Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 32013L0025
Council Directive 2013/25/EU of 13 May 2013 adapting certain directives in the field of right of establishment and freedom to provide services, by reason of the accession of the Republic of Croatia
Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
ĠU L 158, 10.6.2013, p. 368—375
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Em vigor
10.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/368 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/25/UE
tat-13 ta' Mejju 2013
li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja u, b’mod partikolari, l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jkunu jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni. |
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja laħqu ftehim politiku dwar sett ta’ adattamenti għal atti adottati mill-Istituzzjonijiet meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati, fejn ikun meħtieġ, sabiex tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
(3) |
Għalhekk id-Direttivi 74/557/KEE (1), 77/249/KEE (2), 98/5/KE (3) u 2005/36/KE (4) għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 74/557/KEE, 77/249/KEE, 98/5/KE u 2005/36/KE huma emendati kif imniżżel fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE tal-4 ta’ Ġunju 1974 dwar l-akkwist tal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ intermedjarji involuti fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tossiċi (ĠU L 307, 18.11.1974, p. 5) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 01 p. 38).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 01 p. 52).
(3) Id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 03 p. 83).
(4) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.).
ANNESS
PARTI A
IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI PROFESSJONALI
Id-Direttiva 2005/36/KE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(2) jiddaħħal il-punt li ġej:
|
2. |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness VI, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
|
PARTI B
PROFESSJONIJIET LEGALI
(1) |
Fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 77/249/KEE, jiżdied dan li ġej: “il-Kroazja: Odvjetnik/Odvjetnica.”; |
(2) |
Fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 98/5/KE, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza: “Il-Kroazja: Odvjetnik/Odvjetnica”. |
PARTI C
KUMMERĊ U DISTRIBUZZJONI TA' PRODOTTI TOSSIĊI
Fl-Anness għad-Direttiva 74/557/KEE, jiżdied dan li ġej:
“— |
Il-Kroazja:
|