Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2116

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004 tat- 2 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede

    ĠU L 367, 14.12.2004, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 253–254 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1111

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2116/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    253


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2116/2004

    tat-2 ta' Diċembru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunisdra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ konjugi (1) jipprevedi li deċiżjonijiet dwar l-invalidità ta' żwieġ li jittieħdu taħt it-Trattati bejn is-Santa Sede u l-Portugall, l-Italja u Spanja (Konkordati) għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri skond il-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III ta' dak ir-Regolament.

    (2)

    L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 ġie emendat mill-Anness II ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 sabiex jissemma' l-Ftehim ta' Malta mas-Santa Sede tat-3 ta' Frar 1993 dwar ir-rikonoxximent ta' l-effetti ċivili taż-żwiġijiet kanoniċi u tad-deċiżjonijiet ta' awtoritajiet u tribunali ekkleżjastiċi fuq dawk iż-żwiġijiet, bit-tieni Protokoll Addizzjonali tas-6 ta' Jannar 1995.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li rrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2004 u ser japplika mill-1 ta' Marzu 2005 fl-Istati Membri kollha ħlief fid-Danimarka.

    (4)

    Malta talbet illi l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, li jikkorrispondi għall-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) 1347/2000, jiġi emendat sabiex jissemma' l-Ftehim tagħha mas-Santa Sede.

    (5)

    L-Artikolu 57 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jipprevedi li l-atti adottati qabel l-adeżjoni li jeħtieġu adattament minħabba fl-adeżjoni jistgħu jiġu adattati bis-saħħa ta' proċedura simplifikata li biha l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

    (6)

    Huwa ġustifikat li titqies it-talba ta' Malta u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 kif xieraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 qed jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    fil-paragrafu 3, għandu jiżdied il-punt li ġej:

    “(ċ)

    Ftehim tat-3 ta' Frar 1993 bejn is-Santa Sede u Malta dwar ir-rikonoxximent ta' l-effetti ċivili taż-żwiġijiet kanoniċi u tad-deċiżjonijiet ta' awtoritajiet u tribunali ekkeleżjastiċi fuq dawk iż-żwiġijiet, bit-tieni Protokoll Adizzjonali tas-6 ta' Jannar 1995”;

    (2)

    il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

    “4.   Ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 jistgħu, fi Spanja, fl-Italja jew f'Malta, jkunu suġġetti għall-istess proċeduri u għall-istess verifiki kif applikabbli għad-deċiżjoniiet tal-qrati ekkleżjastiċi mogħtija fi qbil mat-trattati internazzjonali konklużi mas-Sante Sede msemmija fil-paragrafu 3.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbbli fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, nhar it-2 ta' Diċembru 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. P. H. DONNER


    (1)  ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 19. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2004 (ĠU L 318, 19.10.2004, p. 7).

    (2)  ĠU L 338, tat-23.12.2003, p. 1.


    Top