Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0942

2008/942/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Awwissu 2007 , l- 1 ta’ Settembru 2007 , l- 1 ta’ Ottubru 2007 , l- 1 ta’ Novembru 2007 , l- 1 ta’ Diċembru 2007 u l- 1 ta’ Jannar 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

ĠU L 335, 13.12.2008, p. 94–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/942/oj

13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/94


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Diċembru 2008

dwar l-addattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Ottubru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007, l-1 ta’ Diċembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

(2008/942/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolamenti tal-Personal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għal impjegati oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) u b’mod partikolari 13(2), tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 624/2008 (2), bl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1), tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Personal, ġew stabbiliti l-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw ir-remunerazzjonijiet imħallsa, mill-1 ta’ Lulju 2007, fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi.

(2)

Jeħtieġ li wħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi jiġu addattati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-Regolament tal-Personal, b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Ottubru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007, l-1 ta’ Diċembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008, minħabba li minn statistika li għandha l-Kummissjoni joħroġ fid-dieher li f’ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il 5 % minn meta ġiet stabbilita jew aġġustata l-aħħar,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-personal b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi, imħallsin fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, huma addattati għal ċerti pajjiżi, indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi sitt tabelli ta’ kull xahar li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi għall-applikazzjoni f’kull pajjiż (mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Ottubru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007, l-1 ta’ Diċembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008)

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.

Magħmula fi Brussell, tad-9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 2.7.2008, p. 1.


ANNESS

AWWISSU 2007

Pajjiż tax-xogħol

Rati tal-kambju

Awwissu 2007 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Awwissu 2007 (**)

Paritajiet ekonomiċi

Awwissu 2007

Il-Bangladexx

94,2022

49,9

47,03

Il-Gana

1,279

67,5

0,863

Is-Sudan

2,77849

53,6

1,489


SETTEMBRU 2007

Pajjiż tax-xogħol

Rati tal-kambju

Sett. 2007 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Sett. 2007 (**)

Paritajiet ekonomiċi

Sett. 2007

Il-Każakistan (Astana) (1)

170,67

71,8

122,6

Il-Paragwaj

6 968

76,0

5 298

Il-Jemen (2)

271,551

72,1

195,7


OTTUBRU 2007

Pajjiż tax-xogħol

Rati tal-kambju

Ott. 2007 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Ott. 2007 (**)

Paritajiet ekonomiċi

Ott. 2007

L-Eritrea

21,4263

45,5

9,744

Il-Ginea (Conakry) (3)

5 398,58

63,8

3 445

L-Indja

56,215

54,3

30,52


NOVEMBRU 2007

Pajjiż tax-xogħol

Rati tal-kambju

Nov. 2007 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Nov. 2007 (**)

Paritajiet ekonomiċi

Nov. 2007

L-Armenja

465,26

116,1

540,1

Il-Kamboġja

5 832

69,1

4 029

Il-Gabon

655,957

116,6

765

Il-Lesoto

9,4923

59,1

5,612

Il-Madagaskar

2 586,65

77,6

2 008

Il-Venezwela (4)

3 097,51

64,1

1 987

Il-Jemen (2)

286,558

64,5

184,7


DIĊEMBRU 2007

Pajjiż tax-xogħol

Rati tal-kambju

Diċ. 2007 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Diċ. 2007 (**)

Paritajiet ekonomiċi

Diċ. 2007

Il-Ġibuti

261,925

90,9

238

Il-Ġamajka

104,777

83,6

87,59

It-Tonga

2,8039

87,0

2,438

It-Trinidad u Tobago

9,2323

67,0

6,19


JANNAR 2008

Pajjiż tax-xogħol

Rati tal-kambju

Jann 2008 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Jann 2008 (**)

Paritajiet ekonomiċi

Jann 2008

L-Alġerija

97,9677

90,0

88,13

Iċ-Ċili

718,74

66,2

476

Il-Gambja

32,75

69,7

22,82

Il-Gana

1,3895

65,3

0,907

Il-Ginea (Conakry) (3)

6 072,9

59,6

3 618

Il-Każakistan (Astana) (1)

173,75

75,3

130,9

Is-Sważiland

10,0012

58,0

5,805

It-Taġikistan

5,08916

65,2

3,319

Il-Venezuela (4)

3 158,78

67,4

2 130

Il-Jemen (2)

289,84

59,9

173,6


(*)  EURO 1 = munita nazzjonali.

(**)  Brussell = 100 %.

(1)  Il-koeffiċjent ta’ Astana addattat darbtejn fiż-żmien ikkonċernat minn din id-deċiżjoni: Għall-1 ta’ Settembru 2007 u għall-Jannar 2008

(2)  Il-koeffiċjent tal-Jemen addattat tliet darbiet fiż-żmien ikkonċernat minn din id-deċiżjoni: għall-1 ta’ Settembru 2007, l-1 ta’ Novembru 2007 u l-1 ta’ Jannar 2008

(3)  Il-koeffiċjent ta’ Conakri addattat darbtejn fiż-żmien ikkonċernat min din id-deċiżjoni: għall-Ottubru 2007 u għall-Jannar 2008.

(4)  Il-koeffiċjent tal-Venezwela addattat darbtejn fiż-żmien ikkonċernat minn din id-deċiżjoni: għall-Novembru 2007 u għall-Jannar 2008.


Top