Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CB0307

    Kawża C-307/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Kleve – il-Ġermanja) – AB et vs Ryanair DAC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira – Artikolu 5(1)(ċ) – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar online – Informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira permezz ta’ indirizz elettroniku ġġenerat awtomatikament mill-aġent tal-ivvjaġġar – Assenza ta’ informazzjoni effettiva lill-passiġġier)

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/16


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Kleve – il-Ġermanja) – AB et vs Ryanair DAC

    (Kawża C-307/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira - Artikolu 5(1)(ċ) - Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar online - Informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira permezz ta’ indirizz elettroniku ġġenerat awtomatikament mill-aġent tal-ivvjaġġar - Assenza ta’ informazzjoni effettiva lill-passiġġier)

    (2023/C 24/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Kleve

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: AB et

    Konvenut: Ryanair DAC

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(l)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    it-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira li l-passiġġier ma ġiex informat biha għall-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, meta dan it-trasportatur ikun bagħat l-informazzjoni fil-ħin lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu waqt ir-riżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li dan l-indirizz kien jippermetti li jsir kuntatt biss mal-aġent, li permezz tiegħu saret ir-riżervazzjoni, iżda mhux li jsir kuntatt dirett mal-passiġġier u li dan l-aġent ma bagħatx l-informazzjoni lill-passiġġier fil-ħin.


    (1)  ĠU C 310, 02.08.2021.


    Top