This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1359
Commission Regulation (EC) No 1359/2007 of 21 November 2007 laying down the conditions for granting special export refunds on certain cuts of boned meat of bovine animals (Codified version)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal- 21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (Verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal- 21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835
22.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 304/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1359/2007
tal-21 ta’ Novembru 2007
li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), b’mod partikolari l-Artikoli 33(12) u 41 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 ta’ l-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont tagħhom. |
(3) |
Minħabba s-sitwazzjoni tas-suq, is-sitwazzjoni ekonomika fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u l-intenzjoni li jinbiegħu ċerti prodotti fis-settur, il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq dawn il-prodotti għandu jiġi stabbilit. B’mod partikolari, kondizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għal ċerti qatgħat ta’ laħam li jsiru bid-dissussar tar-robbi ta’ bhejjem maskili. |
(4) |
Biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jiġu osservati, proċedura speċjali ta’ sorveljanza għandha tiġi introdotta. L-oriġini tal-prodott jista’ jiġi awtentikat billi jsir ċertifikat fuq il-mudell ta’ l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 ta’ l-20 t'April 2007 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella (4). |
(5) |
Bil-għan li jistgħu jiġu applikati b’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-għoti tar-rifużjonijiet għandhom jiġu speċifikati l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni u, fejn approprjat, it-tqattiegħ u d-dissussar għandhom isiru fl-Istat Membru li fih l-annimali jkunu nqatlu. |
(6) |
Għandu jiġi speċifikat li l-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali għandu jkun bil-kondizzjoni li l-laħam imqatta’ li jsir bl-iddissussar tar-robbi imqiegħed taħt sorveljanza jiġi esportat. Madankollu, fir-rigward tar-robbi warranija, bl-għan li jinkisbu prezzijiet aħjar fil-Komunità, huwa opportun li jiġu stabbiliti ċerti eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali, mingħajr ma jiġi pperikolat l-għan li jinħeles is-suq tal-Komunità. Iċ-ċirkostanzi li fihom il-kondizzjoni li wieħed jesporta l-laħam kollu miksub ma jiġix issodisfatt għalkollox mingħajr ma wieħed jitlef il-jedd għal rifużjoni għandhom jiġu stabbiliti. Madanakollu, dik il-possibiltà għandha tkun limitata u għandha tkun soġġetta għal restrizzjonijiet li jipprevjenu l-abbuż. |
(7) |
Safejn għandhom x’jaqsmu l-limiti ta’ żmien u l-prova ta’ l-esportazzjoni, għandha ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (5). |
(8) |
L-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar imħażen ta’ l-ikel previst fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 hija inkompatibbli ma’ l-għan ta’ dan ir-Regolament. M’hemmx il-ħtieġa għalhekk li ssir xi dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti indikati fl-imsemmi Artikolu 40 għall-prodotti in kwistjoni. |
(9) |
Minħabba n-natura speċjali ta’ din ir-rifużjoni, ebda sostituzzjoni m’għandha tiġi permessa u ebda mezz ta’ identifikazzjoni tal-prodotti in kwistjoni m’għandu jkun previst. |
(10) |
Il-metodu li bih l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti li fuqhom ikunu ngħataw rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għandu jiġi stabbilit. |
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qatgħat bla għadam mill-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta’ wara friski jew iffriżati ta’ qobla maskili adulti b’medja ta’ kontenut ta’ dgħif tal-laħam ta’ 55 % jew aktar għandu, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jikkwalifikaw għal rifondi speċjali ta’ l-esportazzjoni.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“il-kwarti ta’ quddiem” għandha tfisser il-parti ta’ quddiem mhux separata, kif definit fin-Noti Addizzjonali 1.A(d) u (e) tal-Kapitolu 2 tan-nomenklatura magħquda, qatgħat dritti jew qatgħat Pistola; |
(b) |
“il-kwarti ta’ wara” għandha tfisser il-kwarti ta’ wara separati jew mhux separati, kif definit fin-Noti Addizzjonali 1.A(f) u (ġ) tal-Kapitolu 2 tan-nomenklatura magħquda, b’massimu ta’ tmien kustilji jew tmien pari ta’ kustilji, ta’ qatgħa dritta jew ta’ qatgħa Pistola. |
Artikolu 3
1. L-operatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti indikati mill-Istati Membri dikjarazzjoni li tistqarr l-intenzjoni tiegħu li jneħħi l-għadam jew tal-kwarti ta’ quddiem jew tal-kwarti ta’ wara kif definit fl-Artikolu 1 permezz tat-termini ta’ dan ir-Regolament u li jesporta, suġġett għall-Artikolu 7, il-kwantità sħiħa ta’ qatgħat bla għadam miksuba, b’kull qatgħa ppakkjata individwalment.
2. Id-dikjarazzjoni għandha tiddeskrivi u tiddikjara l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu dissussati.
Din għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat li mudell tiegħu jinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 433/2007, maħruġ skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel paragrafu ta’ Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. Iżda, in-Noti B u Ċ u l-kaxxa 11 ta’ dak iċ-ċertifikat m’għandhomx jgħoddu. Id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għandhom jgħoddu mutatis mutandis sakemm il-prodotti jitqiegħdu taħt is-sorveljanza kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
3. Malli d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom iniżżlu fuqha d-data ta’ l-aċċettazzjoni, ir-robbi li għandhom jiġu dissussati għandhom jitqiegħdu taħt is-sorveljanza ta’ dawk l-awtoritajiet, li għandhom jistabbilixxu l-piż nett tal-prodotti u jdaħħlu dan fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 4
Il-perjodu li fih ir-robbi warranija għandhom jiġu dissussati għandu jkun, ħlief f’ċirkostanzi ta’ forża maġġuri, ta’ għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 3.
Artikolu 5
1. Wara t-tneħħija ta’ l-għadam, l-operatur għandu jissottometti għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti wieħed jew aktar “ċertifikati ta’ laħam bla għadam”, li mudelli dwarhom huma mogħtija fl-Annessi I u II u fil-kaxxa 7 iġibu n-numru taċ-ċertifikat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3(2).
2. In-numri taċ-“ċertifikati tal-laħam dissussat” għandu jiddaħħal fil-kaxxa 9 taċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 3 (2). Dan iċ-ċertifikat ta’ l-aħħar, mimli kif għandu jkun, għandu jintbagħat mill-mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni meta “ċertifikati tal-laħam dissussat” li jikkorrispondu mal-kwantità sħiħa tal-laħam dissussat mir-robbi meħuda taħt sorveljanza ikunu ġew iċċertifikati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Iċ-“ċertifikati tal-laħam dissussat” għandhom jintbagħtu meta l-formalitajiet tad-dwana msemmija f’Artikolu 6 jkunu tlestew.
4. Id-dissussar għandu jsir u l-formalitajjiet tad-dwana għall-esportazzjoni għandhom jitlestew fl-Istat Membru li fih l-annimali jkunu nqatlu.
Artikolu 6
1. Il-formalitajiet tad-dwana għall-esportazzjoni mill-Komunità fil-każ tal-provvisti kif imsemmija f’Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jew għall-prodotti mqiegħda taħt arranġmenti relatati ma’ l-imħażen tad-dwana qabel l-esportazzjoni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1741/2006 tal-Kummissjoni (6) għandhom isiru fl-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 3 tiġi aċċettata.
2. Fil-kaxxa 11 taċ-“ċertifikat tal-laħam bl-għadam” l-awtoritajiet tad-dwana għandhom idaħħlu n-numri tar-referenza u d-dati tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.
3. Wara li l-formalitajiet tad-dwana li jkopru l-qatgħat għall-esportazzjoni jitlestew, “iċ-ċertifikat tal-laħam bl-għadam” għandu jintbagħat b’mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni.
Artikolu 7
1. Ħlief fil-każi ta’ force majeure, ir-rifużjonijiet speċjali għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li tiġi esportata l-kwantità totali tal-qatgħat li jirriżultaw bid-dissussar li jkun sar taħt is-superviżjoni skond Artikolu 3(3) u li jintwerew fuq iċ-ċertifikat/i kif previst f’Artikolu 5(1).
2. Madankollu, l-operaturi għandhom jiġu awtorizzati biex ma jesportawx il-kwantità totali tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar tar-robbi warranija.
Jekk il-kwantità li għandha tiġi esportata tammonta għal mill-inqas 95 % tal-piż totali tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar taħt supervizjoni skond Artikolu 3(3), ir-rifużjoni speċjali għandha titħallas.
Jekk il-kwantità li għandha tiġi esportata tammonta għal mill-inqas 95 %, iżda mhux anqas minn 85 %, tal-piż totali tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar, ir-rifużjoni speċjali li għandha titħallas għandha titnaqqas.
L-ammont li bih ir-rata għandha titnaqqas għandu jiġi deċiż meta r-rata tar-rifużjoni konċernata tiġi ffissata jew mibdula. Dan għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fid-dawl tal-valur tad-diversi qatgħat li x’aktarx jibqgħu fis-suq tal-Komunità.
3. L-għadam, l-għeruq il-kbar, il-qarquċa, il-bċejjeċ tax-xaħam u tilqit ieħor li jibqa’ wara d-dissussar jistgħu jinbiegħu fis-suq tal-Komunità.
4. L-operaturi li jixtiequ jieħdu vantaġġ minn xi waħda mill-għażliet previsti fil-paragrafu 2 għandhom isemmu dan fid-dikjarazzjonijiet tagħhom kif previst f’Artikolu 3(1).
B’żieda ma’ dan, iċ-ċertifikat/i previst(i) f’Artikolu 5 (1) għandu/hom juri(u):
(a) |
fil-kaxxa 4, il-piż totali nett tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar u, fejn jgħodd, iċ-ċertifikazzjoni:
|
(b) |
fil-kaxxa 6, il-piż nett li għandu jiġi esportat. |
5. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd ta’ tipi ta’ qatgħat li l-operaturi jistgħu jiddeċiedu li ma jesportawx għal tnejn kull operazzjoni ta’ dissussar.
6. Jekk il-kwantità esportata tkun anqas mill-piż li jidher fil-kaxxa 6 taċ-ċertifikat/i previst/i f’Artikolu 5 (1), ir-rifużjoni speċjali għandha titnaqqas. Il-perċentwal tat-tnaqqis għandu jkun:
(a) |
meta d-differenza bejn il-piż esportat u dak li jidher fil-kaxxa 6 taċ-ċertifikat/i previst/i f’Artikolu5 (1) jinstab li ma jkunx jeċċedi l-10 %, ħames darbiet tal-perċentwal tad-differenza fil-piż; |
(b) |
fil-każi l-oħra, 80 % tar-rata tar-rifużjoni fuq prodotti koperti, skond kif ikun il-każ, bil-kodiċi NM 0201 30 00 9100 jew 0201 30 00 9120, applikabbli fid-data li tidher fil-kaxxa 21 tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li fuq il-bażi tagħha l-formalitajiet imsemmija f’Artikolu 5(1) jew 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ikunu saru. |
Il-piena prevista f’Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m’għandhiex tapplika fil-każi koperti b’dan il-paragrafu.
Artikolu 8
Permezz ta’ deroga minn Artikolu 5(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu:
(a) |
li “ċertifikat ta’ laħam dissussat” wieħed li jkun ikopri l-kwantità sħiħa ta’ laħam li jirriżulta mill-operazzjoni tad-dissussar jinħareġ flimkien maċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 3(2); |
(b) |
li ż-żewġ ċertifikati imsemmija f’punt (a) jitressqu simultanjament meta l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni tad-dwana jkunu tlestew; |
(ċ) |
li ż-żewġ ċertifikati imsemmija f’punt (a) jintbagħtu flimkien taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 6(3). |
Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għas-sorveljanza u għandhom javżaw b’dawn lill-Kummissjoni. Dawn għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex is-sostituzzjoni tal-prodotti in kwistjoni tkun impossibbli, b’mod partikolari billi tiġi identifikata kull biċċa laħam.
2. Ebda laħam ħlief dak kopert b’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-laħam tal-majjal, ma jista’ jkun preżenti fil-kamra tad-dissussar meta l-laħam in kwistjoni jkun qiegħed jiġi dissussat, imnaddaf jew ippakkjat.
3. It-tneħħija ta’ l-għadam tal-kwarti ta’ quddiem u tal-kwarti ta’ wara fl-istess ħin u fl-istess kamra tad-dissussar għandu jkun ipprojbit.
4. Il-boroż, il-kaxxi jew materjal ieħor ta’ l-ippakkjar li fihom jitqiegħdu l-qatgħat dissussati għandhom ikunu ssiġillati uffiċjalment mill-awtoritajiet kompetenti u jkollhom fuqhom il-partikolaritajiet li jippermettu li l-laħam dissussat ikun jista’ jiġi identifikat, b’mod partikolari l-piż nett, it-tip u l-għadd tal-qatgħat u n-numru tas-serje.
Artikolu 10
Fil-każ taċ-ċertifikati previsti f’Artikolu 5 (1), iċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti kull tliet xhur u li jkopru qatgħat dissussati li jirriżultaw minn robbi warranija, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dan li ġej fit-tieni xahar wara kull tliet xhur:
(a) |
il-piż totali nett li jidher fiċ-ċertifikati koperti mill-każi previsti f’Artikolu 7 (1); |
(b) |
il-piż totali nett li jidher fiċ-ċertifikati koperti mill-każi previsti f’Artikolu 7 (1) — kondizzjoni 95 %; |
(ċ) |
il-piż totali nett li jidher fiċ-ċertifikati koperti mill-każi previsti f’Artikolu 7 (1) — kondizzjoni’ 85 %. |
Artikolu 11
Ir-Regolament (KEE) Nru 1964/82 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għand jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2007
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).
(3) Ara l-Anness III.
(4) ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3.
(5) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1001/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 9).
(6) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7.
ANNESS III
Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3169/87 |
l-Artikolu 1(2) biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2469/97 |
l-Artikolu 1 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1452/1999 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1470/2000 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2772/2000 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006 |
l-Artikolu 2 biss |
ANNESS IV
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 1964/82 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1 |
Artikolu 1, it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(a) |
Artikolu 1, it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 2(b) |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6(1), (2) u (3) |
Artikolu 7(1), (2) u (3) |
Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 6(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(6), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 6(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 7(6), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 6(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 8(a) |
Artikolu 7(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 8(b) |
Artikolu 7(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 8(ċ) |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 8, it-tielet subparagrafu |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 8, ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 9, l-ewwel inċiż |
Artikolu 10(a) |
Artikolu 9, it-tieni inċiż |
Artikolu 10(b) |
Artikolu 9, it-tielet inċiż |
Artikolu 10(ċ) |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |