This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0745
Council Implementing Decision 2012/745/CFSP of 3 December 2012 implementing Decision 2011/486/CFSP concerning restrictive measures directed against certain individuals, groups, undertakings and entities in view of the situation in Afghanistan
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/745/PESK tat- 3 ta’ Diċembru 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/745/PESK tat- 3 ta’ Diċembru 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
ĠU L 332, 4.12.2012, p. 22–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
4.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/745/PESK
tat-3 ta’ Diċembru 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
(2) |
Fit-13 ta’ Awwissu, il-15 ta’ Awwissu, id-19 ta’ Ottubru, il-25 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi aġġornat u emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SYLIKIOTIS
(1) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.
ANNESS
I. L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni u l-entità ta’ hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
1. |
Nik Mohammad Dost Mohammad (alias Nik Mohammad) Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Zangi Abad, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta’ Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban, b’hekk jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani |
2. |
Atiqullah Titlu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962. Post tat-twelid: Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan b) Distrett ta’ Arghandab Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alizai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f’Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjali tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. |
3. |
Abdul Kabir Mohammad Jan (alias A. Kabir). Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill taħt il-Ministri tar-reġim tat-Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangarhar taħt ir-reġim tat-Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta’ Baghlan, l-Afganistan, (b) Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Jiġbor flus minn traffikanti tad-droga, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f’Ottubru 2007. |
4. |
Mohammad Naim Barich Khudaidad (alias (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran). Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Avjazzjoni Ċivili tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Lakhi, Żona ta’ Hazarjuft, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Laki, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Lakari, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (e) Raħal ta’ De Luy Wiyalah, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Gerd-e-Jangal tat-Taliban minn Ġunju 2008, (b) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban minn Marzu 2010, (c) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan mill-2008, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Barich. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta’ Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. |
5. |
Abdul Baqi Basir Awal Shah (alias Abdul Baqi) Titlu: (a) Maulavi; (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban; (b) Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban; (c) Dipartiment Konsulari, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1960-1962 Post tat-twelid: (a) Belt ta’ Jalalabad, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan; (b) Distrett ta’ Shinwar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar fl-2008. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdul Baqi inizjalment serva bħala Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika għar-reġim Taliban. Susseġwentement inħatar Viċi-Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura. Huwa serva wkoll fid-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Matul l-2003, Abdul Baqi kien involut f’attivitajiet militari kontra l-gvern fid-Distretti ta’ Shinwar, Achin, Naziyan u Dur Baba tal-Provinċja ta’ Nangarhar. Mill-2009 kien impenjat fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet militanti fir-reġjun kollu tal-lvant, b’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Nangarhar u fil-Belt ta’ Jalalabad. |
6. |
Rustum Hanafi Habibullah (alias (a) Rostam Nuristani (b) Hanafi Sahib). Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, Distrett ta’ Do Aab, Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan, f’Mejju 2007, (b) Jappartjeni għat-tribù Nuristani, (c) Allegatament deċedut fil-bidu tal-2012. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. |
7. |
Mohammad Wali Mohammad Ewaz (alias Mohammad Wali) Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Jelawur, Distrett ta’ Arghandab, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan; (b) Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament deċedut f’Diċembru 2006 (b) Kien jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta’ spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban. |
8. |
Sayed Esmatullah Asem Abdul Quddus (alias (a) Esmatullah Asem (b) Asmatullah Asem) (c) Sayed Esmatullah Asem) Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: Qalayi Shaikh, Distrett ta’ Chaparhar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membru tax-Shura tat-Taliban f’Peshawar, (d) Responsabbli għal attivitajiet Talibani fl-Afganistan f’Żoni Tribali taħt Ammistrazzjoni Federali, il-Pakistan, fl-2008, (e) Espert ewlieni f’attakki suwiċidi b’IED fl-2012. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Fil-mument meta ddaħħal fil-lista, Sayed Esmatullah Asem kien ukoll is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. F’Mejju 2007, sar membru tat-tmexxija Talibana. Kien ukoll membru ta’ Kunsill reġjonali Taliban fl-2009. Sayed Esmatullah Asem kien il-kmandant ta’ grupp ta’ ġellieda Talibani fid-Distrett ta’ Chaparhar, il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Huwa kien kmandant Taliban fil-Provinċja ta’ Konar, li, fl-2007, bagħat qattiela suwiċidi bil-bombi lejn diversi provinċji fil-lvant tal-Afganistan. Lejn tmiem l-2008, Sayed Esmatullah Asem kien responsabbli għal bażi militari ta’ tħejjija Talibana fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. |
9. |
Ahmad Taha Khalid Abdul Qadir. Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Paktia (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, (b) Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Siddiq Khel, Distrett ta’ Naka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar mill-2011, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Zadran, (d) Soċju mill-qrib ta’ Sirajjudin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Taha kien ukoll Gvernatur taħt ir-reġim Taliban fil-provinċja ta’ Kunar fl-aħħar tal-2001. Huwa kien responsabbli mill-Provinċja ta’ Wardak għat-Taliban f’Settembru 2009. |
10. |
Mohammad Shafiq Ahmadi Fatih Khan (alias Mohammad Shafiq Ahmadi) Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Charmistan, Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001. |
11. |
Abdul Wahab Abdul Ghafar (alias Abdul Wahab) Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Chargé d’Affaires tat-Taliban f’Riyadh, l-Arabja Sawdija, (b) l-Ewwel Segretarju, Ambaxxata tat-Taliban f’Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: Villaġġ ta’ Kuzbahr, Distrett ta’ Khogyani, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta fl-2010, (b) Ikkonfermat li miet f’Diċembru tal-2010 fil-Pakistan, (c) Kien jappartjeni għat-tribù Khogyani. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. |
12. |
Abdul Qadeer Basir Abdul Baseer (alias (a) Abdul Qadir (b) Ahmad Haji (c) Abdul Qadir Haqqani (d) Abdul Qadir Basir). Titlu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Militari, Ambaxxata tat-Taliban, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Surkh Rod, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. (b) Distrett ta’ Hisarak, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: (a) Konsulent finanzjarju għall-Kunsill Militari tat-Taliban f’Peshawar u Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban f’Peshawar, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdul Qadeer Abdul Baseer kien it-teżorier tat-Taliban f’Peshawar, il-Pakistan, fl-2009. Huwa kien il-konsulent finanzjarju tal-Kunsill Militari tat-Taliban ta’ Peshawar u l-kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban ta’ Peshawar fil-bidu tal-2010. Huwa jgħaddi personalment il-flus mit-tmexxija tax-shura tat-Taliban lill-gruppi Talibani fil-Pakistan kollu. |
13. |
Mohammad Sadiq Amir Mohammad. Titlu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan (b) Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: Allegatament deċedut. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Mohammad Sadiq Amir Mohammad kien membru tal-majlis shura ġdida allegatament imħabbra minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006. |
14. |
Agha Jan Alizai (alias (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha (f) Abdul Habib). Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta’ Hitemchai, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk ta’ traffikar tad-droga fil-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta’ traffikar tad-drogi f’Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi lit-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta’ traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta’ traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qablu li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżergħa l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi. It-Taliban qabel ukoll li jipprovdi sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u tas-siti ta’ ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasportazzjoni lill-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta’ armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa’ ma’ mexxejja anzjani Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta’ passaporti qarrieqa Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai ipprovda passaport u fondi lil kmandant tat-Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran. |
15. |
Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (alias Saleh Mohammad). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1962, (b) l-1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Nalgham, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Sangesar, Distrett ta’ Panjway, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzata ta’ kuntrabandu fil-provinċji ta’ Kandahar u Helmand, l-Afganistan, (b) Qabel ħaddem laboratorji ta’ pproċessar tal-eroina f’Band-e-Timor, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (c) Kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Mirwais Mena, Distrett ta’ Dand fil-Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (d) Arrestat fl-2008-2009 u nżamm taħt kustodja fl-Afganistan fl-2011, (e) Konness biż-żwieġ ma’ Mullah Ubaidullah Akhund Yar Mohammad Akhund (f) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzata ta’ kuntrabandu fil-Provinċji ta’ Kandahar u Helmand, l-Afganistan, li kienet tissodisfa l-bżonnijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta’ pproċessar ta’ eroina fl-inħawi ta’ Band-e-Timor tal-Provinċja ta’ Kandahar, li kienu protetti mit-Taliban. Kakar kien f’kuntatt ma’ mexxejja anzjani tat-Taliban, ġabar flus kontanti f’isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi, u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil membri anzjani tat-Taliban. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f’isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Kandahar u pprovda lit-Taliban b’vetturi biex jintużaw f’attakki suwiċidi. |
16. |
Sangeen Zadran Sher Mohammad (alias (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori) Titolu: a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi) b) Mullah Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor 1976 b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Data tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta’ Ziruk, Provinċja ta’ Paktika, Afghanistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow Gvernatur għall-provinċja ta’ Paktika, l-l-Afganistan, u kmandant tan-Netwerk Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afgansitan u l-Pakistan. Logutenent Anzjan għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (b) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU: 16.8.2011. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta’ Haqqani. In-Netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta’ profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta’ Haqqani Sirajuddin Haqqani. Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta’ ġellieda f’attakki madwar ix-Xlokk tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta’ ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f’bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED). Barra mir-rwol tiegħu f’dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta’ Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. |
17. |
Jan Mohammad Madani Ikram Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Chargé d’Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1954-1955. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Alizai. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. |
18. |
Abdul Manan Mohammad Ishak Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Segretarju Ewlieni, Ambaxxata Talibana, Riyadh, l-Arabja Sawdija (b) Attaché Kummerċjali, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1940-1941. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Abdul Manan sar kmandant għoli Taliban fil-Provinċji ta’ Paktia, Paktika u Khost tal-Lvant tal-Afganistan. Huwa kien ukoll responsabbli għall-moviment tal-ġellieda u l-armi Talibani minn naħa għal oħra tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. |
19. |
Din Mohammad Hanif (alias (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad). Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b) 1.1.1969 (bħala Iadena Mohammad) Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan. (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad) Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001. |
B. Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban
1. |
Haji Khairullah Haji Sattar money exhange (alias (a) Hai Khairullah Money Exchange (b) Haji Khair Ullah Money Service (c) Haji Salam Hawala (d) Haji Hakim Hawala (e) Haji Alim Hawala (f) Sarafi-yi Haji Khairullah Haji Satar Haji Esmatullah (g) Haji Khairullah- Haji Sattar Sarafi (h) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Chohar Mir Road, Kandahari Bazaar, Quetta City, Baluchistan Province, Pakistan; ii) Room number 1, Abdul Sattar Plaza, Hafiz Saleem Street, Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Shop number 3, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Office number 3, Near Fatima Jinnah Road, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Kachara Road, Nasrullah Khan Chowk, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Wazir Mohammad Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: Peshawar, Khyber Paktunkhwa Province, Pakistan; (c) Branch Office 3: Moishah Chowk Road, Lahore, Punjab Province, Pakistan; (d) Branch Office 4: Karachi, Sindh Province, Pakistan; (e) Branch Office 5: i) Larran Road number 2, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan ii) Chaman Central Bazaar, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan; (f) Branch Office 6: Shop number 237, Shah Zada Market (magħruf ukoll bħala Sarai Shahzada), Puli Khisti area, Police District 1, Kabul, Afghanistan, Telefon: +93-202-103386, +93-202-101714, 0202-104748, Mobile: +93-797-059059, +93-702-222222 (g) Branch Office 7: i) Shops number 21 and 22, 2nd Floor, Kandahar City Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) New Sarafi Market, 2nd Floor, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan iii) Safi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan; (h) Branch Office 8: Gereshk City, Nahr-e Saraj District, Helmand Province, Afghanistan; (i) Branch Office 9: i) Lashkar Gah Bazaar, Lashkar Gah, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan ii) Haji Ghulam Nabi Market, 2nd Floor, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan; (j) Branch Office 10: i) Suite numbers 196-197, 3rd Floor, Khorasan Market, Herat City, Herat Province, Afghanistan ii) Khorasan Market, Shahre Naw, District 5, Herat City, Herat Province, Afghanistan; (k) Branch Office 11: i) Sarafi Market, Zaranj District, Nimroz Province, Afghanistan ii) Ansari Market, 2nd Floor, Nimroz Province, Afghanistan; (l) Branch Office 12: Sarafi Market, Wesh, Spin Boldak District, Afghanistan; (m) Branch Office 13: Sarafi Market, Farah, Afghanistan; (n) Branch Office 14: Dubai, United Arab Emirates; (o) Branch Office 15: Zahedan, Iran; (p) Branch Office 16: Zabul, Iran. Numri tat-taxxa u tal-liċenzja: (a) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 1774308; (b) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 0980338; (c) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 3187777; (d) Numru tal-Liċenzja Afgan ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Flus: 044. Informazzjoni oħra: (a) Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange kien jintuża mit-tmexxija tat-Taliban biex jiġu ttrasferiti flus lil kmandanti tat-Taliban biex jiġu ffinanzjati ġellieda u operaturi fl-Afganistan fl-2011. (b) Assoċjat ma’ Abdul Sattar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS) jappartjeni b’mod konġunt għal Abdul Satar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Satar u Khairullah ħaddmu skambji ta’ flus fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Mexxejja tat-Taliban użaw l-HKHS biex iqassmu flus lil gvernaturi alternattivi u kmandanti u biex jirċievu trasferimenti ta’ hawala (rimessa ta’ flus informali) għat-Taliban. Fl-2011, it-tmexxija tat-Taliban għaddiet flus lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan bl-użu tal-HKHS. Lejn l-aħħar tal-2011, il-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, intużat biex tibgħat flus lill-gvernatur alternattiv tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Helmand. F’nofs l-2011, kmandant tat-Taliban uża fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja ġellieda u operaturi fl-Afganistan. Wara li t-Taliban iddepożitaw ammont sinfikanti ta’ flus kontanti kull xahar ma’ din il-fergħa tal-HKHS, kmandanti tat-Taliban setgħu jaċċessaw il-fondi minn kwalunkwe fergħa tal-HKHS. Il-persunal tat-Taliban użaw l-HKHS fl-2010 biex jittrasferixxu flus lil hawalas fl-Afganistan fejn kmandanti operazzjonali setgħu jaċċessaw il-fondi. Lejn tmiem l-2009, il-mexxej tal-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah ħa ħsieb il-moviment ta’ fondi tat-Taliban permezz tal-HKHS. |
II. L-entrati ta’ hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK.
A. Individwi assoċjati mat-Taliban
1. |
Abdul Rauf Zakir (alias Qari Zakir) Titlu: Qari Data tat-twelid: Bejn l-1969 u l-1971 Post tat-Twelid: Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan Nazzjonalità: Afgana Informazzjoni oħra: (a) Kap tal-operazzjonijiet suwiċida għan-Netwerk ta’ Haqqan taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u responsabbli għall-operazzjonijiet kollha fil-provinċji ta’ Kabul, Takhar, Kunduz u Baghlan. (b) Jissorvelja t-taħriġ tal-attakkanti suwiċida u jagħti struzzjonijiet dwar kif jinbena apparat esplożiv improvviżat (IEDs). Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012. |
B. Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban
1. |
Haqqani Network (alias HQN) Informazzjoni oħra: (a) Netwerk ta’ ġellieda Talibani kkonċentrati madwar il-fruntiera bejn il-Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan u t-Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. (b) Twaqqaf minn Jalaluddin Haqqani u attwalment immexxi minn ibnu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Membri oħra elenkati jinkludu Nasiruddin Haqqani, Sangeen Zadran Sher Mohammad, Abdul Aziz Abbasin, Fazl Rabi, Ahmed Jan Wazir, Bakht Gul, Abdul Rauf Zakir. (c) Responsabbli mill-attakki suwiċida u qtil immirat kif ukoll ħtif f’Kabul u provinċji oħra tal-Afganistan. (d) Konness mal-Al-Qaida, il-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan, Tehrik-e Taliban Pakistan, Lashkar I Jhangvi, u Jaish-IMohammed. Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012 |