This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0004
Commission Directive 2009/4/EC of 23 January 2009 counter measures to prevent and detect manipulation of records of tachographs, amending Directive 2006/22/EC of the European Parliament and of the Council on minimum conditions for the implementation of Council Regulations (EEC) Nos 3820/85 and 3821/85 concerning social legislation relating to road transport activities and repealing Council Directive 88/599/EEC (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/4/KE tat- 23 ta’ Jannar 2009 Kontromiżuri għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-manipulazzjoni tar-rekords tat-takografi, li jemendaw id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/4/KE tat- 23 ta’ Jannar 2009 Kontromiżuri għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-manipulazzjoni tar-rekords tat-takografi, li jemendaw id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 21, 24.1.2009, pp. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/39 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/4/KE
tat-23 ta’ Jannar 2009
Kontromiżuri għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-manipulazzjoni tar-rekords tat-takografi, li jemendaw id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/22/KE, l-emendi għall-Annessi ta' dik id-Direttiva li huma meħtieġa sabiex dawn jiġu adattati għall-aħjar prattiki li jkunu qed jiġu żviluppati fil-qasam tal-infurzar u tal-kontrolli tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-perjodi ta' mistrieħ għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(2) tiegħu. |
|
(2) |
Wara l-introduzzjoni tat-takografu diġitali, il-Kummissjoni ġiet infurmata dwar theddida ġdida li nħolqot b'riżultat tal-istallazjoni ta' apparat li huwa intenzjonat li jiffroda lis-sistema u b'hekk inaqqas l-effettività tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq. |
|
(3) |
Għaldaqstant jixraq li jiġi żgurat li l-Istati Membri jinkludu kontrolli speċifiċi dwar dak l-apparat fil-kontrolli mwettqa fit-triq u f’dawk imwettqa fl-impriżi. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' dawn il-kontrolli, huwa neċessarju wkoll li jiġi ddefinit aktar l-apparat standard li se jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali tal-infurzar. |
|
(5) |
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/22/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (2), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/22/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti A tal-Anness I, qed jiżdied il-punt 5 li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, għandu jiżdied il-punt 3 li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi Presidenti