħelu artab (ħelu li tomogħdu, gums tal-frott, u prodotti taz-zokkor tar-ragħwa/marshmallows), għud is-sus, qubbajt, u marżipan (f'livell massimu ta' 350 mg/kg); mustardini b'togħma qawwija li jiffriskaw (f'livell massimu ta' 670 mg/kg) u ħelu żgħir li jiffriska n-nifs (f'livell massimu ta' 2 000 mg/kg). |
(11) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2010; 8(4):1537.
(4) EFSA Journal 2015;13(6):4146.
ANNESS
Is-subkategorija tal-ikel 05.2 “Ħelu ieħor inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
(a) |
l-entrata għall-glikosidi tal-Istevjol E 960, li tirreferi għal “ħelu mingħajr zokkor miżjud biss” tinbidel b'dan li ġej:
|
(b) |
l-entrata għall-glikosidi tal-Istevjol E 960, li tirreferi għal “mustardini li jiffriskaw il-griżmejn mingħajr zokkor miżjud biss” tinbidel b'dan li ġej:
|
(c) |
l-entrata għall-glikosidi tal-Istevjol E 960, li tirreferi għal “ħelu żgħir biss, mingħajr zokkor miżjud” tinbidel b'dan li ġej:
|