EUR-Lex Достъп до правото на Европейския съюз

Обратно към началната страница на EUR-Lex

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 32014R0766

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 766/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 209, 16.7.2014г., стр. 9—11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Правен статус на документа В сила

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/766/oj

16.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 766/2014

tal-11 ta' Lulju 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Prodott ippreżentat f'forma likwida u ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut fi fliexken b'kontenut ta' 200 ml, 500 ml jew 1 000  ml.

Il-prodott jikkonsisti minn:

klorur tas-sodju (0,9 %),

ilma sterili.

Kull flixkun huwa mgħammar bi skutella okulari ergonomika, tapp għal kontra t-trab u huwa għal użu uniku.

Skont it-tikketta, il-prodott jintuża għat-tlaħliħ tal-għajnejn f'każ ta' emerġenza biex jitneħħew organiżmi barranin u kimiċi.

3307 90 00

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), in-nota 2 tat-Taqsima VI, in-nota 3 tal-Kapitolu 33 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 3307 u 3307 90 00 .

Peress li l-prodott hu ppreżentat f'pakketti ta' tip li jinbiegħu bl-imnut, tajjeb għal użu bħala preparati kożmetiċi jew tat-twaletta, huwa kkunsidrat bħala preparati kożmetiċi jew tat-twaletta. Il-klassifikazzjoni tiegħu f'Kapitolu 25 jew Kapitolu 30 hija għalhekk eskluża (ara n-nota 2(d) tal-Kapitolu 25 u n-nota 1(e) tal-Kapitolu 30).

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3307 bħala preparati kożmetiċi jew tat-twaletta, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

2.

Prodott ippreżentat f'forma likwida u ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut fi fliexken b'kontenut ta' 200 ml, jew 1000 ml.

Il-prodott jikkonsisti minn:

fosfat disodju (1 — 5 %),

fosfat tal-potassju (1 %),

ilma sterili.

Kull flixkun huwa mgħammar bi skutella okulari ergonomika, tapp għal kontra t-trab u huwa għal użu uniku.

Skont it-tikketta, il-prodott jintuża għat-tlaħliħ tal-għajnejn f'każ ta' emerġenza biex jiġu nnewtralizzati aċidi u alkali mill-għajnejn.

3307 90 00

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mil-GIR 1 u 6, in-nota 2 tat-Taqsima VI, in-nota 3 tal-Kapitolu 33 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 3307 u 3307 90 00 .

Peress li l-prodott mhux kompost separat definit b'mod kimiku, il-klassifikazzjoni tiegħu fl-intestatura 2835 bħala fosfati hija eskluża (ara n-nota 1 tal-Kapitolu 28).

Peress li l-prodott hu ppreżentat f'pakketti ta' tip li jinbiegħu bl-imnut, tajjeb għal użu bħala preparati kożmetiċi jew tat-twaletta, huwa kkunsidrat bħala preparati kożmetiċi jew tat-twaletta. Il-klassifikazzjoni tiegħu f'Kapitolu 30 hija għalhekk eskluża (ara n-nota 1(e) tal-Kapitolu 30).

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3307 bħala preparati kożmetiċi jew tat-twaletta, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.


Нагоре