This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0650
Case C-650/17: Request for a preliminary ruling from the Bundespatentgericht (Germany) lodged on 21 November 2017 — QH
Kawża C-650/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2017 – QH
Kawża C-650/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2017 – QH
ĠU C 52, 12.2.2018, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2017 – QH
(Kawża C-650/17)
(2018/C 052/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: QH
Domandi preliminari
1. |
Prodott huwa protett minn privattiva bażika fis-seħħ, konformement mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 (1), biss meta jkun jaqa’ fl-ambitu tas-suġġett tal-protezzjoni ddefinit mill-pretensjonijiet tal-privattiva u jkun għalhekk ipprovdut lill-espert bħala mod konkret ta’ realizzazzjoni? |
2. |
Il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 ma jkunux għalhekk suffiċjentement issodisfatti meta l-prodott inkwistjoni jissodisfa d-definizzjoni funzjonali ġenerali li l-pretensjonijiet tal-privattiva jagħtu ta’ kategorija ta’ ingredjenti attivi iżda ma jkunx madankollu individwalizzat bħala mod konkret ta’ realizzazzjoni dedott mill-metodu protett mill-privattiva bażika? |
3. |
Prodott ma jkunx diġà protett minn privattiva bażika fis-seħħ, konformement mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009, meta jkun jaqa’ fid-definizzjoni funzjonali mogħtija fil-pretensjonijiet tal-privattiva iżda jkun ġie żviluppat wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal privattiva bażika f’attività inventiva awtonoma? |
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).