EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0064

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/64/KE tal-31 ta' Awissu 2001 li temenda d-Direttiva 66/401/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf u d-Direttiva 66/402/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali

ĠU L 234, 1.9.2001, p. 60–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/64/oj

32001L0064



Official Journal L 234 , 01/09/2001 P. 0060 - 0061


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/64/KE

tal-31 ta' Awissu 2001

li temenda d-Direttiva 66/401/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf u d-Direttiva 66/402/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Minħabba r-raġunijiet elenkati hawn taħt, id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [4] u d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [5] għandhom jiġu emendati.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/650/KE [6] organizzat esperiment temporanju taħt kondizzjonijiet speċifiċi, bl-għan li tagħmel estimi ta' jekk il-kummerċ taż-żerriegħa fil-massa lejn il-konsumatur finali ma' jkollu l-ebda effett ħażin fuq il-kwalità taż-żerriegħa meta mqabbla mal-livell ta' kwalità milħuq permezz tas-sistema preżenti skond id-Direttivi 66/401/KEE u 66/402/KEE.

(3) Wara dak l-esperiment temporanju, huwa xieraq li jkun permissibbli li l-kummerċ taż-żerriegħa fil-massa lejn il-konsumatur finali fuq bażi permanenti, soġġett għall-osservanza tal-kondizzjonijiet speċifiċi, u d-Direttivi 66/401/KEE u 66/402/KEE għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 66/401/KEE u 66/402/KEE għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu segwenti għandu jkun miżjud:

"Artikolu 10d

1. L-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mill-Artikoli 8, 9 u 10, jipprovdu simplifikazzjoni tad-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-apparat ta' għeluq u l-immarkar tal-pakketti fil-każ tal-kummerċ taż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata" fil-massa lejn il-konsumatur finali.

2. Il-Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deroga permezz tal-paragrafu 1 t'hawn fuq għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 21(2).

Sakemm dawn il-miżuri jkunu adottati, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/650/KE [8] għandhom ikunu applikabbli."

2. L-Artikolu 21 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 21

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 66/399/KEE (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ "il-Kumitat").

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [*] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23. għandhom ikunu applikabbli.

Il-perjodu li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu."

Artikolu 2

Id-Direttiva 66/402/KEE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 10a

1. L-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mill-Artikoli 8, 9 u 10, jipprovdu simplifikazzjoni tad-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-apparat ta' l-għeluq u l-immarkar tal-pakketti fil-każ tal-kummerċ taż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata" bil-massa lejn il-konsumatur finali.

2. Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deroga permezz tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 21(2).

Sakemm dawn il-miżuri ikunu adottati, l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/650/KE [*] ĠU L 252, tat-28.9.1994, pġ. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/441/KE (ĠU L 176, tal-15.7.2000, pġ. 50). għandhom ikunu applikabbli."

2. L-Artikolu 21 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 21

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija stabbilit permezz ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 66/399/KEE (minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat").

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [*] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23. għandhom ikunu applikabbli.

Il-perjodu li hemm provvedimet dwaru fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu."

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Marzu 2002. Huma għandhom jinfurmaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif dawn ir-referenzi għandhom isiru għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-31 ta' Awissu 2001.

Għall-Kunsill

L. Michel

Il-President

[1] ĠU C 212 E, tal-31.7.2001.

[2] L-Opinjoni mogħtija fl-4 ta’ Lulju 2001.

[3] L-Opinjoni mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2001.

[4] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2298/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 98/96/KE (ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, pġ. 27).

[5] ĠU 125, tal- 11.7.1996, pġ. 2309/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/54/KE (ĠU L 142, tal-5.6.1999, pġ. 30).

[6] ĠU L 252, tat-28.9.1994, pġ. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/441/KE (ĠU L 176, tal-15.7.2000, pġ. 50).

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

[8] ĠU L 252, tat-28.9.1994, pġ. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/441/KE (ĠU L 176, tal-15.7.2000, pġ. 50).

--------------------------------------------------

Top