This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R2116
Council Regulation (EC) No 2116/2004 of 2 December 2004 amending Regulation (EC) No 2201/2003 concerning jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in matrimonial matters and the matters of parental responsibility, repealing Regulation (EC) No 1347/2000, as regards treaties with the Holy See
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004 tat- 2 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004 tat- 2 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede
ĠU L 367, 14.12.2004, p. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 253–254
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1111
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
253 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2116/2004
tat-2 ta' Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunisdra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ konjugi (1) jipprevedi li deċiżjonijiet dwar l-invalidità ta' żwieġ li jittieħdu taħt it-Trattati bejn is-Santa Sede u l-Portugall, l-Italja u Spanja (Konkordati) għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri skond il-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 ġie emendat mill-Anness II ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 sabiex jissemma' l-Ftehim ta' Malta mas-Santa Sede tat-3 ta' Frar 1993 dwar ir-rikonoxximent ta' l-effetti ċivili taż-żwiġijiet kanoniċi u tad-deċiżjonijiet ta' awtoritajiet u tribunali ekkleżjastiċi fuq dawk iż-żwiġijiet, bit-tieni Protokoll Addizzjonali tas-6 ta' Jannar 1995. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li rrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2004 u ser japplika mill-1 ta' Marzu 2005 fl-Istati Membri kollha ħlief fid-Danimarka. |
(4) |
Malta talbet illi l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, li jikkorrispondi għall-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) 1347/2000, jiġi emendat sabiex jissemma' l-Ftehim tagħha mas-Santa Sede. |
(5) |
L-Artikolu 57 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jipprevedi li l-atti adottati qabel l-adeżjoni li jeħtieġu adattament minħabba fl-adeżjoni jistgħu jiġu adattati bis-saħħa ta' proċedura simplifikata li biha l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(6) |
Huwa ġustifikat li titqies it-talba ta' Malta u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 3, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
(2) |
il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b' dan li ġej: “4. Ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 jistgħu, fi Spanja, fl-Italja jew f'Malta, jkunu suġġetti għall-istess proċeduri u għall-istess verifiki kif applikabbli għad-deċiżjoniiet tal-qrati ekkleżjastiċi mogħtija fi qbil mat-trattati internazzjonali konklużi mas-Sante Sede msemmija fil-paragrafu 3.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbbli fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussel, nhar it-2 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
J. P. H. DONNER
(1) ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 19. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2004 (ĠU L 318, 19.10.2004, p. 7).
(2) ĠU L 338, tat-23.12.2003, p. 1.