This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015L1787
Commission Directive (EU) 2015/1787 of 6 October 2015 amending Annexes II and III to Council Directive 98/83/EC on the quality of water intended for human consumption
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/01/2023; Imħassar b' 32020L2184
7.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/6 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1787
tas-6 ta' Ottubru 2015
li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Annessi II u III tad-Direttiva 98/83/KE jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tal-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-ispeċifikazzjonijiet għall-metodu ta' analiżi ta' parametri differenti. |
(2) |
L-ispeċifikazzjonijiet f'dawk l-Annessi II u III għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku u sabiex tkun żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
L-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE jagħti grad ta' flessibbiltà fit-twettiq tal-monitoraġġ tal-awditu u tal-kontroll, u b'hekk jippermetti monitoraġġ anqas frekwenti ta' kampjuni taħt ċerti ċirkostanzi. Il-kundizzjonijiet speċifiċi biex jitwettaq il-monitoraġġ ta' parametri fi frekwenzi xierqa u l-firxa ta' tekniki ta' monitoraġġ jeħtieġu jiġu ċċarati fid-dawl tal-progress xjentifiku. |
(4) |
Mill-2004, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa żviluppat approċċ ta' pjan għas-sigurtà tal-ilma bbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju u l-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju, stabbiliti fil-Linji Gwida tagħha għall-Kwalità tal-Ilma tax-Xorb (2). Dawk il-Linji Gwida, flimkien mal-istandard EN 15975-2 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb, huma prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment li fuqhom huma bbażati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi ta' parametri fl-ilma tax-xorb. L-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE għandu għalhekk jiġi allinjat mal-aħħar aġġornamenti ta' dawk il-prinċipji. |
(5) |
Biex jikkontrollaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-programmi ta' monitoraġġ għandhom jiżguraw li hemm miżuri fis-seħħ tul il-katina tal-provvista tal-ilma u jikkunsidraw l-informazzjoni minn korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb. L-obbligi ġenerali għal programmi ta' monitoraġġ għandhom jagħlqu d-distakk bejn l-astrazzjoni tal-ilma u l-provvista. Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Istati Membri jridu jiżguraw l-istabbiliment ta' reġistru(i) taż-żoni protetti. Żoni protetti bħal dawn jinkludu l-korpi kollha tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb, jew maħsuba għal użu bħal dan, skont l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva. Ir-riżultati mill-monitoraġġ ta' dawk il-korpi tal-ilma skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva għandhom jintużaw biex jiddeterminaw ir-riskju potenzjali għall-ilma tax-xorb qabel u wara t-trattament għall-finijiet tad-Direttiva 98/83/KE. |
(6) |
L-esperjenza wriet li, għal ħafna parametri (b'mod partikolari dawk fiżikokimiċi), il-konċentrazzjonijiet eżistenti rarament jirriżultaw f'xi ksur tal-valuri tal-limitu. Il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' parametri bħal dawn mingħajr rilevanza prattika jimplikaw spejjeż sinifikanti, speċjalment fejn jeħtieġ li jiġu kkunsidrati għadd kbir ta' parametri. L-introduzzjoni ta' frekwenzi flessibbli ta' monitoraġġ taħt ċirkostanzi bħal dawn tippreżenta potenzjal ta' opportunitajiet għall-iffrankar tal-ispejjeż li ma jagħmlux ħsara għas-saħħa pubblika jew għal benefiċċji oħra. Monitoraġġ flessibbli jnaqqas ukoll il-ġbir ta' dejta li tipprovdi ftit li xejn informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb. |
(7) |
L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jidderogaw mill-programmi ta' monitoraġġ li jkunu stabbilixxew, sakemm jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kredibbli, li jistgħu jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tad-WHO għall-Kwalità tal-Ilma tax-Xorb, u għandhom iqisu l-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. |
(8) |
It-Tabella B2 fl-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE, li tikkonċerna l-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew f'kontenituri maħsuba għall-bejgħ, ma għadhiex tapplika, billi dawk il-prodotti huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawk il-prodotti huma wkoll koperti bil-prinċipji ta' “analiżi tal-periklu u punti kritiċi ta' kontroll” (HACCP) stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-prinċipji ta' kontroll uffiċjali kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). B'konsegwenza tal-adozzjoni ta' dawn ir-Regolamenti, l-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE de facto ma japplikax aktar għall-ilma li jitqiegħed fi fliexken jew f'kontenituri maħsuba għall-bejgħ. |
(9) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom (7) introduċiet arranġamenti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' sustanzi radjuattivi. Għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' monitoraġġ esklussivament skont dik id-Direttiva. |
(10) |
Il-laboratorji li japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE għandhom, sa fejn huwa possibbli, jaħdmu skont proċeduri approvati internazzjonalment jew standards tal-prestazzjoni bbażati fuq kriterji u jużaw metodi ta' analiżi li jkunu ġew ivvalidati. |
(11) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE (8) tistipula l-istandard EN ISO/IEC 17025, jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali, biex jintużaw għall-validazzjoni il-metodi ta' analiżi. L-EN ISO/IEC 17025 huwa wkoll wieħed mill-istandards użati skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-akkreditazzjoni ta' laboratorji nnominati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Għaldaqstant huwa meħtieġ li dak l-istandard, jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali, ikunu stipulati għall-validazzjoni tal-metodi ta' analiżi fil-kuntest tad-Direttiva 98/83/KE. Biex l-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE jiġi allinjat mad-Direttiva 2009/90/KE, il-limitu ta' kwantifikazzjoni u l-inċertezza tal-kejl għandhom jiġu introdotti bħala karatteristiċi ta' prestazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jippermettu l-użu tal-eżattezza, il-preċiżjoni u l-limitu ta' detezzjoni bħala karatteristiċi tal-prestazzjoni skont l-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE għal perjodu limitat, u b'hekk il-laboratorji jingħatalhom żmien biżżejjed biex jadattaw għal dan l-avvanz tekniku. |
(12) |
Għall-analiżi ta' parametri mikrobijoloġiċi ġew stabbiliti għadd ta' standards ISO. B'hekk, EN ISO 9308-1 u EN ISO 9308-2 (għall-enumerazzjoni ta' E. coli u batterji koliformi) u l-istandard EN ISO 14189 (għall-analiżi ta' Clostridium perfringens) jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet kollha meħtieġa biex titwettaq l-analiżi. Dawn l-istandards u l-iżviluppi tekniċi ġodda għandhom ikunu riflessi fl-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE. |
(13) |
Għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza ta' metodi alternattivi mal-metodu stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw l-istandard EN ISO 17994, li diġà ġie stabbilit bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi fil-kuntest tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE (10). B'mod alternattiv, dawn għandhom jitħallew jużaw l-istandard EN ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment, kif hemm referenza fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (11), biex jistabbilixxu l-ekwivalenza ta' metodi msejsa fuq prinċipji, għajr il-kulturi, li huma lil hinn mill-ambitu tal-EN ISO 17994. |
(14) |
L-Annessi II u III tad-Direttiva 98/83/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ilma tax-Xorb stabbilit skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 98/83/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 98/83/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Direttiva. |
(2) |
L-Anness III jinbidel skont l-Anness II ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mis-27 ta' Ottubru 2017. Għalhekk huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
(2) http://www.who.int/water_sanitation_health/publications/2011/dwq_guidelines/en/index.html
(3) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).
(9) Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE tal-21 ta' Jannar 2009 li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2004(E) bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi (ĠU L 23, 27.1.2009, p. 32).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
ANNESS I
“ANNESS II
MONITORAĠĠ
PARTI A
L-għanijiet ġenerali u l-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
1. |
Il-programmi ta' monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem iridu:
|
2. |
Skont l-Artikolu 7(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ konformi mal-parametri u l-frekwenzi stipulati fil-Parti B ta' dan l-Anness li jikkonsistu minn dawn li ġejjin:
Barra minn hekk, il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jikkonsistu minn:
|
3. |
Il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fil-Parti C. |
4. |
L-Istati Membri għandhom ikunu żguri li l-programmi ta' monitoraġġ jiġu riveduti fuq bażi kontinwa u aġġornati jew ikkonfermati mill-ġdid tal-anqas kull ħames snin. |
PARTI B
Parametri u frekwenzi
1. Qafas ġenerali
Il-programm ta' monitoraġġ irid jikkunsidra l-parametri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, inkluż dawk li huma importanti għall-valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi ta' distribuzzjoni domestika dwar il-kwalità tal-ilma fil-punt ta' konformità, kif stipulat fl-Artikolu 6(1). Fl-għażla tal-parametri xierqa għall-monitoraġġ, għandhom jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet lokali għal kull sistema ta' forniment tal-ilma.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parametri elenkati fil-punt 2 jiġu ssorveljati bil-frekwenzi tal-kampjunar rilevanti kif stipulat fil-punt 3.
2. Lista ta' parametri
Parametri Grupp A
Il-parametri li ġejjin (il-Grupp A) għandhom jiġu ssorveljati skont il-frekwenzi ta' monitoraġġ kif stipulat fil-Tabella 1 tal-punt 3:
(a) |
Escherichia coli (E. coli), batterji koliformi, l-għadd tal-kolonji f'temperatura ta' 22 °C, kulur, turbidità, togħma, riħa, pH, konduttività; |
(b) |
parametri oħra identifikati bħala rilevanti fil-programm ta' monitoraġġ, skont l-Artikolu 5(3) u, fejn rilevanti, permezz ta' valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fil-Parti C. |
Dawn il-parametri għandhom jiżdiedu mal-Grupp A tal-Parametri, skont ċirkostanzi speċifiċi:
(a) |
ammonju u nitrit, jekk tintuża l-kloraminazzjoni; |
(b) |
aluminju u ħadid, jekk jintużaw bħala kimiki għat-trattament tal-ilma. |
Parametri Grupp B
Biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-valuri parametriċi kollha stipulati f'din id-Direttiva, il-parametri l-oħra kollha li mhumiex analizzati taħt il-Grupp A u stipulati skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu sorveljati tal-anqas fil-frekwenzi stipulati fit-Tabella 1 tal-punt 3.
3. Il-frekwenza tal-kampjunar
Tabella 1
Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi tal-monitoraġġ tal-konformità
Volum ta' ilma mqassam jew prodott għal kull ġurnata f'żona ta' forniment (Ara n-Noti 1 u 2) m3 |
Parametri Grupp A għadd ta' kampjuni kull sena (Ara n-Nota 3) |
Parametri Grupp B għadd ta' kampjuni kull sena |
|
|
≤ 100 |
> 0 (Ara n-Nota 4) |
> 0 (Ara n-Nota 4) |
> 100 |
≤ 1 000 |
4 |
1 |
> 1 000 |
≤ 10 000 |
4 + 3 għal kull 1 000 m3/d u parti mill-volum totali |
1 + 1 għal kull 4 500 m3/d u parti mill-volum totali |
> 10 000 |
≤ 100 000 |
3 + 1 għal kull 10 000 m3/d u parti mill-volum totali |
|
> 100 000 |
|
12 + 1 għal kull 25 000 m3/d u parti mill-volum totali |
Nota 1: |
Żona ta' forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess. |
Nota 2: |
Il-volumi huma kalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista' jintuża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta' ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita). |
Nota 3: |
Il-frekwenza indikata hija kkalkulata kif ġej: eż. 4 300 m3/d = 16-il kampjun (erbgħa għall-ewwel 1 000 m3/d + 12 għat-3 300 m3/d addizzjonali). |
Nota 4: |
L-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw fornimenti individwali skont l-Artikolu 3(2)(b) ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn il-frekwenzi biss għaż-żoni ta' forniment li jqassmu bejn 10 u 100m3 kuljum. |
PARTI C
Valutazzjoni tar-riskju
1. |
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-possibbiltà ta' deroga mill-frekwenzi tal-parametri u tal-kampjunar fil-Parti B, sakemm il-valutazzjoni tar-riskju ssir skont din il-Parti. |
2. |
Il-valutazzjoni tar-riskju li hemm referenza għaliha fil-punt 1 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju stabbilita b'rabta mal-istandards internazzjonali bħall-istandard EN 15975-2 dwar ‘il-linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżi għas-sigurtà tal-forniment tal-ilma tax-xorb’. |
3. |
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ stabbiliti bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għal korpi tal-ilma identifikati skont l-Artikolu 7(1) li jfornu medja ta' aktar minn 100m3 kuljum, skont l-Anness V ta' dik id-Direttiva. |
4. |
Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, il-lista tal-parametri fil-punt 2 tal-Parti B għandha tiġi estiża u/jew il-frekwenzi tal-kampjunar fil-punt 3 tal-Parti B jiżdiedu, fejn hija ssodisfata xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
|
5. |
Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, il-lista tal-parametri stipulata fil-punt 2 tal-Parti B u l-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-punt 3 tal-Parti B jistgħu jitnaqqsu sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:
|
6. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
PARTI D
Il-metodi u l-punti tal-kampjunar
1. |
Il-punti tal-kampjunar għandhom jintgħażlu b'mod li jassiguraw il-konformità mal-punti ta' konformità kif definit fl-Artikolu 6(1). F'każ ta' netwerk ta' distribuzzjoni, Stat Membru jista' jieħu kampjuni fiż-żona ta' forniment jew mix-xogħlijiet ta' trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista' jintwera li mhux se jkun hemm l-ebda bidla negattiva għall-valur imkejjel tal-parametri kkonċernati. Sa fejn huwa possibbli, l-għadd ta' kampjuni għandu jitqassam ugwalment kemm fil-ħin kif ukoll fil-post. |
2. |
Il-kampjunar fil-punt ta' konformità għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:
|
3. |
Il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kampjunar fil-vitin tal-konsumaturi, għandu jkun skont ISO 5667-5. Għall-parametri mikrobijoloġiċi, il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni għandu jittieħed u jiġi mmaniġjat skont EN ISO 19458, l-iskop A tal-kampjunar. |
(*) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).”
ANNESS II
L-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu introduttorju jinbidel b'dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta' analiżi użati għall-finijiet ta' monitoraġġ u demostrazzjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva huma vvalidati u ddokumentati skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorji jew partijiet ikkuntrattati ma' laboratorji japplikaw prattiki ta' sistema ta' ġestjoni ta' kwalità skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. Fin-nuqqas ta' metodu analitiku li jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni minima stipulati fil-Parti B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ isir bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli iżda li ma joħolqux spejjeż eċċessivi.” |
(2) |
Il-punt 1 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
Il-punt 2 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
Jitħassar il-punt 3. |