This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0163
Case C-163/21: Judgment of the Court (Second Chamber) of 10 November 2022 (request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Mercantil n° 7 de Barcelona — Spain) — AD and Others v PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH (Reference for a preliminary ruling — Competition — Compensation for harm caused by a practice prohibited under Article 101(1) TFEU — Collusive arrangements on pricing and gross price increases for trucks in the European Economic Area (EEA) — Directive 2014/104/EU — Rules governing actions for damages under national law for infringements of the competition law provisions of the Member States and of the European Union — Article 22(2) — Applicability ratione temporis — First subparagraph of Article 5(1) — Concept of relevant evidence which lies in the control of the defendant or a third party — Article 5(2) — Disclosure of specified items of evidence or relevant categories of evidence on the basis of reasonably available facts — Article 5(3) — Review of the proportionality of the request to disclose evidence — Balancing the legitimate interests of the parties and third parties — Scope of the obligations resulting from those provisions)
Kawża C-163/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil n°7 de Barcelona – Spanja) – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101(1) TFUE – Ftehimiet kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda tal-prezzijiet gross tat-trakkijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Direttiva 2014/104/UE – Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fid-dritt nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 22(2) – Applikabbiltà ratione temporis – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) – Kunċett ta’ provi rilevanti li jinsabu fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz – Artikolu 5(2) – Produzzjoni ta’ ċerti provi jew kategoriji rilevanti ta’ provi abbażi ta’ informazzjoni fattwali raġonevolment disponibbli – Artikolu 5(3) – Eżami tal-proporzjonalità tat-talba għall-produzzjoni ta’ provi – Ibbilanċjar tal-interessi leġittimi tal-partijiet u ta’ terzi – Portata tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet)

ĠU C 7, 9.1.2023, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil no7 de Barcelona – Spanja) – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH
(Kawża C-163/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101(1) TFUE - Ftehimiet kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda tal-prezzijiet gross tat-trakkijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Direttiva 2014/104/UE - Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fid-dritt nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 22(2) - Applikabbiltà ratione temporis - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) - Kunċett ta’ provi rilevanti li jinsabu fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz - Artikolu 5(2) - Produzzjoni ta’ ċerti provi jew kategoriji rilevanti ta’ provi abbażi ta’ informazzjoni fattwali raġonevolment disponibbli - Artikolu 5(3) - Eżami tal-proporzjonalità tat-talba għall-produzzjoni ta’ provi - Ibbilanċjar tal-interessi leġittimi tal-partijiet u ta’ terzi - Portata tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet)
(2023/C 7/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AD et
Konvenuti: PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
l-indikazzjoni li ssir tal-provi rilevanti fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz tirrigwarda wkoll dawk li l-parti li lilha ssir it-talba għal produzzjoni tal-provi għandha toħloq ex novo, billi tgħaqqad jew tikklassifika informazzjoni, għarfien jew data fil-pussess tagħha, bla ħsara għall-osservanza stretta tal-Artikolu 5(2) u (3) ta’ din id-direttiva, li jobbliga lill-qrati nazzjonali aditi li jillimitaw il-produzzjoni tal-provi għal dak li hu rilevanti, proporzjonat u neċessarju, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi u d-drittijiet fundamentali ta’ dik il-parti.