EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0628

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2014 tat- 12 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 341/2007 fir-rigward tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' tewm li joriġina ċ-Ċina

ĠU L 174, 13.6.2014, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/628/oj

13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 628/2014

tat-12 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 341/2007 fir-rigward tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' tewm li joriġina ċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) jintroduċi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (3), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/116/UE (4), jipprevedi żieda ta' 12 375 tunnellata fl-allokazzjoni għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina taħt il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għat-tewm.

(3)

Iż-żieda fil-kwota tar-rata tariffarja għandha tkun riflessa fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. Billi l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina approvah il-Kunsill fit-28 ta' Jannar 2014, l-importaturi għandu jkollhom aċċess għal kwantitajiet akbar mit-tieni subperjodu tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni 2014/2015.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 341/2007

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 jinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċertu prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  ĠU L 64, 4.3.2014, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/116/UE tat-28 ta' Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 64, 4.3.2014, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Kwoti tariffarji introdotti skont id-Deċiżjoni 2001/404/KE, id-Deċiżjoni 2006/398/KE u d-Deċiżjoni 2014/116/UE għal importazzjonijiet ta' tewm bil-kodiċi NM 0703 20 00

L-oriġini

In-numru tal-ordni

Il-kwota (f'tunnellati)

L-ewwel subperjodu (Ġunju-Awwissu)

It-tieni subperjodu (Settembru-Novembru)

It-tielet subperjodu (Diċembru-Frar)

Ir-raba' subperjodu (Marzu-Mejju)

Total

L-Arġentina

 

 

 

 

 

19 147

Importaturi tradizzjonali

09.4104

9 590

3 813

 

Importaturi ġodda

09.4099

4 110

1 634

 

Total

 

13 700

5 447

 

Iċ-Ċina

 

 

 

 

 

46 075

Importaturi tradizzjonali

09.4105

8 278

8 278

7 210

8 488

 

Importaturi ġodda

09.4100

3 547

3 547

3 090

3 637

 

Total

 

11 825

11 825

10 300

12 125

 

Pajjiżi terzi oħra

 

 

 

 

 

6 023

Importaturi tradizzjonali

09.4106

941

1 960

929

386

 

Importaturi ġodda

09.4102

403

840

398

166

 

Total

 

1 344

2 800

1 327

552

 

Total

 

13 169

14 625

25 327

18 124

71 245 ”


Top