Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0355

    2014/355/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Ġunju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet imressqin minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 3772) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 175, 14.6.2014, p. 32–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/355/oj

    14.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 175/32


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta' Ġunju 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet imressqin minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

    (notifikata bid-dokument C(2014) 3772)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/355/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikulari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha u l-Artikolu 29(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżlin fl-Anness I tagħha. Skont dik id-Direttiva, il-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minnha għandhom jibagħtu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu jinkludi mill-inqas il-gruppi ta' residwi u s-sustanzi mniżżlin f'dak l-Anness I.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”), mibgħutin minn ċerti pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness tagħha, għall-annimali u l-prodotti tal-annimali indikati f'dik il-lista.

    (3)

    Fid-dawl tal-pjanijiet li ntbagħtu dan l-aħħar minn ċerti pajjiżi terzi u tat-tagħrif addizzjonali li kisbet il-Kummissjoni, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti tal-annimali, kif previst fid-Direttiva 96/23/KE, u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

    (4)

    Il-Gżejjer Pitcairn bagħtu pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għall-Gżejjer Pitcairn għall-għasel.

    (5)

    Ir-Rwanda bagħtet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għar-Rwanda għall-għasel.

    (6)

    L-Ukraina bagħtet pjan għall-annimali bovini u l-ħnieżer lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-lista l-annotazzjonijiet għall-Ukraina għall-annimali bovini u l-ħnieżer.

    (7)

    Dal-ħin, l-Emirati Għarab Magħquda huma inklużi fil-lista għall-akkwakultura u l-ħalib (il-ħalib tal-iġmla biss). Madankollu, l-Emirati Għarab Magħquda ma pprovdewx pjan għall-akkwakultura kif mitlub mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Għalhekk, għandha titneħħa mil-lista l-annotazzjoni għall-Emirati Għarab Magħquda għall-akkwakultura.

    (8)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha tiġi emendata skont dan.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


    ANNESS

    “ANNEX

    Kodiċi tal-ISO2

    Pajjiż

    Annimali bovini

    Nagħaġ/mogħoż

    Ħnieżer

    Żwiemel

    Tjur

    Akkwakultura

    Ħalib

    Bajd

    Fniek

    Annimali tal-kaċċa slavaġ

    Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

    Għasel

    AD

    Andorra

    X

    X

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    AE

    L-Emirati Għarab Magħquda

     

     

     

     

     

     

    X (1)

     

     

     

     

     

    AL

    L-Albanija

     

    X

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

     

    AM

    L-Armenja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    AR

    L-Arġentina

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    AU

    L-Awstralja

    X

    X

     

    X

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    X

    BA

    Il-Bosnja-Ħerzegovina

     

     

     

     

    X

    X

    X

    X

     

     

     

    X

    BD

    Il-Bangladexx

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    BN

    Il-Brunej

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    BR

    Il-Brażil

    X

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

    X

    BW

    Il-Botswana

    X

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    X

     

    BY

    Il-Bjelorussja

     

     

     

    X (2)

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

    BZ

    Il-Beliże

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    CA

    Il-Kanada

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    CH

    L-Isvizzera

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    CL

    Iċ-Ċilì

    X

    X

    X

     

    X

    X

    X

     

     

    X

     

    X

    CM

    Il-Kamerun

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    CN

    Iċ-Ċina

     

     

     

     

    X

    X

     

    X

    X

     

     

    X

    CO

    Il-Kolombja

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    CR

    Il-Kosta Rika

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    CU

    Kuba

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    EC

    L-Ekwador

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    ET

    L-Etjopja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    FK

    Il-Gżejjer Falkland

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    FO

    Il-Gżejjer Faeroe

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    GH

    Il-Gana

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    GM

    Il-Gambja

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    GL

    Il-Groenlandja

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

    GT

    Il-Gwatemala

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    HN

    Il-Ħonduras

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    ID

    L-Indoneżja

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    IL

    L-Iżrael

     

     

     

     

    X

    X

    X

    X

     

     

    X

    X

    IN

    L-Indja

     

     

     

     

     

    X

     

    X

     

     

     

    X

    IR

    L-Iran

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    JM

    Il-Ġamajka

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    JP

    Il-Ġappun

    X

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    KE

    Il-Kenja

     

     

     

     

     

     

    X (1)

     

     

     

     

     

    KG

    Il-Kirgiżistan

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    KR

    Il-Korea t'Isfel

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    LB

    Il-Libanu

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    LK

    Is-Sri Lanka

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    MA

    Il-Marokk

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    MD

    Il-Moldova

     

     

     

     

    X

    X

     

    X

     

     

     

    X

    ME

    Il-Montenegro

    X

    X

    X

     

    X

    X

     

    X

     

     

     

    X

    MG

    Il-Madagaskar

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    MK

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

    X

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

     

    X

     

    X

    MU

    Il-Mawrizju

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    MX

    Il-Messiku

     

     

     

    X

     

    X

     

    X

     

     

     

    X

    MY

    Il-Malasja

     

     

     

     

    X (3)

    X

     

     

     

     

     

     

    MZ

    Il-Możambik

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    NA

    In-Namibja

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

    NC

    Il-Kaledonja Ġdida

    X (3)

     

     

     

     

    X

     

     

     

    X

    X

    X

    NI

    In-Nikaragwa

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    NZ

    In-New Zealand

    X

    X

     

    X

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    X

    PA

    Il-Panama

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    PE

    Il-Perù

     

     

     

     

    X

    X

     

     

     

     

     

     

    PF

    Il-Polineżja Franċiża

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    PH

    Il-Filippini

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    PN

    Il-Gżejjer Pitcairn

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    PY

    Il-Paragwaj

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    RS

    Is-Serbja (5)

    X

    X

    X

    X (2)

    X

    X

    X

    X

     

    X

     

    X

    RU

    Ir-Russja

    X

    X

    X

     

    X

     

    X

    X

     

     

    X (6)

    X

    RW

    Ir-Rwanda

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    SA

    L-Arabja Sawdija

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    SG

    Singapor

    X (3)

    X (3)

    X (3)

     

    X (3)

    X

    X (3)

     

     

     

     

     

    SM

    San Marino

    X

     

    X (3)

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    SR

    Is-Surinam

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    SV

    El Salvador

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    SZ

    Is-Sważiland

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TH

    It-Tajlandja

     

     

     

     

    X

    X

     

     

     

     

     

    X

    TN

    It-Tuneżija

     

     

     

     

    X

    X

     

     

     

    X

     

     

    TR

    It-Turkija

     

     

     

     

    X

    X

    X

    X

     

     

     

    X

    TW

    It-Tajwan

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    TZ

    It-Tanżanija

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    UA

    L-Ukraina

    X

     

    X

     

    X

    X

    X

    X

     

     

     

    X

    UG

    L-Uganda

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    US

    L-Istati Uniti

    X

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    UY

    L-Urugwaj

    X

    X

     

    X

     

    X

    X

     

     

    X

     

    X

    VE

    Il-Venezwela

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    VN

    Il-Vjetnam

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

     

    X

    ZA

    L-Afrika t'Isfel

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

     

    ZM

    Iż-Żambja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    ZW

    Iż-Żimbabwe

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

    X

     


    (1)  Il-ħalib tal-iġmla biss.

    (2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' żwiemel ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

    (3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

    (4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (5)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

    (6)  Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.”


    Top